Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/22 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jirċievu l-approvazzjoni tat-tip fi proċess b’diversi stadji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/22@2019-10-31/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011, u b’mod partikolari l-Artikoli 7(8) u 15(8) tiegħu,
Billi:
(1) Mill-1 ta’ Settembru 2019, il-vetturi kummerċjali ħfief kollha huma soġġetti għal proċedura tat-test regolatorja ġdida għall-kejl tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil, il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151, li tissostitwixxi ċ-Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008. Għaldaqstant, sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil mill-vetturi tal-kategorija N1 li jriċievu l-approvazzjoni tat-tip fi proċess b’diversi stadji, ġiet stabbilita metodoloġija ġdida li hi stipulata fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(2) Fid-dawl tat-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 mill-1 ta’ Jannar 2020, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-istess metodoloġija tiġi stabbilita fir-Regolament (UE) 2019/631.
(3) F’konformità mal-punt 2 tal-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vetturi kkompletati jridu jkunu allokati lill-manifattur tal-vettura bażi. Sabiex il-manifattur tal-vettura bażi jkun jista’ jippjana b’mod effettiv u b’ċertezza suffiċjenti l-konformità tiegħu mal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, jenħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija li tiżgura li l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-massa tal-vetturi kompletati li se jiġu allokati lil dak il-manifattur ikunu magħrufa fil-mument tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-vettura bażi, sew dik kompluta kif ukoll dik inkompleta, u mhux biss fil-mument meta l-manifattur tal-istadju finali jqiegħed il-vettura kompletata fis-suq.
(4) Għaldaqstant, hi pprovduta metodoloġija speċifika biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ vettura bażi inkompleta, li skontha jenħtieġ li jintuża l-metodu ta’ interpolazzjoni previst fir-Regolament (UE) 2017/1151. L-emissjonijiet ta’ CO2 u l-valuri tal-massa ddeterminati b’dan il-mod jenħtieġ li jkunu kemm jista’ jkun rappreżentattivi tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u tal-massa fi stat ta’ tħaddim li se jiġu ddeterminati għall-vettura kompletata. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur tal-vettura bażi jenħtieġ għalhekk li jqis il-valuri tal-massa ddeterminati skont din il-metodoloġija.
(5) Il-manifattur tal-vettura bażi jenħtieġ li jirrapporta lill-Kummissjoni l-valuri tal-input li jkunu ntużaw għall-metodu ta’ interpolazzjoni kif ukoll l-emissjonijiet ta’ CO2 li jirriżultaw u l-massa tal-vetturi bażi inkompleti. Fl-istess waqt, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jirrapportaw lill-Kummissjoni l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vetturi kompletati.
(6) Fuq il-bażi ta’ dik id-data rrapportata, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta kontinwament ir-rappreżentattività tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ monitoraġġ tal-vettura bażi u tgħarraf lill-manifatturi bi kwalunkwe diverġenza misjuba. Fil-każ ta’ diverġenza sinifikanti u kontinwa bejn il-medja tal-valuri ta’ CO2 ta’ monitoraġġ tal-vetturi bażi u l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vetturi kkompletati, il-valuri għall-vetturi kompletati jenħtieġ li jintużaw bl-iskop li jiġi ddeterminat jekk il-manifatturi jikkonformawx mal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom.
(7) Sabiex jitqies li r-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020, huwa xieraq li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun qrib dik id-data.
(8) Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi I u III tar-Regolament (UE) 2019/631 jiġu emendati kif xieraq,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Annessi I u III tar-Regolament (UE) 2019/631 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2019. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS
L-Annessi I u III tar-Regolament (UE) 2019/631 huma emendati kif ġej:
(1) Fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I, id-definizzjoni ta’ Mø hi sostitwita b’dan li ġej: Fejn, Mmon = MRObase x B0 Fejn, MRObase hija l-massa fi stat operattiv tal-vettura bażi kkonċernata B0 hija kif definita fil-punt 1.2.4(a) tal-Parti A tal-Anness III.;
(1) Mø
hija l-massa (M) medja għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur irreġistrati fis-sena ta’ mira rilevanti, f’kilogrammi (kg);
fil-każ ta’ vettura kompluta, M hija l-massa fi stat operattiv ta’ dik il-vettura
fil-każ ta’ vettura bażi kompluta relatata ma’ vettura kompletata, M hija l-massa fi stat operattiv ta’ dik il-vettura bażi
fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta relatata ma’ vettura kompletata, M hija l-massa ta’ monitoraġġ (Mmon) ta’ dik il-vettura bażi, determinata f’konformità mal-formula li ġejja:
(2) Fl-Anness III, il-Parti A hija emendata kif ġej:
(2)
(a) il-punt 1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(a)
1.2. Vetturi kompletati rreġistrati bħala vetturi N1
1.2.1. Rappurtar mill-Istati Membri Il-format stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Parti C għandu jintuża għar-rappurtar tad-data relatata mal-vetturi N1 kompletati. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura msemmi fil-punt (o) tal-punt 1.1 ma għandux jiġi ppubblikat.
