Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1695 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

In forceVersion 2020-11-12from 2016-11-14
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/1695@2020-11-12/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-23 ta’ Marzu 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2) Fit-18 ta’ Ġunju 2020 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/847.

(3) Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-490/18, jenħtieġ li Neda Industrial Group jitneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(4) Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020. Għall-Kunsill Il-President M. Roth

ANNEX

(47) Neda Industrial Group. Anx. anness. Fir-Regolament (UE) Nru 267/2012, Anness IX, parti I, taqsima B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:

ANNESS

Fir-Regolament (UE) Nru 267/2012, Anness IX, parti I, taqsima B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja: (47) Neda Industrial Group.

47. Neda Industrial Group.

Versions

  1. 2020-11-12