Gelex

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2079 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża rreġistrata (Münchener Kümmel)

In forceVersion 2020-12-08from 2021-01-04
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/2079@2020-12-08/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1) F’konformità mal-Artikolu 21 u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ġermanja tat-28 ta’ Settembru 2017 biex tapprova emenda fil-formola ta’ informazzjoni teknika tal-indikazzjoni ġeografika Münchener Kümmel, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008. Din l-emenda tinkludi bidla fl-isem Münchener Kümmel għal Münchener Kümmel/Münchner Kümmel.

(2) Ir-Regolament (KE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament imsemmi, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, il-formoli tal-informazzjoni teknika mressqa fil-kuntest ta’ kull applikazzjoni qabel it-8 ta’ Ġunju 2019 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitqiesu bħala speċifikazzjonijiet tal-prodotti.

(3) Wara li ddeterminat li t-talba tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, u f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(4) Billi ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 30(2) ta’ dak ir-Regolament, applikabbli mutatis mutandis fir-rigward tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward l-isem Münchener Kümmel, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, hija b’dan approvata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2020-12-08