Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/1579@2020-10-29/mt
Contents
- Preamble
- KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
- Artikolu 1 Suġġett
- Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
- Artikolu 3 Definizzjonijiet
- KAPITOLU II OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
- Artikolu 4 TACs u allokazzjonijiet
- Artikolu 5 Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd
- Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u ta’ qabdiet aċċessorji
- Artikolu 7 Għeluq biex jipproteġi l-bakkaljaw li jkun qed ibid
- 2.
- 4.
- Artikolu 8 Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 22-26
- Artikolu 9 Miżuri dwar is-sajd għat-trota tal-baħar u għas-salamun fis-suddiviżjonijiet 22-32
- Artikolu 10 Flessibbiltà
- Artikolu 11 Trażmissjoni tad-data
- KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- Artikolu 12 Emenda għar-Regolament (UE) 2020/123
- Artikolu 13 Dħul fis-seħħ
- ANNEX
- TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIŻ-ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U SKONT IŻ-ŻONA
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni li jqisu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u minn korpi konsultattivi oħra, kif ukoll pariri mogħtija minn Kunsilli Konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi jew l-oqsma ta’ kompetenza u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri.
(2) Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom b’mod funzjonali, kif xieraq. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk jew attività tas-sajd filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-PKS huwa li, fejn possibbli, sal-2015 tinkiseb ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) u, b’mod progressiv u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.
(4) Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati espressi waqt il-konsultazzjoni.
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (il-pjan). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY. Għal dan il-għan, il-mortalità mis-sajd fil-mira għall-istokkijiet ikkonċernati, espressa fil-meded, għandha tinkiseb kemm jista’ jkun malajr u, b’mod progressiv u inkrementali, sal-2020. Huwa xieraq li l-limiti tal-qbid applikabbli fl-2021 għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, tal-aringi u tal-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi tal-pjan.
(6) Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent fis-suddiviżjonijiet 20- 24 tal-ICES hija biss 48 % mill-punt ta’ referenza ta’ limitu tal-bijomassa ta’ stokk riproduttiva (Blim), li taħtu huwa possibbli li l-kapaċità riproduttiva titnaqqas. Għalhekk, il-parir xjentifiku maħruġ mill-ICES fid-29 ta’ Mejju 2020 fil-parir annwali tiegħu dwar l-istokkijiet kien li jsirx sajd għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent. Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139, jenħtieġ li jiġu adottati l-miżuri ta’ rimedju xierqa kollha biex jiġi żgurat li l-istokk ikkonċernat jitreġġa’ lura malajr għal livelli ogħla mil-livell li kapaċi jipproduċi MSY. Barra minn hekk, dik id-dispożizzjoni tirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju ulterjuri. Għal dan il-għan, jinħtieġ li titqies l-iskeda ta’ żmien għall-kisba tal-objettivi tal-PKS b’mod ġenerali u tal-pjan b’mod partikolari bil-ħsieb tal-effett mistenni tal-miżuri ta’ rimedju adottati, filwaqt li fl-istess ħin jiġu rispettati l-objettivi għall-kisba tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għalhekk u skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1139, huwa xieraq li l-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent jiġu stabbiliti taħt il-meded tal-mortalità mis-sajd, sabiex jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa għal dak l-istokk fis-suddiviżjonijiet 20-24 tal-ICES.
(7) Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, mill-2019, l-ICES seta’ jibbaża il-parir ta’ prekawzjoni tiegħu fuq valutazzjoni aktar rikka minn dak li kien possibbli qabel.. L-ICES jistma li l-bijomassa tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kienet anqas minn Blim fl-2019 u kompliet tonqos minn dak iż-żmien. Għalhekk, l-ICES tenna l-parir tiegħu għall-2021 dwar qabdiet żero tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. Madanakollu, l-ICES ma kienx f’pożizzjoni li jiddetermina l-valuri tal-meded tal-mortalità mis-sajd. Bħas-sena li għaddiet, jekk l-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kellhom jiġu stabbiliti fil-livell indikat fil-parir xjentifiku, l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha f’sajd imħallat b’qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant iwassal għall-fenomenu ta’ speċijiet bi kwota limitanti. Sabiex jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-kontinwazzjoni tas-sajd bil-ħsieb tal-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment severi tal-projbizzjoni tal-qabdiet kollha tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, u l-ħtieġa li jinkiseb status bijoloġiku tajjeb għall-istokk, filwaqt li titqies id-diffikultà tas-sajd tal-istokkijiet kollha f’sajd imħallat b’MSY fl-istess ħin, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC speċifika għall-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139.
