Gelex

Deċiżjoni (UE) 2020/140 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-pretensjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/46 (BĊE/2020/6)

In forceVersion 2020-01-22from 2020-02-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/140@2020-01-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Definizzjonijiet
  3. Artikolu 2 Kontribut għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE
  4. Artikolu 3 Aġġustament tal-pretensjonijiet ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti
  5. Artikolu 4 Kwistjonijiet finanzjarji relatati
  6. 5.
  7. Artikolu 5 Dispożizzjonijiet ġenerali
  8. Artikolu 6 Dħul fis-seħħ u revoka
  9. ANNEX
  10. ANNESS I PRETENSJONIJIET EKWIVALENTI GĦALL-ASSI TA’ RIZERVA BARRANIJA TTRASFERITI LILL-BĊE
  11. ANNESS II TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1) Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit) issottometta n-notifika tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data wara d-data msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 tal-Kunsill Ewropew. Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Bank of England (BoE) ma jibqax ikun bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru u membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/3) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE (iktar ’il quddiem l-iskema tal-kapital) skont l-Artikolu 29.3 u l-Artikolu 29.4 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Frar 2020, il-ponderazzjonijiet il-ġodda allokati lill-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar ’il quddiem il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital).

(2) L-aġġustamenti tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital u l-bidliet li jirriżultaw fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE jeħtieġu l-aġġustamenti tal-pretensjonijiet li l-BĊE kkredita taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem il-BĊNi taż-żona tal-euro) u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi taż-żona tal-euro ta’ assi ta’ riżerva barranija lill-BĊE (iktar ’il quddiem il-pretensjonijiet). Dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-pretensjonijiet tagħhom jiżdiedu mill-1 ta’ Frar 2020 għandhom għalhekk jagħmlu trasferiment kumpensatorju lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jagħmel trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-pretensjonijiet tagħhom jonqsu.

(3) Skont il-prinċipji ġenerali tal-ġustizzja, tat-trattament indaqs u tal-protezzjoni tal-aspettativi leġittimi sottostanti għall-Istatut tas-SEBĊ, dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti msemmija hawn fuq għandhom ukoll jagħmlu trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-ishma relattivi tagħhom jonqsu.

(4) Il-ponderazzjonijiet rispettivi tal-iskema tal-kapital ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro sal-31 ta’ Jannar 2020 u b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 għandhom ikunu espressi bħala perċentwal tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi kollha taż-żona tal-euro għall-fini tal-kalkolu tal-aġġustament tal-valur ta’ kull sehem tal-BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE.

(5) Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/46 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/30),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a) valur akkumulat tal-ekwità tfisser it-total tar-riżervi, kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvedimenti tal-BĊE ekwivalenti għal riżervi kif ikkalkulat mill-BĊE fil-31 ta’ Jannar 2020 flimkien mal-profitt nett akkumulat tal-BĊE jew nieqes it-telf nett akkumulat tal-BĊE, skont il-każ, mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Jannar 2020. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi għandhom jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-valur akkumulat tal-ekwità, il-fond ta’ riżerva ġenerali u l-provvista għar-riskji finanzjarji;

(b) data tat-trasferiment tfisser it-28 ta’ Frar 2020;

(c) id-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro f’ċirkolazzjoni għandu jkollha l-istess tifsira bħall-frażi dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro f’ċirkolazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 1(ċ) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57);

(d) id-dħul tal-BĊE minn titoli għandu jkollha l-istess tifsira bħall-frażi Id-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli kif stabbilita fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57).

Artikolu 2 Kontribut għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE

1. Jekk is-sehem ta’ BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jiżdied b’effett mill-1 ta’ Frar 2020, dak il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

2. Jekk is-sehem ta’ xi BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jonqos b’effett mill-1 ta’ Frar 2020, dak il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jirċievi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 mingħand il-BĊE fid-data tat-trasferiment.

3. Sa mhux aktar tard minn jum ta’ negozju qabel id-data tat-trasferiment, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN taż-żona tal-euro jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro lill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jirċievi mill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 2. Soġġett għal tqarrib, kull ammont li jrid jiġi ttrasferit jew riċevut jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat tal-ekwità bid-differenza assoluta bejn il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-31 ta’ Jannar 2020 u l-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 bid-diviżjoni tar-riżultat b’100.

4. Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f’euro fl-1 ta’ Frar 2020 iżda għandu jiġi ttrasferit b’mod effettiv fid-data tat-trasferiment.

5. Fid-data tat-trasferiment, BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll b’mod separat kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu mill-1 ta’ Frar 2020 sad-data tat-trasferiment fuq kull wieħed mill-ammonti rispettivi dovuti minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro u mill-BĊE. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

6. Jekk il-valur akkumulat tal-ekwità jkun ta’ anqas minn żero, għandu jsir saldu tal-ammonti li jkollhom jiġu ttrasferiti jew riċevuti skont il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 fid-direzzjonijiet opposti għal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.

Artikolu 3 Aġġustament tal-pretensjonijiet ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti

1. Il-pretensjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro għandhom jiġu aġġustati b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 skont il-ponderazzjonijiet aġġustati tagħhom fl-iskema tal-kapital. Il-valur aġġustat tal-pretensjonijiet tal-BĊNi taż-żona tal-euro qed jintwera fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

2. Kull BĊN taż-żona tal-euro, bis-saħħa ta’ din id-dispozizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalità jew att ieħor, jitqies li fl-1 ta’ Frar 2020 ikun ittrasferixxa jew irċieva il-valur assolut tal-pretensjoni f’euro imniżżel ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I għal din id-Deċizjoni, fejn - għandha tirreferi għal pretensjoni li l-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi lill-BĊE u + għal pretensjoni li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

3. Fl-ewwel jum tal-operat tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta’ Frar 2020, kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut tal-ammont f’euro mniżżel ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn + jirreferi għal ammont li l-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi lill-BĊE u - għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

4. Fl-ewwel jum tal-operat tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Frar 2020, BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li huma meħtieġa jittrasferixxu ammont taħt il-paragrafu 3 għandu jittrasferixxi wkoll, b’mod separat, kull imgħax li jiddekorri fuq l-ammont rispettiv dovut minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro jew mill-BĊE matul il-perjodu mill-1 ta’ Frar 2020 sad-data ta’ dak it-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

Artikolu 4 Kwistjonijiet finanzjarji relatati

1. B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/36), il-bilanċi intra-Eurosistema ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom, għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Frar 2020 u s-27 ta’ Frar 2020, jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-iskema tal-kapital applikabbli mill-1 ta’ Frar 2020 applikata għall-bilanċi fuq it-total tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2020. Għall-perjodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-ammonti kumpensatorji u l-elementi tal-kontabilità biex jibbilanċaw dawk l-ammonti, kif deskritt fl-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), għandhom jiġu rreġistrati fil-kotba ta’ kull bank ċentrali nazzjonali b’data tal-valur tal-1 ta’ Frar 2020.

2. B’rabta mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Jannar 2020, id-dħul monetarju tal-BĊNi taż-żona tal-euro għandu jiġi allokat u distribwit skont il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital applikabbli fil-31 ta’ Jannar 2020.

3. Il-profitt jew it-telf nett tal-BĊE, skont il-każ, għas-sena finanzjarja 2020 għandu jiġi allokat fuq il-bażi tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital applikabbli fl-1 ta’ Frar 2020.

4. Kwalunkwe distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE fuq il-karti tal-flus tal-euro u/jew id-dħul tal-BĊE minn titoli għas-sena 2020 għandha tiġi allokata fuq il-bażi tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital applikabbli fl-1 ta’ Frar 2020.

5. F’każ li l-BĊE jagħmel telf fis-sena finanzjarja 2020, il-BĊE għandu jpaċi t-telf kontra dan li ġej:

5.

(a) fondi rilaxxati mill-fond ta’ riżerva ġenerali tal-BĊE;

(b) soġġett għal deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, id-dħul monetarju tal-BĊNi mill-1 ta’ Frar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(c) soġġett għal deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, id-dħul monetarju tal-BĊNi mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Jannar 2020.