1.2.1.1. 1.2.1.1.Vetturi kompletati li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip f’koformità mar-Regolament (KE) Nru 692/2008 Għas-sena kalendarja 2020, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja fir-rigward ta’: Jekk id-data msemmija fil-punt (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma tkunx tista’ tiġi pprovduta għall-vettura bażi, l-Istati Membri għandhom minflok jipprovdu d-data dwar il-vettura kompletata.
1.2.1.1.
(a) il-vettura bażi inkompleta: id-data speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1, jew, minflok id-data speċifikata fil-punti (h) u (i), il-massa miżjuda prestabbilita pprovduta bħala parti mill-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip speċifikata fil-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(b) il-vettura bażi kompluta: id-data speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1;
(c) il-vettura kompletata: id-data speċifikata fil-punti (a), (f), (g), (h), (j), (k), (l), (m) u (o) tal-punt 1.1.
1.2.1.2. 1.2.1.2.Vetturi kompletati tal-kategorija N1 li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 Għal kull vettura kompletata ġdida rreġistrata fl-2020 u fis-snin kalendarji sussegwenti, l-Istati Membri għandhom bħala minimu jirrappurtaw id-data dettaljata speċifikata fil-punti (a), (f), (g), (h), (o), (p) u (r) tal-punt 1.1.
1.2.2. 1.2.2.Rappurtar mill-manifatturi Għal kull vettura kompletata ġdida tal-kategorija N1, li jkollha l-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 u rreġistrata fl-2020 u fis-snin kalendarji sussegwenti, il-manifattur tal-vettura bażi relatata għandu jirrapporta lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, mill-2021’il quddiem, id-data li ġejja relatata mal-vettura bażi:
1.2.2.
(a) fejn il-vettura kompletata tkun ibbażata fuq vettura bażi inkompleta:
(a)
(i) in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;
(ii) l-identifikatur tal-familja tal-vettura kif imsemmi fil-paragrafu 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;
(iii) l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ monitoraġġ iddeterminati f’konformità mal-punt 1.2.4;
(iv) l-erja ta’ quddiem, u tiġi speċifikata l-għażla applikabbli kif imsemmija fil-punt 1.2.4(c);
(v) ir-reżistenza għad-dawrien, kif imsemmi fil-punt 1.2.4 (b);
(vi) il-massa ta’ monitoraġġ, iddeterminata f’konformità mal-punt 4.1 tal-Parti B tal-Anness I;
(vii) il-massa fi stat operattiv;
(viii) il-massa rappreżentattiva tat-tagħbija tal-vettura kif definita fil-punt 1.2.4(a).
(b) fejn il-vettura kompletata tkun ibbażata fuq vettura bażi kompluta:
(b)
(i) in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;
(ii) l-identifikatur tal-familja tal-vettura kif imsemmi fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu;
(iii) l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura bażi;
(iv) il-massa fi stat operattiv.
1.2.3. Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi Il-Kummissjoni għandha tuża l-valuri rrappurtati mill-manifattur tal-vettura bażi f’konformità mal-punt 1.2.2 biex tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħha ta’ CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja li fiha tkun irreġistrata l-vettura kompletata relatata, ħlief meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1.2.5 jiġu ssodisfati, f’liema każ għandha tintuża d-data għall-vetturi kompletati. Meta d-data msemmija fil-punt 1.2.2 ma tkunx ġiet irrappurtata mill-manifattur tal-vettura bażi, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 irrappurtati mill-Istati Membri f’konformità mal-punt 1.2.1 fir-rigward tal-vettura kompletata relatata għandhom jintużaw biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur ikkonċernat.
1.2.4. Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ monitoraġġ ta’ CO2 fil-każ ta’ vetturi bażi inkompleti Sa mill-bidu tas-sena kalendarja 2020, il-manifattur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ monitoraġġ għal kull waħda mill-vetturi bażi inkompleti individwali tiegħu, f’konformità mal-metodu ta’ interpolazzjoni msemmi fil-punti 3.2.3.2 jew 3.2.4 tas-Sub-Anness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, billi juża l-istess metodu bħal dak applikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura bażi fir-rigward tal-emissjonijiet tagħha, fejn it-termini għandhom ikunu kif definiti f’dawk il-punti bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
1.2.4.
