Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1558 tal-21 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għar-rebekkini u raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/1558@2020-10-21/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.
(2) Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tar-rebekkini u raj li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.
(3) Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tar-rebekkini u raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2 Projbizzjonijiet
1. Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.
2. It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.
3. Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2020. Għall-Kummissjoni F’isem il-President Virginijus Sinkevičius Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Nru 26/TQ123 Stat Membru Il-Belġju Stokk SRX/89-C. inkluż RJC/89-C., RJH/89-C., RJN/89-C., RJU/8-C. u RJU/9-C. Speċi Rebekkini u raj (Rajiformes) Żona L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 Data tal-għeluq 1.10.2020