Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 tat-13 ta’ Novembru 2020 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2021-2023
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/1706@2020-11-13/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-provvisti tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd preżentement jiddependu fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar deċennji, l-Unjoni saret tiddependi aktar fuq l-importazzjonijiet biex tilħaq id-domanda tagħha għall-prodotti tas-sajd. Sabiex jiġi żgurat li ma titqiegħedx f’periklu l-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd tal-Unjoni u sabiex jiġi żgurat li l-industrija tal-ipproċessar tagħha jkollha provvista adegwata ta’ prodotti tas-sajd, jenħtieġ li jitnaqqsu jew li jiġu sospiżi d-dazji tal-importazzjoni għal għadd ta’ prodotti tas-sajd fil-kuntest ta’ kwoti tariffarji ta’ volum xieraq. Sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-prodotti tas-sajd impurtati u l-prodotti tas-sajd tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqies ukoll l-impatt tal-miżuri fuq il-kompetittività tal-produtturi tal-ħut tal-Unjoni.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1977 fetaħ u ppreveda l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2019-2020. Billi l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-regolament jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li jiġi adottat regolament ġdid li jipprevedi l-kwoti tariffarji għall-perjodu 2021-2023.
(3) Jenħtieġ li l-importaturi kollha tal-Unjoni jibbenefikaw minn aċċess ugwali u mingħajr interruzzjoni għall-kwoti tariffarji previsti f’dan ir-Regolament, u jenħtieġ li r-rati stabbiliti għall-kwoti tariffarji jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm ikunu ntużaw il-kwoti tariffarji kollha.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jipprevedi sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati meta ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jamministraw il-kwoti tariffarji miftuħin permezz ta’ dan ir-Regolament skont dik is-sistema.
(5) Huwa importanti li jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati kollha. Billi l-kwoti tariffarji huma maħsubin biex jiżguraw il-provvista adegwata tal-prodotti tas-sajd għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun meħtieġ livell minimu ta’ trattament jew ta’ ħidma biex wieħed ikollu dritt għall-kwota.
(6) Biex ikun żgurat li jkun hemm ġestjoni effiċjenti tal-kwoti tariffarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu l-kwantitajiet neċessarji mill-ammont tal-kwota tariffarja li jkunu jikkorrispondu mal-importazzjonijiet reali tagħhom. Billi dan il-metodu ta’ ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja r-rata li biha jkunu qed jintużaw il-kwoti tariffarji u jenħtieġ li hija tgħarraf lill-Istati Membri b’dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jiġu sospiżi jew jitnaqqsu biex jaqgħu fil-kwoti tariffarji bir-rati, għall-perjodi u sal-ammonti indikati fih.
Artikolu 2 Il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandha ssir skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 3 Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni doganali tal-użu aħħari skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 4
1. Is-sospensjoni jew it-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni għandhom japplikaw biss għall-prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.
2. Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għall-prodotti li jiġu pproċessati fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew tal-forniment tal-ikel.
3. Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin biss għal waħda mill-ħidmiet li ġejjin jew iktar:
3.
(a) it-tindif, it-tindif mill-ġewwieni u l-qtugħ tad-denb u tar-ras;
(b) il-qtugħ;
(c) l-ippakkjar mill-ġdid ta’ fletti ffriżati wieħed wieħed;
(d) it-teħid ta’ kampjuni u l-għażla;
(e) it-tikkettar;
(f) l-ippakkjar;
(g) it-tkessiħ;
(h) l-iffriżar;
(i) l-iffriżar qawwi f’daqqa;
(j) it-tneħħija tas-silġ;
(k) l-igglejżjar;
(l) it-taħlil; u
(m) is-separazzjoni.
4. Minkejja l-paragrafu 3, il-kwoti tariffarji għandhom ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin għal waħda mill-ħidmiet li ġejjin jew iktar:
4.
(a) it-tqattigħ f’kubi;
(b) it-tqattigħ fi ċrieki u fi strixxi tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 03074391, 03074392 u 03074399;
(c) l-iffilettjar;
(d) il-produzzjoni tal-qatgħat;
(e) il-qtugħ ta’ blokok iffriżati;
(f) is-separazzjoni ta’ blokok iffriżati ta’ fletti b’folja bejniethom biex jinkisbu fletti individwali;
(g) it-tfettit tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM ex03036611, ex03036612, ex03036613, ex03036619, ex03038970 u ex03038990;
(h) it-trattament bil-gassijiet tal-ippakkjar kif definit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għtall-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 03061699 (fis-sottodiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 03061792 (fis-sottodiviżjoni 20 tat-TARIC), 03061799 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC), 03063590 (fis-sottodiviżjonijiet 12, 14, 92 u 93 tat-TARIC), 03063690 (fis-sottodiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 16052190 (fis-sottodiviżjonijiet 45, 55 u 62 tat-TARIC) u 16052900 (fis-sottodiviżjonijiet 50, 55 u 60 tat-TARIC); u
(i) id-diviżjoni tal-prodott iffriżat jew trattament bis-sħana tal-prodott iffriżat biex jippermetti t-tneħħija ta’ skart intern għal prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 03061110 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC), 03061190 (fis-sottodiviżjoni 20 tat-TARIC) u 03063100 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC).
