Gelex

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2084 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2020-12-14from 2021-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/2084@2020-12-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067
  3. (1)
  4. Artikolu 2 Kamp ta’ Applikazzjoni
  5. (2)
  6. (3)
  7. Artikolu 4 Suppożizzjoni ta’ konformità
  8. (5)
  9. (i)
  10. (ii)
  11. (6)
  12. (7)
  13. (8)
  14. (9)
  15. (10)
  16. (ii)
  17. (11)
  18. (12)
  19. (13)
  20. (15)
  21. (16)
  22. (i)
  23. (ii)
  24. (iii)
  25. (v) “(ra)
  26. (17)
  27. (18)
  28. (19)
  29. (i)
  30. (ii)
  31. (iii)
  32. (20)
  33. (3a)
  34. (3b)
  35. (3c)
  36. (b)
  37. (a)
  38. (21)
  39. “Artikolu 34a Żjarat virtwali fuq il-post
  40. 2.
  41. 4.
  42. (23)
  43. (24)
  44. 2.
  45. (25)
  46. (26)
  47. (29)
  48. (30) “(a)
  49. (31)
  50. Artikolu 2 Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067
  51. (1)
  52. (2)
  53. (4)
  54. (5)
  55. (6)
  56. (9)
  57. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
  58. ANNEX
  59. (h) i.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 10a(2) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15 tagħha,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-verifika tar-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-verifika tad-data dwar il-livell ta’ attività miġbura skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842, kif ukoll biex jintużaw is-sinerġiji, huwa xieraq li jiġu inklużi regoli għall-verifika tar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività meħtieġa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 fil-qafas legali stabbilit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067.

(2) Standards armonizzati bħall-istandard armonizzat li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-korpi ta’ validazzjoni u verifika tal-gassijiet serra għall-użu fl-akkreditazzjoni jew forom oħra ta’ rikonoxximent huma riveduti regolarment. Jenħtieġ li jsiru għadd ta’ emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 biex jiġi allinjat mar-reviżjonijiet fl-istandards applikabbli u biex jissaħħu r-rekwiżiti għall-proċeduri tal-verifikaturi u għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-verifikatur.

(3) Huwa importanti li jiġi ċċarat li l-preżunzjoni ta’ konformità stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 ma teżentax lill-verifikatur milli japplika r-rekwiżiti speċifiċi għall-programm f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u li dik il-preżunzjoni ta’ konformità ma tapplikax għal ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 fejn huwa importanti li jiġu ppreservati l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE.

(4) Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, l-operatur ta’ installazzjoni li japplika għal allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE huwa meħtieġ jinkludi d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-monitoraġġ fi pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ. Għalhekk, ma għadux xieraq li tiġi prevista l-verifika tal-elementi rilevanti għal tali allokazzjoni bla ħlas fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika tal-pjan ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

(5) Sabiex jiġi żgurat li l-evalwazzjoni tal-verifika tista’ titwettaq b’mod effiċjenti u f’waqtu, ir-regoli dwar l-aċċess tal-awtorità kompetenti għad-dokumentazzjoni tal-verifika interna jenħtieġ li jiġu emendati.

(6) Sabiex tiġi promossa aktar l-armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni u biex tittejjeb l-effettività tas-sistema ta’ akkreditament, huwa importanti li tiġi ċċarata l-eliġibbiltà tal-verifikaturi li jitolbu akkreditazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

(7) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, instabu żbalji ta’ tipi differenti u li jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. B’mod partikolari, fit-test kollu, in-numru tar-Regolament Delegat 2019/331 tħalla barra u jeħtieġ li jiddaħħal.

(8) Ċirkostanzi ta’ forza maġġuri li mhumiex fil-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jistgħu jipprevjenu lill-verifikatur milli jwettaq żjarat fiżiċi fuq il-post skont l-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. F’dawn il-każijiet huwa xieraq li l-verifikaturi jitħallew iwettqu żjarat virtwali fuq il-post sakemm jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifiċi.

(9) Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq.

(10) Jixraq li l-emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 japplikaw għall-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tad-data dwar it-tunnellati kilometri u tad-data tal-allokazzjoni marbuta mar-raba’ perjodu ta’ negozjar. Għalhekk, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ddifferita għall-1 ta’ Jannar 2021.

