Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2136 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/2136@2020-12-14/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Billi:
(1) Fil-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha t-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021.
(2) Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiddefinixxi pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, u fuq in-naħa tal-infiq, mal-kontenut tal-qbil fil-prinċipju milħuq fl-10 ta’ Novembru 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027.
(3) Minħabba l-ħtieġa li tiġi adottata pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 mill-iktar fis possibbli bil-ħsieb li jiġi adottat b’mod definittiv baġit qabel il-bidu tas-sena finanzjarja 2021, b’hekk tkun żgurata l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni, huwa ġustifikat li, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 ġiet adottata mill-Kunsill fl-14 ta’ Diċembru 2020. Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020. Għall-Kunsill Il-President M. Roth