Gelex

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2059 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, rigward l-emendar ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll II għall-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

In forceVersion 2020-12-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/2059@2020-12-07/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (il-Ftehim), iffirmat fit-30 ta’ Lulju 2009, stabbilixxa qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika. Il-Ftehim ġie applikat b’mod proviżorju mill-Istat Indipendenti ta’ Papua New Guinea u mir-Repubblika ta’ Fiġi mill-20 ta’ Diċembru 2009 u mit-28 ta’ Lulju 2014 rispettivament. Wara l-adeżjoni tagħhom mal-Ftehim, l-Istat Indipendenti ta’ Samoa u l-Gżejjer Solomon ukoll bdew japplikaw il-Ftehim b’mod proviżorju mill-31 ta’ Diċembru 2018 u mis-17 ta’ Mejju 2020 rispettivament.

(2) Skont l-Artikolu 68 tal-Ftehim u l-Artikolu 41 tal-Protokoll II tal-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ Prodotti Oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (Protocoll II), il-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim (il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll II.

(3) Il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku, waqt it-tmien laqgħa tiegħu, il- irid jadotta deċiżjoni li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll II

(4) Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku, billi d-deċiżjoni prevista ser tkun vinkolanti għall-Unjoni.

(5) Jenħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll II sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi riċenti dwar ir-regoli tal-oriġini, jingħataw regoli tal-oriġini aktar flessibbli u aktar sempliċi li jiffaċilitaw il-kummerċ għall-operaturi ekonomiċi, u tiġi ottimizzata r-rata ta’ użu tat-trattament preferenzjali.

(6) Jenħtieġ li jiġu emendati l-intestaturi u d-eskrizzjonijiet għal ċerti prodotti inklużi fl-Anness II għall-Protokoll II sabiex dawn jiġu allinjati mal-aġġornamenti magħmula mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali għall-edizzjonijiet tal-2012 u l-2017 tan-Nomenklatura tas-Sistema Arminozzata (SA) u sabiex tinżamm konsistenza tad-deskrizzjonijiet tal-prodotti u l-klassifikazzjoni tas-SA.

(7) It-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fid-9 ta’ Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013. Il-Ftehim japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplika u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorji tal-Istati tal-Paċifiku firmatarji. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV għall-Protokoll II jiġi emendat biex ikun jinkludi l-verżjoni Kroata tad-dikjarazzjoni fuq fattura.

(8) L-Anness VIII għall-Protokoll II jelenka l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni. Fit-tifsira tal-Protokoll II pajjiżi u territorji extra-Ewropej tfisser il-pajjiżi u t-territorji msemmijin fir-Raba’ Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Jenħtieġ li l-lista fl-Anness VIII għall-Protokoll II tiġi aġġornata biex tqis il-bidliet riċenti fl-istatus ta’ ċerti pajjiżi u territorji extra-Ewropej.

(9) Wara l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim, jenħtieġ li dawn iż-żewġ Stati jitħassru mil-lista ta’ Stati oħrajn tal-AKP imsemmija fl-Anness X għall-Protokoll II,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-tmien laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020. Għall-Kunsill Il-President J. Borrell Fontelles

Versions

  1. 2020-12-07