(11) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

Artikolu 2 Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tunnellati kilometri li sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2019, rappurtata skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE, u għall-verifika tad-data rilevanti għall-aġġornament tal-parametri referenzjarji ex ante u għad-determinazzjoni tal-allokazzjoni bla ħlas għall-installazzjonijiet skont l-Artikolu 10a ta’ dik id-Direttiva.;

(2) L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(2)

(a) il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(a)

(3) verifikatur tfisser persuna ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika skont dan ir-Regolament u li tkun akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament jew persuna fiżika awtorizzata b’mod ieħor, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, fiż-żmien li fih jinħareġ rapport ta’ verifika;;

(b) jiddaħħal il-punt (6a) li ġej:

(b)

(6a) rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tfisser rapport ippreżentat minn operatur skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842;

(c) il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c)

(7) rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru tfisser ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jrid jibgħat skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-rapport dwar it-tunnellati kilometri li operatur tal-inġenji tal-ajru jrid jibgħat biex japplika għall-allokazzjoni tal-kwoti skont l-Artikoli 3e u 3f ta’ dik id-Direttiva, ir-rapport dwar id-data ta’ referenza li operatur jibgħat skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, ir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid li l-operatur jibgħat skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament jew ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività;;

(d) fil-punt (13), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(d)

(c) għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza li operatur jibgħat skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, ir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid li l-operatur jibgħat skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament jew ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, kull att jew ommissjoni ta’ att min-naħa tal-operatur li jmur kontra r-rekwiżiti fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ;;

(e) jiżdied il-punt (30) li ġej:

(e)

(30) perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività tfisser il-perjodu applikabbli qabel is-sottomissjoni tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842.”;

(3) L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(3)

Artikolu 4 Suppożizzjoni ta’ konformità

Meta verifikatur juri li huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew ma’ partijiet minnhom, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 7(1), 7(4), 22, 27(1), 28, 31 u 32 ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun preżunt li dan il-verifikatur jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta’ dan ir-Regolament sal-punt li fih l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.;

(4) fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet, rapport dwar it-tunnellati kilometri, rapport dwar id-data ta’ referenza, rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew rapport annwali dwar il-livell ta’ attività għandhom ikunu affidabbli għall-utenti. Huwa għandu jirrappreżenta b’mod fidil dak li għandu l-għan li jirrappreżenta jew inkella dak li wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li jirrappreżenta.;

(5) L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(5)

(a) il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

(i) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(i)

(a) ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwa komplut u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, kif xieraq;;

(ii) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(ii)

(c) fejn tkun ikkonċernata l-verifika ta’ rapport dwar id-data ta’ referenza ta’ operatur, ta’ rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, l-operatur ikun aġixxa f’konformità mar-rekwiżiti tal-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 approvat mill-awtorità kompetenti;;

(b) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)

5. Jekk il-verifikatur jiskopri li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx qed jikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew l-operatur ma jkunx qed jikkonforma mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, dik l-irregolarità għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ verifika anki jekk il-pjan ta’ monitoraġġ jew il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ ikkonċernat, kif xieraq, ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti.;

(6) L-Artikolu 10(1) huwa emendat kif ġej:

(6)

(a) il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(a)

(h) ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, ir-rapport dwar it-tunnellati kilometri, ir-rapport dwar id-data ta’ referenza, ir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, kif xieraq;;

(b) jiddaħħal il-punt (ka) li ġej:

(b)

(ka) jekk il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ ikun inbidel, rekord tal-modifiki kollha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331;;

(c) jiddaħħal il-punt (la) li ġej:

(c)

(la) fejn applikabbli, informazzjoni dwar kif l-operatur ikkoreġa nuqqasijiet ta’ konformità jew indirizza rakkomandazzjonijiet ta’ titjib li ġew irrappurtati fir-rapport ta’ verifika dwar rapport annwali dwar il-livell ta’ attività mis-sena preċedenti jew rapport rilevanti dwar id-data ta’ referenza;;

(d) il-punt (n) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(d)

(n) il-korrispondenza rilevanti kollha mal-awtorità kompetenti, b’mod partikolari l-informazzjoni relatata man-notifika tal-modifiki tal-pjan ta’ monitoraġġ jew tal-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ kif ukoll il-korrezzjonijiet tad-data rappurtata, kif xieraq;;

(7) L-Artikolu 11(4) huwa emendat kif ġej:

(7)

(a) il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(a)

(b) jekk kienx hemm xi modifiki fil-pjan ta’ monitoraġġ matul il-perjodu ta’ rappurtar;;

(b) jiddaħħal il-punt (ba) li ġej:

(b)

(ba) jekk kienx hemm xi modifiki fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ matul il-perjodu ta’ referenza jew il-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività, kif xieraq;;

(c) il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c)

(d) fejn applikabbli, jekk il-modifiki msemmija fil-punt (ba) ġewx innotifikati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ġewx approvati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 9(4) ta’ dak ir-Regolament.;

(8) fl-Artikolu 13(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(8)

(c) pjan ta’ kampjunar tad-data li jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-metodi tal-kampjunar tad-data b’rabta mal-punti tad-data li fuqhom jissejsu l-emissjonijiet aggregati mogħtija fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, id-data aggregata dwar it-tunnellati kilometri mogħtija fir-rapport dwar it-tunnellati kilometri tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew id-data aggregata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas mogħtija fir-rapport dwar id-data ta’ referenza, fir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew fir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur.;

(9) L-Artikolu 16(2) huwa emendat kif ġej:

(9)

(a) il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(a)

(b) għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport dwar id-data ta’ referenza ta’ operatur, ta’ rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, tal-konfini ta’ installazzjoni u tas-subinstallazzjonijiet tagħha;;

(b) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)

(c) għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet, tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur, il-kompletezza tal-flussi minn sorsi u s-sorsi tal-emissjonijiet kif deskritt fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ, kif xieraq;;

(c) jiddaħħal il-punt (fa) li ġej:

(c)

(fa) għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, il-preċiżjoni tal-parametri elenkati fl-Artikoli 16(5), 19, 20, 21 jew 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 kif ukoll id-data meħtieġa skont il-paragrafi 1, 2 u 4 tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842;;

(10) L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(10)

(a) il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

(i) is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk il-metodoloġija għall-ġbir u għall-monitoraġġ tad-data definita fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ hijiex applikata b’mod korrett, inkluż:;

(ii) jiżdiedu l-punti (e) sa (h) li ġejjin:

(ii)

(e) jekk il-konsum tal-enerġija ġiex attribwit b’mod korrett għal kull subinstallazzjoni fejn applikabbli;

(f) jekk il-valur tal-parametri elenkati fl-Artikoli 16(5), 19, 20, 21 jew 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 huwiex ibbażat fuq applikazzjoni korretta ta’ dak ir-Regolament;

(g) għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività u rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid, id-data tal-bidu tal-operazzjoni normali kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331;

(h) għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, jekk il-parametri elenkati fil-punti 2.3 sa 2.7 tal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, kif xieraq għall-installazzjoni, ġewx immonitorjati u rrappurtati b’mod korrett skont il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ.;

(b) il-paragrafu 5 jitħassar;

(11) fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(11)

3. Meta jkun hemm nuqqasijiet fid-data fir-rapporti dwar id-data ta’ referenza, fir-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew fir-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk ġewx stabbiliti metodi fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, jekk dawk il-metodi kinux xierqa għas-sitwazzjoni speċifika u jekk ġewx applikati b’mod korrett. Meta fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ ma jiġi stabbilit l-ebda metodu ta’ nuqqas fid-data applikabbli, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-approċċ użat mill-operatur biex jikkumpensa għad-data nieqsa jkunx ibbażat fuq evidenza raġonevoli u jiżgurax li d-data meħtieġa mill-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 ma tkunx sottovalutata jew stmata b’mod eċċessiv.;

(12) fl-Artikolu 21, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

(12)

4. Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid u tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur, il-verifikatur għandu juża wkoll żjara fuq il-post biex jivvaluta l-konfini tal-installazzjoni u s-subinstallazzjonijiet tagħha kif ukoll il-kompletezza tal-flussi minn sorsi, is-sorsi tal-emissjonijiet u l-konnessjonijiet tekniċi.

5. Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet, tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur, il-verifikatur għandu jiddeċiedi, abbażi tal-analiżi tar-riskju, jekk humiex meħtieġa żjarat f’postijiet addizzjonali, inkluż fejn partijiet rilevanti tal-attivitajiet tal-fluss tad-data u tal-attivitajiet ta’ kontroll jitwettqu f’postijiet oħra bħall-kwartieri ġenerali tal-kumpanija u uffiċċji oħra lil hinn mis-sit.;

(13) L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(13)

(a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

(i) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Jekk il-verifikatur jidentifika dikjarazzjonijiet skorretti, nonkonformitajiet jew nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 kif xieraq, matul il-verifika, huwa għandu jinforma lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru dwar dan fil-ħin u jitlob korrezzjonijiet rilevanti.;

(ii) it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Meta jkun ġie identifikat nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti u jikkoreġi n-nuqqas ta’ konformità kif xieraq mingħajr dewmien żejjed.;

(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)

2. Il-verifikatur għandu jiddokumenta u jimmarka bħala riżolti fid-dokumentazzjoni tal-verifika interna d-dikjarazzjonijiet skorretti kollha, in-nuqqasijiet ta’ konformità jew in-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li jkunu ġew ikkoreġuti mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru matul il-verifika.;

(c) fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jikkoreġix in-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 skont il-paragrafu 1 qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu jivvaluta jekk in-nuqqas ta’ konformità mhux ikkoreġut għandux impatt fuq id-data rappurtata u jekk dan iwassalx għal dikjarazzjoni skorretta materjali..

(14) fl-Artikolu 23(4), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, il-livell ta’ materjalità għandu jkun ta’ 5 % tal-valur totali rappurtat ta’ dawn li ġejjin:;

(15) fl-Artikolu 26, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(15)

3. Il-verifikatur għandu, fuq talba, jipprovdi lill-awtorità kompetenti aċċess għad-dokumentazzjoni ta’ verifika interna u għal informazzjoni rilevanti oħra biex tiġi ffaċilitata evalwazzjoni tal-verifika mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi perjodu ta’ żmien li fih il-verifikatur irid jipprovdi aċċess għal dik id-dokumentazzjoni.;

(16) L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(16)

(a) fil-paragrafu 1, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: Abbażi tal-informazzjoni miġbura matul il-verifika, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta’ verifika lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru dwar kull rapport dwar l-emissjonijiet, rapport dwar it-tunnellati kilometri, rapport dwar id-data ta’ referenza, rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew rapport annwali dwar il-livell ta’ attività li kien soġġett għal verifika.;

(b) il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(b)

(i) jiddaħħal il-punt (ha) li ġej:

(i)

(ha) fejn jikkonċerna l-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, id-data annwali aggregata verifikata għal kull sena fil-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività għal kull subinstallazzjoni għal-livell ta’ attività annwali tagħha;;

(ii) il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(ii)

(i) il-perjodu ta’ rappurtar, il-perjodu ta’ referenza jew il-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività soġġett għal verifika;;

(iii) il-punt (o) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(iii)

(o) kwalunkwe kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li tkun saret apparenti matul il-verifika;;

(iv) jitħassar il-punt (r);

(v) jiżdiedu l-punti li ġejjin:

(v) “(ra)

meta l-verifikatur ikun osserva bidliet rilevanti fil-parametri elenkati fl-Artikoli 16(5), 19, 20, 21 jew 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew bidliet fl-effiċjenza enerġetika skont il-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1842, deskrizzjoni ta’ dawk il-bidliet u rimarki relatati;

(rb) fejn applikabbli, konferma li d-data tal-bidu tal-operazzjoni normali kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 ġiet ivverifikata;;

(c) il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(c)

(i) is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: Il-verifikatur għandu jiddeskrivi d-dikjarazzjonijiet skorretti, in-nuqqasijiet ta’ konformità u n-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 f’biżżejjed dettall fir-rapport ta’ verifika sabiex l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru kif ukoll l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jifhmu dan li ġej:;

(ii) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(ii)

(a) id-daqs u n-natura tad-dikjarazzjoni skorretta, in-nuqqas ta’ konformità jew in-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842;;

(iii) il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(iii)

(d) li miegħu huwa relatat in-nuqqas ta’ konformità fl-Artikolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, fir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842.;

(17) fl-Artikolu 29, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

(17)