(8) F’Mejju 2020, l-ICES ta parir aġġornat dwar il-livelli ta’ qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw f’sajd ieħor. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd f’konformità ma’ dak il-parir speċjali, bl-eżenzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139 għandhom jiġu adottati miżuri ta’ rimedju addizzjonali biex jiġi żgurat li l-istokk jitreġġa’ lura malajr għal livelli ogħla mil-livell li kapaċi jipproduċi MSY. Il-parir xjentifiku jindika li l-għeluq fiż-żmien riproduttiv b’mod partikolari jista’ jkollu benefiċċji addizzjonali għal stokk li ma jistgħux jinkisbu bit-TAC biss, pereżempju żieda fir-reklutaġġ permezz ta’ riproduzzjoni bla xkiel. Għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-għeluq fiż-żmien riproduttiv tas-sajf eżistenti. Barra minn hekk, il-parir xjentifiku jindika li l-importanza relattiva tas-sajd rikreattiv tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant tiddependi fuq il-livell tat-TAC. Minħabba t-TAC imnaqqsa ħafna, il-kwantitajiet maqbuda fis-sajd rikreattiv huma kkunsidrati sostanzjali u għalhekk huwa xieraq li tinżamm il-projbizzjoni tas-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES fejn il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant huwa l-aktar abbundanti.
(9) Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, l-ICES irreveda ’l isfel il-bijomassa stmata u jistma li l-bijomassa tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent ma rkuprax ’il fuq mill-punt ta’ referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger). Għalhekk huwa xieraq li jinżammu l-miżuri ta’ akkumpanjament introdotti għall-2020 u li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139 filwaqt li jitqiesu l-livelli ta’ bakkaljaw maqbud b’mod aċċessorju f’sajd ieħor fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES kif irrakkomandat mill-ICES, sabiex ikun hemm koerenza mal-approċċ segwit fiż-żona ta’ ġestjoni tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. Barra minn hekk, il-parir xjentifiku jindika li l-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Punent u tal-Lvant jitħalltu fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES. Sabiex jitħares l-istokk tal-bakkaljaw tal-Lvant u jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi maż-żona ta’ ġestjoni tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, jenħtieġ li l-użu tat-TAC fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES ikompli jkun limitat għal qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw bl-eċċezzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 u għas-sajjieda kostali fuq skala żgħira li jistadu bi rkaptu tas-sajd passiv f’żoni sa sitt mili nawtiċi mill-kosta fejn il-fond tal-ilma huwa anqas minn 20 metru peress li l-bakkaljaw tal-Punent jinstab predominanti f’dawk iż-żoni kostali baxxi. Barra minn hekk, il-perijodu ta’ għeluq fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES jenħtieġ li jiġi allinjat mal-perijodu ta’ għeluq fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES sabiex tiġi żgurata protezzjoni ekwivalenti konsistenti mal-parir tal-ICES.
(10) Għaldaqstant, u sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi mas-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES, is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES jenħtieġ li jiġi pprojbit lil hinn minn sitt mili nawtiċi mill-kosta. Barra minn hekk, peress li l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-mortalità globali mis-sajd ta’ dak l-istokk u filwaqt li jitqies l-istatus ta’ dak l-istokk u t-tnaqqis tat-TAC, jenħtieġ li jinżamm il-limitu tal-qabda ta’ kuljum għal kull sajjied. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-istabbiltà relattiva applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd kummerċjali. Fl-aħħar nett, minħabba l-istatus fraġli tal-istokk u l-fatt li l-parir xjentifiku jindika li l-għeluq fiż-żmien riproduttiv, b’mod partikolari, jista’ jkollu benefiċċji addizzjonali għal stokk li ma jistgħux jinkisbu bit-TAC biss, pereżempju żieda fir-reklutaġġ permezz ta’ riproduzzjoni bla xkiel, jenħtieġ li jinżamm l-għeluq riproduttiv tax-xitwa, bl-eżenzjoni għal ċerti sajjieda kostali fuq skala żgħira u għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-finijiet tal-investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.
(11) L-ICES jistma li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku ċentrali waqgħet taħt il-punt ta’ referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger). Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139.
(12) Skont il-parir tal-ICES, il-bakkaljaw jinqabad b’mod aċċessorju fis-sajd tal-barbun tat-tbajja’. Barra minn hekk, il-laċċa kaħla tinqabad f’sajd imħallat mal-aringa u hija speċi tal-priża għall-bakkaljaw. Huwa xieraq li jitqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet ta’ bejn l-ispeċijiet biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ u l-laċċa kaħla.
(13) Sabiex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd kostali, ilha li ġiet introdotta flessibbiltà limitata bejn iż-żoni għas-salamun mis-suddiviżjonijiet 22-31 sas-suddiviżjoni 32 tal-ICES fl-2019. Minħabba l-bidliet fl-opportunitajiet tas-sajd għal dawk iż-żewġ stokkijiet, huwa xieraq li tiżdied dik il-flessibbiltà.
