Gelex

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2111 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tar-referenza għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għall-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi f’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (notifikata bid-dokument C(2020) 9302) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2020-12-16from 2020-12-17
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/2111@2020-12-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I Stati Membriu żoni meqjusa ħielsa mill-mard elenkati fit-tabella u approvati biex jieħdu miżuri nazzjonali ħalli jevitaw l-introduzzjoni ta’ dak il-mard f’konformità mal-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi f’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(2) It-territorju tar-Renju Unit huwa elenkat fit-tieni kolonna tat-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE, bħala ħieles mill-mard elenkat fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella.

(3) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-Direttiva 2006/88/KE kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqha, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ. Għal dik ir-raġuni, ir-referenzi għar-Renju Unit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(4) Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5) Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020. Għall-Kummissjoni Stella Kyriakides Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS I Stati Membriu żoni meqjusa ħielsa mill-mard elenkati fit-tabella u approvati biex jieħdu miżuri nazzjonali ħalli jevitaw l-introduzzjoni ta’ dak il-mard f’konformità mal-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda Stat Membru Kodiċi Demarkazzjoni ġeografika taż-żona ħielsa mill-marda (Stat Membru, żona, kompartiment) Viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC) Id-Danimarka DK It-territorju kollu L-Irlanda IE It-territorju kollu L-Ungerija HU It-territorju kollu Il-Finlandja FI It-territorju kollu L-Iżvezja SE It-territorju kollu Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) UK(NI) L-Irlanda ta’ Fuq Marda batterika tal-kliewi (BKD) L-Irlanda IE It-territorju kollu Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) UK(NI) L-Irlanda ta’ Fuq Virus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) Il-Finlandja FI Il-partijiet kontinentali tat-territorju L-Iżvezja SE Il-partijiet kontinentali tat-territorju Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS) L-Irlanda IE It-territorju kollu Il-Finlandja FI Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta’ Tenojoki u Näätämönjoki; iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta’ Paatsjoki, Tuulomajoki, u Uutuanjoki huma meqjusa bħala żoni ta’ lqugħ Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) UK(NI) L-Irlanda ta’ Fuq Ostreid herpesvirus 1 μvar (OsHV-1 μVar) L-Irlanda IE Kompartiment 1: Il-bajja ta’ Sheephaven Kompartiment 3: Il-bajjiet ta’ Killala, Broadhaven u Blacksod Kompartiment 4: Il-bajja ta’ Streamstown Kompartiment 5: Il-bajjiet ta’ Bertraghboy u Galway Kompartiment A: Il-mafqas tal-bajja ta’ Tralee Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) UK(NI) It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq għajr il-bajja ta’ Dundrum, il-bajja ta’ Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough, Larne Lough u Strangford Lough Infezzjoni bl-alfavirus tas-salmonidi (SAV) Il-Finlandja FI Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Versions

  1. 2020-12-16