1a. Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, il-verifikatur għandu jivvaluta jekk l-operatur ikunx ikkoreġa n-nuqqasijiet ta’ konformità indikati fir-rapport ta’ verifika relatat mar-rapport korrispondenti dwar id-data ta’ referenza, ir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività mill-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività preċedenti. Jekk l-operatur ma jkunx ikkoreġa dawk in-nuqqasijiet ta’ konformità, il-verifikatur għandu jikkunsidra jekk l-ommissjoni żżidx jew tistax iżżid ir-riskju ta’ dikjarazzjonijiet skorretti. Il-verifikatur għandu jirrapporta fir-rapport ta’ verifika jekk dawk in-nuqqasijiet ta’ konformità ġewx solvuti mill-operatur.;

(18) fl-Artikolu 30(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(18)

(e) il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data għar-rapporti dwar id-data ta’ referenza, ir-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid u r-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività.;

(19) L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(19)

(a) il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

(i) il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

(i)

(a) meta rapport dwar l-emissjonijiet jew rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur jiġi vverifikat għall-ewwel darba mill-verifikatur;

(b) għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur, jekk verifikatur ma jkunx wettaq żjara fuq il-post f’żewġ perjodi ta’ rappurtar immedjatament qabel il-perjodu ta’ rappurtar attwali;;

(ii) jiddaħħal il-punt (ba) li ġej:

(ii)

(ba) għall-finijiet tal-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur, jekk verifikatur ma jkunx wettaq żjara fuq il-post matul il-verifika ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività jew rapport ta’ data ta’ referenza fiż-żewġ perjodi ta’ rappurtar dwar il-livell ta’ attività immedjatament qabel il-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività attwali;;

(iii) jiddaħħal il-punt (ca) li ġej:

(iii)

(ca) jekk, matul il-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività, kien hemm bidliet sinifikanti fl-installazzjoni jew fis-subinstallazzjonijiet tagħha li jeħtieġu modifiki sinifikanti fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ, inklużi dawk il-bidliet imsemmija fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331;;

(b) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)

4. Il-punti (c) u (ca) tal-paragrafu 3 mhumiex applikabbli fejn, matul il-perjodu ta’ rappurtar, kien hemm biss modifiki tal-valur prestabbilit kif imsemmi fl-Artikolu 15(3)(h) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew fl-Artikolu 9(5)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.;

(20) L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(20)

(a) fil-punt (1), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: il-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni tal-kategorija A msemmija fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew installazzjoni tal-kategorija B imsemmija fl-Artikolu 19(2)(b) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fejn:;

(b) fil-punt (2), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: il-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni tal-kategorija A msemmija fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew installazzjoni tal-kategorija B imsemmija fl-Artikolu 19(2)(b) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fejn:;

(c) il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c)

(3) il-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni b’emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-paragrafi (a) sa (c) tal-punt (2) huma applikabbli.;

(d) jiddaħħlu l-punti (3a), (3b) u (3c) li ġejjin:

(d)

(3a) il-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni kif imsemmi fil-punt 1, 2 jew 3 fejn:

(3a)

(a) dik l-installazzjoni ma għandhiex subinstallazzjoni oħra għajr subinstallazzjoni waħda li għaliha huwa applikabbli parametru referenzjarju ta’ prodott skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331; u

(b) id-data tal-produzzjoni rilevanti għall-parametru referenzjarju ta’ prodott ġiet evalwata bħala parti minn awditu għal finijiet ta’ kontabbiltà finanzjarja u l-operatur jipprovdi evidenza ta’ dan.

(3b) il-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni kif imsemmi fil-punt 1, 2 jew 3 fejn:

(3b)

(a) l-installazzjoni għandha massimu ta’ żewġ subinstallazzjonijiet;

(b) it-tieni subinstallazzjoni tikkontribwixxi inqas minn 5 % għall-allokazzjoni finali totali ta’ kwoti tal-installazzjoni; u

(c) il-verifikatur ikollu biżżejjed data disponibbli biex jivvaluta l-qsim tas-subinstallazzjonijiet jekk rilevanti;

(3c) il-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni kif imsemmi fil-punt 1, 2 jew 3 fejn:

(3c)

(a) l-installazzjoni jkollha biss subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tas-sħana jew ta’ tisħin distrettwali; u

(b) l-verifikatur ikollu biżżejjed data disponibbli biex jivvaluta l-qsim tas-subinstallazzjonijiet jekk rilevanti;;