(14) L-introduzzjoni ta’ projbizzjoni tas-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi u ta’ limitazzjoni tal-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar għal 3 % tal-qabda kkombinata tat-trota tal-baħar u tas-salamun ikkontribwixxiet sa ċertu punt għal tnaqqis sostanzjali ta’ rappurtar ħażin tal-qabdiet fis-sajd għas-salamun li qabel kien sinifikanti, b’mod partikolari bħala qabdiet ta’ trota tal-baħar. Huwa għalhekk xieraq li tinżamm dik id-dispożizzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-rappurtar ħażin.
(15) L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbilit f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd, kif ukoll għat-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni.
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4, id-dispożizzjonijiet għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jistabbilixxi t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 jew 4, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss fejn ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
(17) Barra minn hekk, peress li l-bijomassa tal-istokk ta’ bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant tinsab taħt il-Blim u li s-sajd aċċessorju u xjentifiku biss huwa permess fl-2021, l-Istati Membri ntrabtu li ma japplikawx l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal dan l-istokk għat-trasferimenti mill-2020 għall-2021 sabiex il-qabdiet fl-2021 ma jaqbżux it-TAC stabbilita għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant.
(18) Is-sena tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Ottubru. Abbażi ta’ parir xjentifiku ġdid, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja għal dawk iż-żoni. Ir-Renju Unit ma għandux kwota għall-merluzz tan-Norveġja. Madankollu, parti mill-kwota tinqabad fl-ilmijiet tar-Renju Unit. Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-opportunitajiet tas-sajd għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dak it-TAC ser jippermetti l-bidu tal-istaġun tas-sajd. Ir-Renju Unit ser jiġi kkonsultat dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2021. Minkejja l-fatt li r-Renju Unit ma għandu l-ebda sehem tal-kwota f’dan l-istokk, ir-riżorsa hija kondiviża mar-Renju Unit. Għalhekk jenħtieġ li jsiru konsultazzjonijiet dwar il-ġestjoni konġunta tal-istokk wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES jenħtieġ li jiġi emendat aktar tard biex jinkludi l-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2021, biex ikopri s-sena tas-sajd sħiħa mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021.
(19) Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021. Minħabba l-urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1 Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar Baltiku għall-2021 u jemenda ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra stabbiliti bir-Regolament (UE) 2020/123.
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.
2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv fejn jissemma espliċitament fid-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) suddiviżjoni tfisser suddiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif definita fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 218/2009;
(2) qabda totali permissibbli (TAC) tfisser il-kwantità ta’ kull stokk li tista’ tinqabad fuq perijodu ta’ sena;
(3) kwota tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;
(4) sajd rikreattiv tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għal rikreazzjoni, turiżmu jew sport.
KAPITOLU II OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4 TACs u allokazzjonijiet
It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet marbutin b’mod funzjonali magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 5 Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stabbilit f’dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) skambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(b) tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;
(c) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(d) kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(e) tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u ta’ qabdiet aċċessorji
L-istokkijiet ta’ speċijiet mhux fil-mira li jinsabu fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jikkwalifikaw għad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti huma identifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7 Għeluq biex jipproteġi l-bakkaljaw li jkun qed ibid
1. Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu,
2. Eżenzjoni mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:
2.
(a) operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi, li jistgħu jitwettqu dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241;
(b) bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;
(c) bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-suddiviżjoni 25 fejn il-fond tal-ilma huwa inqas minn 50 metru għall-istokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkaptu b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, u li jintgħażel il-ħatt l-art tagħhom.
3. Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu, u fis-suddiviżjoni 24 mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Awwissu.
4. Eżenzjoni mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 3 għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:
4.
(a) operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi imwettqa f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241;
(b) bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 f’żoni fejn il-fond tal-ilma huwa inqas minn 20 metru skont il-koordinati fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u fis-suddiviżjoni 24 f’żoni sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;
(c) bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-suddiviżjoni 24 sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 40 metru għall-istokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkapti b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, u li jintgħażel il-ħatt l-art tagħhom.
5. Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punti (b) jew (c) u fil-paragrafu 4, il-punti (b) jew (c) għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.
Artikolu 8 Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 22-26
1. Fis-sajd rikreattiv, ma jistgħux jinżammu aktar minn ħames kampjuni ta’ bakkaljaw għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 u fis-suddiviżjoni 24 sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, ħlief fil-perijodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2021, meta ma jistgħux jinżammu aktar minn żewġ kampjuni ta’ bakkaljaw għal kull sajjied kuljum.
