Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/208 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/208@2020-02-14/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 44(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew jeħtieġ l-użu ta’ metodi operattivi speċifiċi relatati mal-iskambju ta’ data bejn it-tagħmir li jinġarr fl-ajru u dak tal-art. Tali metodi operattivi jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod uniformi biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-operazzjonijiet mingħajr problemi.
(2) L-istandard EUROCAE ED-120 Standard tar-Rekwiżiti tas-Sikurezza u tal-Prestazzjoni għas-Servizzi ta’ Kollegament tad-data tat-Traffiku tal-Ajru fl-Ispazju tal-Ajru Kontinentali dan l-aħħar ġie rivedut biex titneħħa kwalunkwe referenza għall-Messaġġ Downlink (DM) 89 MONITORING [unit name] [frequency] bħala li huwa meħtieġ biex jappoġġa operazzjonijiet ta’ kollegament tad-data. Ir-referenza attwali għall-ED-120 inkluża fir-Regolament (KE) Nru 29/2009 ma għadhiex xierqa biex tirrifletti l-evoluzzjoni tal-istandards u tal-prinċipji operattivi, u biex tappoġġja l-operazzjoni ta’ kollegament tad-data ta’ inġenji tal-ajru ċċertifikati b’funzjonalitajiet tal-ATM miżjuda.
(3) Għalhekk, l-istandards tekniċi minimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 29/2009, li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw magħhom, jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.
(4) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2020. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS 11. Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, il-paragrafu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: L-istandard Eurocae ED-120 Standard tar-Rekwiżiti tas-Sikurezza u tal-Prestazzjoni għas-Servizzi ta’ Kollegament tad-data tat-Traffiku tal-Ajru fl-Ispazju tal-Ajru Kontinentali, ippubblikat f’Mejju 2004, inkluż:
ANNESS 11.
(a) għall-operaturi:
il-Bidla 1, ippubblikata f’April 2007, u l-Bidla 2, ippubblikata f’Ottubru 2007, jew
il-Bidla 1, ippubblikata f’April 2007, il-Bidla 2, ippubblikata f’Ottubru 2007, u l-Bidla 3, ippubblikata f’Settembru 2019.
(b) għall-fornituri tal-ATS:
il-Bidla 1, ippubblikata f’April 2007, il-Bidla 2, ippubblikata f’Ottubru 2007, u l-Bidla 3, ippubblikata f’Settembru 2019.