(a) Massa tal-vettura individwali It-terminu TMind imsemmi fil-punti 3.2.3.2.2.1. jew 3.2.4.1.1.1 tas-Sub-Anness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għandu jiġi sostitwit bil-massa prestabbilita tal-vettura bażi, DMbase. Meta d-DMbase tkun aktar baxxa mill-massa tat-test tal-vehicle low, it-TML tal-familja ta’ interpolazzjoni, it-terminu TMind għandu jiġi sostitwit b’TML. Meta d-DMbase tkun ogħla mill-massa tat-test tal-vehicle high, it-TMH tal-familja ta’ interpolazzjoni, it-terminu TM ind għandu jiġi sostitwit b’TMH. Id-DMbase għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-formula li ġejja: DMbase = MRObase × B0 + 25 kg + MVL Fejn, MRObase hija l-massa fi stat operattiv tal-vettura bażi kif definita fil-punt 3.2.5 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151; B0 hija l-valur tal-massa tal-karozzerija ta’ 1,375; MVL hija l-massa rappreżentattiva tat-tagħbija tal-vettura, li tfisser 28 fil-mija tat-tagħbija massima tal-vettura fejn it-tagħbija massima tal-vettura hija definita bħala l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli mnaqqsa bil-massa fi stat operattiv tal-vettura bażi mmultiplikata b’B0, u mnaqqsa b’25 kg. Il-valur ta’ B0 għandu jiġi aġġustat sal-31 ta’ Ottubru 2021 fuq il-bażi tal-massa fi stat operattiv tal-vetturi bażi inkompleti għall-vetturi kompletati kollha rreġistrati fis-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020, ikkalkulat f’konformità mal-formuli ta’ hawn taħt. Il-valur il-ġdid ta’ M0 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024. Il-Formula 1: Fejn, Ai hija l-valur Ay kif ikkalkulat fil-Formula 2 għas-sena kalendarja rilevanti ni hija l-għadd ta’ vetturi bażi inkompleti relatati mal-vetturi kompletati rreġistrati fis-sena kalendarja Il-Formula numru 2: Fejn, Ay hija l-medja tal-proporzjon bejn Mfi u Mbi għal kull waħda mis-snin kalendarji 2018 sal-2020; Mfi hija l-massa tal-vettura ta’ bażi mhux kompluta lesta biex taħdem biż-żieda tal-massa speċifika miżjuda, kif definita fit-Taqsima 5 tal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008; Mbi hija l-massa fi stat operattiv tal-vettura bażi inkompleta; n hija l-għadd ta’ vetturi bażi inkompleti relatati mal-vetturi kompletati rreġistrati fis-sena kalendarja.
(b) Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura individwali Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura bażi għandha tintuża għall-finijiet tal-punt 3.2.3.2.2.2 jew 3.2.4.1.1.2 tas-Sub-Anness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.
(c) Erja ta’ quddiem Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta li tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, il-manifattur għandu jiddetermina t-terminu Af imsemmi fil-punt 3.2.3.2.2.3 tas-Sub-Anness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 f’konformità ma’ waħda mill-għażliet li ġejjin: Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta li ma tappartjenix għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, għandu jintuża l-valur tal-erja ta’ quddiem tal-vehicle high tal-familja ta’ interpolazzjoni.
(c)
(i) l-erja ta’ quddiem tal-vettura rappreżentattiva tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, f’m2;
(ii) il-medja tal-erja ta’ quddiem tal-vehicle high u tal-vehicle low tal-familja ta’ interpolazzjoni, f’m2;
(iii) l-erja ta’ quddiem tal-vehicle high tal-familja ta’ interpolazzjoni, f’każ li ma jintużax il-metodu ta’ interpolazzjoni, f’m2.
1.2.5. Rappreżentattività tal-valur tas-CO2 ta’ monitoraġġ Kull sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rappreżentanza tal-medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ monitoraġġ irrapportati mill-manifattur tal-vettura bażi kif imqabbla mal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vetturi kompletati relatati rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-manifattur tal-vettura bażi bid-diverġenza li nstabet bejn dawk il-valuri. F’każ li tinstab diverġenza ta’ 4 % jew aktar matul kull waħda minn sentejn kalendarji konsekuttivi, il-Kummissjoni għandha tuża l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vetturi kompletati fis-sena kalendarja sussegwenti biex tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifattur tal-vettura bażi jew tal-konsorzju f’dik is-sena.
(b) il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(b)
2. Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-manifattur tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti jew ikunu konsistenti miegħu. Għal dawk id-dettalji li mhumiex disponibbli fiċ-ċertifikat ta’ konformità, għandhom jittieħdu d-dettalji mid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew mill-informazzjoni rrapportata mill-manifattur tal-vettura bażi skont il-punt 1.2.3. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw akkuratezza adegwata fil-proċedura ta’ monitoraġġ. Meta ċ-ċertifikat ta’ konformità jispeċifika kemm il-massa minima kif ukoll dik massima għal vettura kummerċjali ħafifa, l-Istati Membri għandhom jużaw iċ-ċifra massima biss għall-fini ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu b’żewġ tipi ta’ fjuwil (petrol/gass), li ċ-ċertifikati ta’ konformità tagħhom ikollhom ċifri speċifiċi tal-emissjonijiet ta’ CO2 għaż-żewġ tipi ta’ fjuwil, l-Istati Membri għandhom jużaw biss iċ-ċifra mkejla għall-gass.