2. Is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw għandu jiġi pprojbit fis-suddiviżjoni 24 lil hinn mis-sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, u fis-suddiviżjonijiet 25 u 26.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 9 Miżuri dwar is-sajd għat-trota tal-baħar u għas-salamun fis-suddiviżjonijiet 22-32
1. Għandu jkun ipprojbit għall-bastimenti tas-sajd li jistadu għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-suddiviżjonijiet 22-32 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021. Meta jsir is-sajd għas-salamun f’dawk l-ilmijiet, il-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar ma għandhomx jaqbżu t-3 % tal-qabda totali tas-salamun u tat-trota tal-baħar fi kwalunkwe mument abbord jew meta jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 10 Flessibbiltà
1. Ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika.
2. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikawx fejn Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 11 Trażmissjoni tad-data
Fejn, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data dwar il-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 12 Emenda għar-Regolament (UE) 2020/123
Fl-Anness IA, it-tabella tal-Opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi: merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati Trisopterus esmarkii Żona: 3a; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4 (NOP/2A3A4.) Perijodu 1 ta’ Novembru 2019 - 31 ta’ Ottubru 2020 1 ta’ Novembru 2020 - 31 ta’ Diċembru 2020 TAC analitika Danimarka 72433 29972 L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika Ġermanja 14 6 L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika Netherlands 53 22 Unjoni 72500 30000 Norveġja 14500 pm Gżejjer Faeroe 5000 pm TAC Mhux rilevanti Mhux rilevanti
Artikolu 13 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 ħlief l-Artikolu 12 li għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020. Għall-Kunsill Il-President M. Roth
ANNEX
ANNESS
TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIŻ-ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U SKONT IŻ-ŻONA
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-kondizzjonijiet marbutin magħhom b’mod funzjonali. Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċijiet. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni: Isem xjentifiku Kodiċi Alfa-3 Isem komuni Clupea harengus HER Aringa Gadus morhua COD Bakkaljaw Pleuronectes platessa PLE Barbun tat-tbajja’ Salmo salar SAL Salamun tal-Atlantiku Sprattus sprattus SPR Laċċa kaħla Speċi: Aringa Clupea harengus Żona: Suddiviżjonijiet 30-31 (HER/30/31.) Finlandja 53306 Żvezja 11712 Unjoni 65018 TAC 65018 TAC prekawzjonarja Speċi: Aringa Clupea harengus Żona: Suddiviżjonijiet 22-24 (HER/3BC+24) Danimarka 221 Ġermanja 869 Finlandja 0 Polonja 205 Żvezja 280 Unjoni 1575 TAC 1575 TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. Speċi: Aringa Clupea harengus Żona: Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 (HER/3D-R30) Danimarka 2146 Ġermanja 569 Estonja 10960 Finlandja 21393 Latvja 2705 Litwanja 2848 Polonja 24304 Żvezja 32626 Unjoni 97551 TAC Mhux rilevanti TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. Speċi: Aringa Clupea harengus Żona: Suddiviżjoni 28.1 (HER/03D.RG) Estonja 18216 Latvja 21230 Unjoni 39446 TAC 39446 TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. Speċi: Bakkaljaw Gadus morhua Żona: Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-32 (COD/3DX32.) Danimarka 137 Ġermanja 54 Estonja 13 Finlandja 10 Latvja 51 Litwanja 33 Polonja 159 Żvezja 138 Unjoni 595 TAC Mhux rilevanti TAC prekawzjonarja L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Speċi: Bakkaljaw Gadus morhua Żona: Suddiviżjonijiet 22-24 (COD/3BC+24) Danimarka 1746 Ġermanja 854 Estonja 39 Finlandja 34 Latvja 144 Litwanja 94 Polonja 467 Żvezja 622 Unjoni 4000 TAC 4000 TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Speċi: Barbun tat- tbajja’ Pleuronectes platessa Żona: Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32 (PLE/3BCD-C) Danimarka 5187 Ġermanja 576 Polonja 1086 Żvezja 391 Unjoni 7240 TAC 7240 TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. Speċi: Salamun tal-Atlantiku Salmo salar Żona: Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-31 (SAL/3BCD-F) Danimarka 19582 Ġermanja 2179 ( Estonja 1990 Finlandja 24417 Latvja 12455 Litwanja 1464 Polonja 5940 Żvezja 26469 Unjoni 94496 TAC Mhux rilevanti TAC prekawzjonarja L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Speċi: Salamun tal-Atlantiku Salmo salar Żona: Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/3D32.) Estonja 911 Finlandja 7972 Unjoni 8883 TAC Mhux rilevanti TAC prekawzjonarja Speċi: Laċċa kaħla Sprattus sprattus Żona: Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32 (HER/3BCD-C) Danimarka 21993 Ġermanja 13933 Estonja 25539 Finlandja 11513 Latvja 30845 Litwanja 11158 Polonja 65460 Żvezja 42517 Unjoni 222958 TAC Mhux rilevanti TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika.