Gelex

Deċiżjoni (UE) 2020/1997 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2021 (BĊE/2020/57)

In forceVersion 2020-11-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/1997@2020-11-24/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Definizzjonijiet
  3. Artikolu 2 Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2021
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. Artikolu 4 Destinatarji

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,

Billi:

(1) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem Stati Membri taż-żona tal-euro).

(2) Id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro bagħtu lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2021, supplimentati minn noti ta’ spjegazzjoni dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri taż-żona tal-euro pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri taż-żona tal-euro kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni.

(3) Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri taż-żona tal- euro mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE.

(4) Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), minħabba li ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-deċiżjoni dwar it-talbiet għall-approvazzjoni għall-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2021 ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal- euro,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) volum ta’ ħruġ ta’ muniti tfisser volum ta’ ħruġ ta’ muniti kif iddefinit fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43);

(b) muniti għaċ-ċirkolazzjoni tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014;

(c) muniti għall-kollezzjonisti tfisser muniti għall-kollezzjonisti kif iddefiniti fil-punt (3) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Artikolu 2 Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2021

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2021 kif stabbilit fit-tabella li ġejja: (EUR mijuni) Volum ta’ muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2021 Muniti għaċ-ċirkolazzjoni Muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) Volum ta’ ħruġ ta’ muniti Il-Belġju 33,0 1,0 34,0 Il-Ġermanja 417,0 241,0 658,0 L-Estonja 10,4 0,3 10,7 L-Irlanda 15,8 0,5 16,3 Il-Greċja 99,5 3,6 103,1 Spanja 291,5 30,0 321,5 Franza 243,0 50,0 293,0 L-Italja 169,3 2,7 172,0 Ċipru 11,0 0,1 11,1 Il-Latvja 5,5 0,2 5,7 Il-Litwanja 20,0 0,6 20,6 Il-Lussemburgu 14,7 0,4 15,1 Malta 8,2 0,3 8,5 In-Netherlands 0,0 0,1 0,1 L-Awstrija 62,5 153,5 216,0 Il-Portugall 31,5 2,0 33,5 Is-Slovenja 21,0 1,0 22,0 Is-Slovakkja 14,0 2,0 16,0 Il-Finlandja 15,0 10,0 25,0 Total 1482,9 499,3 1982,2

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

Artikolu 4 Destinatarji

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Novembru 2020. Il-President tal-BĊE Christine Lagarde

Versions

  1. 2020-11-24