(e) il-punt (4) huwa emendat kif ġej:

(e)

(a) is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: il-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur tikkonċerna installazzjoni li tinsab f’sit mingħajr ekwipaġġ fejn:;

(b) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)

(c) il-miters ikunu diġà ġew spezzjonati fuq il-post mill-operatur jew minn laboratorju skont l-Artikolu 60 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u dokument iffirmat jew evidenza fotografika ttimbrata bid-data pprovduta mill-operatur turi li ma jkun seħħ l-ebda kejl tal-konsum jew tibdil operazzjonali fl-installazzjoni minn dik l-ispezzjoni ’l hawn;;

(f) il-punt (5) huwa emendat kif ġej:

(f)

(a) l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

(a)

(i) is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: il-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur tikkonċerna installazzjoni li tinsab f’sit remot jew inaċċessibbli, b’mod partikolari installazzjoni off-shore, fejn:;

(ii) il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(ii)

(b) il-miters ikunu diġà ġew spezzjonati fuq il-post mill-operatur jew minn laboratorju skont l-Artikolu 60 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u dokument iffirmat jew evidenza fotografika ttimbrata bid-data pprovduta mill-operatur turi li ma jkun seħħ l-ebda kejl tal-konsum jew tibdil operazzjonali fl-installazzjoni minn dik l-ispezzjoni ’l hawn.;

(b) jiżdied il-paragrafu li ġej: Il-punt (3a)(b) irid jiġi applikat jekk is-subinstallazzjoni li tikkontribwixxi 95 % jew aktar għall-allokazzjoni finali totali ta’ kwoti tal-installazzjoni kif imsemmi fil-punt (3b)(b) hija subinstallazzjoni li għaliha huwa applikabbli parametru referenzjarju ta’ prodott skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.;

(21) jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

(21)

“Artikolu 34a Żjarat virtwali fuq il-post

1. B’deroga mill-Artikolu 21(1), fejn ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli, barra mill-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, jipprevjenu lill-verifikatur milli jwettaq żjara fiżika fuq il-post u fejn dawn iċ-ċirkostanzi ma jistgħux, wara li juża l-isforzi raġonevoli kollha, jingħelbu, il-verifikatur jista’ jiddeċiedi, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li jwettaq żjara virtwali fuq il-post. Il-verifikatur għandu jieħu miżuri biex inaqqas ir-riskju ta’ verifika għal livell aċċettabbli biex jikseb assigurazzjoni raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. Għandha ssir żjara fiżika fis-sit tal-installazzjoni jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr dewmien żejjed. Id-deċiżjoni li titwettaq żjara virtwali fuq il-post għandha tkun ibbażata fuq l-eżitu tal-analiżi tar-riskju u wara li jiġi ddeterminat li l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ żjara virtwali fuq il-post huma ssodisfati. Il-verifikatur għandu jinforma lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

2. L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li titlob lill-awtorità kompetenti tapprova d-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali fuq il-post. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

2.

(a) evidenza li mhuwiex possibbli li ssir żjara fiżika fuq il-post minħabba ċ-ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli, barra mill-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(b) informazzjoni dwar kif se titwettaq iż-żjara virtwali fuq il-post;

(c) l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-analiżi tar-riskju mill-verifikatur;

(d) evidenza tal-miżuri meħuda mill-verifikatur biex inaqqas ir-riskju ta’ verifika għal livell aċċettabbli biex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

3. Fuq applikazzjoni mressqa mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapprovax id-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali fuq il-post, filwaqt li tqis l-elementi speċifikati fil-paragrafu 2.

4. B’deroga mill-paragrafu 3, fejn għadd kbir ta’ installazzjonijiet jew operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu affettwati minn ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli simili, barra mill-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, u tkun meħtieġa azzjoni immedjata minħabba raġunijiet ta’ saħħa nazzjonali imposti legalment, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-verifikaturi biex iwettqu żjarat virtwali fuq il-post mingħajr il-ħtieġa ta’ approvazzjoni individwali msemmija fil-paragrafu 3 dment li: L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-informazzjoni pprovduta mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru skont il-punt (b) matul il-valutazzjoni tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u tinforma lill-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni.

4.