6. Jekk id-dħul monetarju tal-BĊNi mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Jannar 2020 jeħtieġ li jiġi ttrasferit lill-BĊE biex ikopri t-telf għas-sena finanzjarja 2020 għandhom isiru pagamenti kumpensatorji minbarra l-pagamenti deskritti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3. Kull BĊN taż-żona tal-euro li l-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tiegħu tiżdied fl-1 ta’ Frar 2020 għandu jagħmel tali pagament lill-BĊE, u l-BĊE għandu jagħmel tali pagament lil kull BĊN taż-żona tal-euro li l-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tiegħu tonqos fl-1 ta’ Frar 2020. L-ammont tal-pagamenti kumpensatorji għandu jiġi kkalkulat kif ġej: id-dħul monetarju totali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Jannar 2020 ittrasferit lill-BĊE biex ikopri t-telf tiegħu għandu jiġi mmultiplikat bid-differenza assoluta bejn il-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tal-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti fil-31 ta’ Jannar 2020 u l-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tiegħu fl-1 ta’ Frar 2020 u r-riżultat għandu jiġi diviż b’100. L-imgħax fuq il-pagamenti kumpensatorji relatati mad-dħul monetarju tal-BĊN għandu jakkumula mill-1 ta’ Jannar 2021 sad-data li fiha jsiru dawn il-pagamenti.

7. Il-pagamenti kumpensatorji addizzjonali relatati mad-dħul monetarju tal-BĊNi, kif deskritt fil-paragrafu 6, kif ukoll l-imgħax akkumulat fuqu, għandhom jitħallsu fit-tieni jum ta’ negozju wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2020.

Artikolu 5 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. L-imgħax li jakkumula skont l-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(6) għandu jiġi kkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin.

2. Kull trasferiment skont l-Artikolu 2(1), (2) u (5), l-Artikolu 3(3) u (4), u l-Artikolu 4(6) u (7) għandu jseħħ separatament permezz ta’ TARGET2.

3. Il-BĊE u l-BĊN taż-żona tal-euro li huma obbligati jwettqu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa sabiex dawn it-trasferimenti jitwettqu debitament fil-ħin.

Artikolu 6 Dħul fis-seħħ u revoka

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

2. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/46 (BĊE/2018/30) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.

3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2019/46 (BĊE/2018/30) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020. Il-President tal-BĊE Christine Lagarde

ANNEX

ANNESS I PRETENSJONIJIET EKWIVALENTI GĦALL-ASSI TA’ RIZERVA BARRANIJA TTRASFERITI LILL-BĊE

EUR BĊN taż-żona tal-euro Pretensjoni ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta’ Jannar 2020 Pretensjoni ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 Ammont tat-trasferiment Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique 1465002366,44 1469828529,30 +4826162,86 Deutsche Bundesbank 10643868063,45 10635248657,12 –8619406,33 Eesti Pank 114047652,58 113647558,58 –400094,00 Central Bank of Ireland 681156559,14 683175109,87 +2018550,73 Bank of Greece 1002089435,15 997925768,61 –4163666,54 Banco de España 4832595424,83 4810848484,64 –21746940,19 Banque de France 8232583116,25 8239968860,78 +7385744,53 Banca d’Italia 6839555945,19 6853825810,01 +14269864,82 Central Bank of Cyprus 87100417,59 86810662,38 –289755,21 Latvijas Banka 158264298,37 157201708,04 –1062590,33 Lietuvos bankas 235223283,44 233495878,75 –1727404,69 Banque centrale du Lussemburgu 131548867,56 132894722,58 +1345855,02 Bank Ċentrali ta’ Malta 42420163,46 42313997,15 –106166,31 De Nederlandsche Bank 2357274575,15 2364325594,45 +7051019,30 Oesterreichische Nationalbank 1177854948,49 1180823432,72 +2968484,23 Banco de Portugal 948484720,39 944251976,21 –4232744,18 Banka Slovenije 194773455,44 194257459,36 –515996,08 Národná banka Slovenska 463840147,98 462031148,22 –1808999,76 Suomen Pankki 736441854,14 741065420,16 +4623566,02 Total 40344125295,04 40343940778,93 –184516,11

ANNESS II TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni (UE) 2019/46 (BĊE/2018/30) Din id-Deċiżjoni Artikolu 1 Artikolu 2 Artikolu 3 — Artikolu 4 Artikolu 5 Artikolu 1 Artikolu 2 Artikolu 3 Artikolu 4 Artikolu 5 Artikolu 6

Versions

  1. 2020-01-22