Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1602 tat-28 ta’ Ottubru 2020 li taħtar membru supplenti, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

In forceVersion 2020-10-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/1602@2020-10-28/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Billi:

(1) Fl-10 ta’ Diċembru 2019, fl-20 ta’ Jannar 2020, fit-3 ta’ Frar 2020 u fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2019/2157, (UE) 2020/102, (UE) 2020/144 u (UE) 2020/511 li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/766 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta wkoll id-Deċiżjoni (UE) 2020/1153 li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(2) Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Ştefan ILIE, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Dan li ġej huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

Is-Sur Gheorghe DĂMIAN, Mayor of Ciugud, Alba County.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2020. Għall-Kunsill Il-President M. Roth

Versions

  1. 2020-10-28