(a) l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet li hemm ċirkostanzi serji straordinarji u imprevedibbli, barra mill-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata minħabba raġunijiet ta’ saħħa nazzjonali imposti legalment;

(b) l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali fuq il-post, inkluż l-elementi speċifikati fil-paragrafu 2.

(22) fl-Artikolu 37(5), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Meta l-verifikatur ikun qed iwettaq verifika tar-rapporti dwar id-data ta’ referenza, ir-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ir-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, it-tim ta’ verifika għandu jinkludi wkoll mill-inqas persuna waħda bil-kompetenza teknika u bl-għarfien meħtieġ biex tivvaluta l-aspetti tekniċi speċifiċi rigward il-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.;

(23) fl-Artikolu 38(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(23)

(a) għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 fil-każ ta’ verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, ta’ dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti, u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra, tal-linji gwida applikabbli, kif ukoll tal-linji gwida u tal-leġiżlazzjoni rilevanti maħruġa mill-Istat Membru li fih il-verifikatur ikun qed iwettaq verifika;;

(24) L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(24)

(a) fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: Meta jistabbilixxi u jimplimenta dawn il-proċeduri u l-proċessi, il-verifikatur għandu jwettaq l-attivitajiet elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament skont l-istandard armonizzat imsemmi f’dak l-Anness.;

(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)

2. Verifikatur għandu jfassal, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II sabiex jiżgura żvilupp, implimentazzjoni, titjib u reviżjoni konsistenti tal-proċeduri u l-proċessi msemmija fil-paragrafu 1. Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

2.

(a) politiki u responsabbiltajiet;

(b) reviżjoni tal-ġestjoni;

(c) awditi interni;

(d) azzjoni korrettiva;

(e) azzjonijiet biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet u biex tittieħed azzjoni preventiva;

(f) kontroll tal-informazzjoni dokumentata.;

(25) fl-Artikolu 42, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(25)

1. Verifikatur għandu jżomm u jimmaniġġja rekords, inkluż rekords dwar il-kompetenza u l-imparzjalità tal-persunal, biex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament.;

(26) L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(26)

(a) fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-verifikatur stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.;

(b) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, tiżdied is-sentenza li ġejja: Għal dan il-għan, il-verifikatur għandu jimmonitorja r-riskji għall-imparzjalità u jieħu azzjoni xierqa biex jindirizza dawk ir-riskji.;

(c) il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(c)

(a) fl-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: Verifikatur ma għandux jesternalizza l-għeluq tal-ftehim bejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-verifikatur, l-analiżi indipendenti jew il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika.;

(b) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Madankollu, individwi kontraenti biex iwettqu attivitajiet ta’ verifika ma għandhomx jikkostitwixxu esternalizzazzjoni għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu jekk il-verifikatur, meta jikkuntratta lil dawk il-persuni, jieħu responsabbiltà sħiħa għall-attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn persunal ikkuntrattat. Meta jikkuntratta individwi għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ verifika, il-verifikatur għandu jesiġi li dawn l-individwi jiffirmaw ftehim bil-miktub li huma jikkonformaw mal-proċeduri tal-verifikatur u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess fit-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet ta’ verifika.;

(d) jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

(d)

6a. Meta jkun qed jivverifika l-istess operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru bħal fis-sena preċedenti, il-verifikatur għandu jqis ir-riskju għall-imparzjalità u jieħu miżuri biex inaqqas ir-riskju għall-imparzjalità.;

(e) jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

(e)

8. Jekk l-awditur ewlieni tal-EU ETS iwettaq verifiki annwali għal perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi għal installazzjoni partikolari, allura l-awditur ewlieni tal-EU ETS għandu jieqaf għal tliet snin konsekuttivi milli jipprovdi s-servizzi ta’ verifika lil dik l-istess installazzjoni. Il-perjodu massimu ta’ ħames snin jinkludi verifiki tal-EU ETS tad-data dwar l-emissjonijiet jew l-allokazzjoni mwettqa għall-installazzjoni li jibdew wara l-1 ta’ Jannar 2021.;

(27) fl-Artikolu 44, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar id-data ta’ referenza, tar-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, verifikatur li jkun qed joħroġ rapport ta’ verifika lil operatur għandu jkun akkreditat ukoll għall-grupp ta’ attività bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I.;

(28) fl-Artikolu 46(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Kwalunkwe persuna ġuridika stabbilita skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tista’ titlob akkreditazzjoni skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.;

