Gelex

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2206 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2020-12-22from 2020-12-31
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/2206@2020-12-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. (2)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-frażi introduttorja u l-punt (c) tal-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u tal-annimali u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċertu laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet. B’mod partikolari, il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 telenka l-pajjiżi terzi u l-partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tat-tali kunsinni.

(2) Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 119/2009 sabiex ir-Renju Unit jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz jenħtieġ li jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

(3) Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4) Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 hija emendata kif ġej:

(1) l-entrata li ġejja għar-Renju Unit tiddaħħal wara l-entrata għar-Russja: Ir-Renju Unit (*) GB WL RM WM

(2) in-nota li ġejja li tikkonċerna l-entrata għar-Renju Unit tiżdied fl-aħħar tal-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom u garanziji addizzjonali:

(2)

(*) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

Versions

  1. 2020-12-22