Artikolu 5 Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib bejniethom biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll tajbin tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2020. Għall-Kunsill Il-President M. Roth
ANNEX
ANNESS
Numru tal-ordni Kodiċi tan-NM Kodiċi tat-TARIC Deskrizzjoni Ammont annwali tal-kwota (f’tunnellati) Dazju fuq il-kwota Perjodu tal-kwota 09.2503 ex03033985 80 Pixxiċatt (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra), iffriżat, għall-ipproċessar 7500 0 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2504 03021120 Trota tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss, bl-irjus u l-garġi, imnaddfa mill-ġewwieni, jiżnu aktar minn 1,2 kg kull waħda, jew bla rjus, bil-garġi mneħħija u msewwijin, jiżnu aktar minn 1 kg kull waħda 10000 5 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2505 ex03035410 95 Kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus), sħiħ, fletti u ġwienaħ, għall-ipproċessar 5000 7,5 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03048949 20 ex03049999 12 09.2746 ex03028990 30 Red snapper tan-Nofsinhar (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar 1500 0 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2748 ex03029100 96 Bajd tal-ħut, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar 5700 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03039190 96 ex03052000 41 09.2750 ex03052000 35 Bajd tal-ħut, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-manifattura ta’ sostituti tal-kavjar 1200 0 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2754 ex03035910 10 Inċova (Engraulis anchoita u Engraulis capensis), iffriżata, għall-ipproċessar 500 0 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2759 ex03025110 20 Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, minbarra l-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar 110000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03025190 10 ex03025910 10 ex03036310 10 ex03036330 10 ex03036390 10 ex03036910 10 09.2760 ex03036611 10 Merluzz (Merluccius spp., minbarra Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u pink cusk-eel (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżat, għall-ipproċessar 10000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03036612 10 ex03036613 10 ex03036619 11 91 ex03038970 10 ex03038990 30 09.2761 ex03047950 10 Grenadier ikħal (Macruronus spp.), fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar 17500 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03047990 11 17 ex03049590 11 17 09.2762 ex03061110 10 Awwista tal-blat u awwisti oħrajn tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ħajjin, imkessħin, iffriżati, għall-ipproċessar 200 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03061190 20 ex03063100 10 09.2765 ex03056200 20 Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew affumikat, għall-ipproċessar 2000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 25 29 ex03056910 10 09.2770 ex03056300 10 Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew iffumikata, għall-ipproċessar 1500 0 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2772 ex03049310 10 Surimi, iffriżat, għall-ipproċessar 60000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03049410 10 ex03049510 10 ex03049910 10 09.2774 ex03047415 10 Merluzz tal-Paċifiku (Merluccius productus) u merluzz Arġentin (merluzz tal-Atlantiku tal-Lbiċ) (Merluccius hubbsi), fletti ffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar 40000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03047419 10 ex03049550 10 20 09.2776 ex03047110 10 Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti ffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar 50000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03047190 10 ex03049521 10 ex03049525 10 09.2777 ex03036700 10 Merluzz tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar 340000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03047500 10 ex03049490 10 09.2778 ex03048390 21 Pixxiċatt(Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra), fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut, għall-ipproċessar 10000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03049999 65 09.2785 ex03074391 10 Tubi tal-klamar (Ommastrephes spp., minbarra t-Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati, bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar 20000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03074392 10 ex03074399 21 09.2786 ex03074391 20 Klamar (Ommastrephes spp., minbarra t-Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, sħiħ jew it-tentakli u l-pinen, għall-ipproċessar 5000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03074392 20 ex03074399 29 09.2788 ex03024100 10 Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), b’piż ta’ iktar minn 100 g kull biċċa jew qatgħat b’piż ta’ iktar minn 80 g kull biċċa, minbarra l-fwied u l-bajd, għall-ipproċessar 10000 0 % 1.10.2021–14.2.2022 1.10.2022–14.2.2023 1.10.2023-31.12.2023 ex03035100 10 ex03045950 10 ex03049923 10 09.2790 ex16041426 10 Fletti magħrufin bħala lojns tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar 35000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex16041436 10 ex16041446 11 21 92 94 09.2792 ex16041299 16 Aringi, imħawra u/jew ippriżervati fil-ħall, fis-salmura, ippriżervati fil-btieti ta’ mill-inqas piż mingħajr ilma nett ta’ 70 kg, għall-ipproċessar 5000 10 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2794 ex16052190 45 Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar 4500 0 % 1.1.2021-31.12.2023 62 ex16052900 50 55 09.2798 ex03061699 20 Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, bil-qoxra, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar 2000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 30 ex03063590 12 14 92 93 09.2800 ex16052190 55 Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar 2000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex16052900 60 09.2802 ex03061792 20 Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Penaeus vannamei u Penaeus monodon, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, mhux imsajrin, għall-ipproċessar 48000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03063690 30 09.2804 ex16054000 40 Dnub taċ-ċkal tal-ispeċi Procambarus clarkii, imsajrin, għall-ipproċessar 2500 0 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2821 03074333 Klamar tal-ispeċi Loligo pealei, iffriżat 1000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 09.2822 ex03031100 20 Salamun tal-Paċifiku tal-ispeċi Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus keta u Oncorhynchus tschawytscha, bir-ras maqtugħa u mnaddfa mill-ġewwieni, u fil-forma ta’ fletti, iffriżat, għall-ipproċessar 10000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03031200 20 ex03048100 20 09.2823 ex03038115 10 Mazzola griża (Squalus acanthias), sħiħa, flett u laħam ieħor tal-ħut, iffriżata, għall-ipproċessar 2000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03048811 10 ex03049610 10 09.2824 ex03025200 10 Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), frisk, imkessaħ jew iffriżat, bir-ras maqtugħa, bil-garġi mneħħija u mnaddaf mill-ġewwieni, għall-ipproċessa 3500 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03036400 10 09.2826 ex03061799 10 Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pleoticus muelleri, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar 8000 0 % 1.1.2021-31.12.2023 ex03063690 20