(29) fl-Artikolu 59(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(29)

(b) ikollu għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1842 meta l-assessur jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur għall-kamp ta’ applikazzjoni bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għarfien ta’ dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra kif ukoll tal-linji gwida applikabbli;

(30) fl-Artikolu 60(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(30) “(a)

ikollu għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1842 meta l-espert tekniku jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur għall-kamp ta’ applikazzjoni bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għarfien ta’ dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti, u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra kif ukoll tal-linji gwida applikabbli;

(31) fl-Artikolu 77(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(31)

(b) l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li r-rapporti dwar l-emissjonijiet, ir-rapporti dwar it-tunnellati kilometri, ir-rapporti dwar id-data ta’ referenza, ir-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ir-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività tagħhom huwa jkun qed jivverifika;;

(32) L-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 huwa kkoreġut kif ġej:

(1) L-Artikolu 3 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

(a) fil-punt 11, …/… hija sostitwita b’2019/331;

(b) fil-punt 28, …/… hija sostitwita b’2019/331;

(c) fil-punt 29, …/… hija sostitwita b’2019/331;

(2) it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4) huwa emendat kif ġej:

(2)

(a) fl-ewwel sentenza, …/… hija sostitwita b’2019/331;

(b) fit-tieni sentenza, …/… hija sostitwita b’2019/331;

(3) fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(6), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(4) L-Artikolu 10(1) huwa kkoreġut kif ġej:

(4)

(a) fil-punt (e), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(b) fil-punt (f), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(c) il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c)

(l) fejn applikabbli, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 69(1) u 69(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;;

(5) L-Artikolu 17(3) huwa kkoreġut kif ġej:

(5)

(a) fil-punt (a), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(b) fil-punt (c), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(6) fl-Artikolu 17(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

(6)

4. Meta s-CO2 ittrasferit jitnaqqas skont l-Artikolu 49 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew meta n-N2O ittrasferit ma jingħaddx bħala emess skont l-Artikolu 50 ta’ dak ir-Regolament, u s-CO2 jew in-N2O ittrasferit jitkejjel kemm mill-installazzjoni li tkun qed tittrasferih kif ukoll minn dik li tkun qed tirċevih, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk id-differenzi bejn il-valuri mkejla fiż-żewġ installazzjonijiet jistgħux jiġu spjegati mill-inċertezza tas-sistemi tal-kejl u jekk il-medja aritmetika korretta tal-valuri mkejla ntużatx fir-rapporti dwar l-emissjonijiet taż-żewġ installazzjonijiet.;

(7) fl-Artikolu 19(3), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(8) fil-punt (e) tal-Artikolu 27(1), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(9) L-Artikolu 27(3) huwa kkoreġut kif ġej:

(9)

(a) fil-punt (f), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(b) fil-punt (q), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(10) fil-punt (e) tal-Artikolu 28, …/… hija sostitwita b’2019/331;

(11) fil-punt (c) tal-Artikolu 30(1), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(12) fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(2), …/… hija sostitwita b’2019/331;

(13) fl-Artikolu 69(1), …/… hija sostitwita b’2019/331.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness II, jiżdiedu l-punti (g) u (h) li ġejjin:

(g) proċedura jew proċess biex jiġi żgurat li l-verifikatur jieħu responsabbiltà sħiħa għall-attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn individwi kkuntrattati;

(h) proċessi li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41(2), inkluż:

(h) i.

proċessi għall-analiżi tas-sistema ta’ ġestjoni mill-inqas darba fis-sena, u mhux aktar minn 15-il xahar bejn analiżi u oħra tal-ġestjoni;

ii.

proċessi għat-twettiq ta’ awditi interni mill-inqas darba fis-sena, u mhux aktar minn 15-il xahar bejn żewġ awditi interni;

iii.

proċessi għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità fl-attivitajiet tal-verifikatur u għat-teħid ta’ azzjoni korrettiva biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet ta’ konformità;

iv.

proċessi għall-identifikazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet fl-attivitajiet tal-verifikatur u għat-teħid ta’ azzjonijiet preventivi biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun dawk ir-riskji;

v.

proċessi għall-kontroll ta’ informazzjoni dokumentata.

Versions

  1. 2020-12-14