Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/287 tas-27 ta’ Frar 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nru 10, 26, 28, 46, 48, 51, 55, 58, 59, 62, 79, 90, 106, 107, 110, 117, 121, 122, 128, 144, 148, 149, 150, 151 u 152, f’dak li għandu x’jaqsam mal-mal-proposti għal modifiki għar-Regolamenti Tekniċi Globali Nru 3, 6 u 16, f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposta għal emendi għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata R.E.5, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposti għal awtorizzazzjonijiet biex tiġi żviluppata emenda għal-GTR Nru 6 u biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id-Determinazzjoni tal-Potenza tal-Vetturi li jaħdmu bl-Elettriku
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/287@2020-02-27/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE, l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawk il-preskrizzjonijiet (il-Ftehim Rivedut tal-1958). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.
(2) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE, l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-Ftehim Parallel). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.
(3) Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji tan-NU/KEE għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) jista’ jadotta, kif applikabbli, il-proposti għal modifiki għar-Regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (Regolamenti tan-NU) Nru 10, 26, 28, 46, 48, 51, 55, 58, 59, 62, 79, 90, 106, 107, 110, 117, 121, 122, 128, 144, 148, 149, 150, 151 u 152, il-proposti għal modifiki għar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTR) Nru 3, 6 u 16, il-proposta għal emendi għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata R.E.5 u l-proposti għal awtorizzazzjonijiet biex tiġi żviluppata emenda għal-GTR Nru 6 u biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id-Determinazzjoni tal-Potenza tal-Vetturi li jaħdmu bl-Elettriku (DEVP).
(4) Waqt il-180 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu 2020, id-WP.29 għandu jadotta l-atti msemmijin hawn fuq b’rabta mad-dispożizzjonijiet amministrattivi u mal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-approvazzjoni ta’ Regolamenti tekniċi armonizzati tan-NU u GTR għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti.
(5) Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 f’dak li għandu x’jaqsam mal-adozzjoni tal-proposti għal Regolamenti tan-NU, minħabba li r-Regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni u jkollhom il-kapaċità li jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.
(6) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill issostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni u stabbiliet qafas armonizzat li fih dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati l-ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE ’l hawn, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.
(7) Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li jiġu emendati jew issupplimentati r-rekwiżiti marbutin ma’ ċerti elementi jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nru 10, 26, 28, 46, 48, 51, 55, 58, 59, 62, 79, 90, 106, 107, 110, 117, 121, 122, 128, 144, 148, 149, 150, 151 u 152. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet fital-GTR Nru 3, 6 u 16. Fl-aħħar nett, jeħtieġli jiġu adottati l-emendi għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata R.E.5 u l-awtorizzazzjonijiet biex tiġi żviluppata emenda għall-GTR Nru 6 u biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id- DEVP.
(8) Id-dokument ta’ ħidma tad-WP.29 bin-numru ta’ referenza ECE/TRANS/WP.29/2020/25 għandu x’jaqsam ma’ proposta għas-Suppliment 2 għar-Regolament tan-NU Nru 144 (Sistemi tas-Sejħiet ta’ Emerġenza f’każ ta’ Inċidenti), li għadha mhix lesta biex jittieħed vot dwarha fid-WP.29.
(9) Id-dokument ta’ ħidma tad-WP.29 bin-numru ta’ referenza ECE/TRANS/WP.29/2020/2 għandu x’jaqsam ma’ proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolamenttan-NU Nu 9(L-Istorbju mill-Vetturi bi Tliet Roti). Minħabba li l-Unjoni mhix qed tapplika d-dispożizzjonijiet uniformi tar-Regolament tan-NU Nru 9, m’hemmx bżonn tiġi stabbilita pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-proposta ECE/TRANS/WP.29/2020/2,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 waqt il-180 sessjoni tiegħu li ser issir bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu 2020 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 waqt il-180 sessjoni tiegħu li ser issir bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu 2020 għandha tkun li tivvota kontra l-proposta għas-Suppliment 2 għar-Regolament Nru 144 tan-NU (Sistemi tas-Sejħiet ta’ Emerġenza f’każ ta’ Inċidenti, dokument ta’ ħidma ECE/TRANS/WP.29/2020/25).
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2020. Għall-Kunsill Il-President D. Horvat
ANNEX
ANNESS
Numru tar-Regolament Titlu tal-punt fl-aġenda Referenza tad-dokument 10 Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 10 (Il-kompatibbiltà elettromanjetika) ECE/TRANS/WP.29/2020/30 26 Proposta għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 26 (Il-projezzjonijiet esterni tal-karozzi tal-passiġġieri) ECE/TRANS/WP.29/2020/26 26 Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 26 (Il-projezzjonijiet esterni tal-karozzi tal-passiġġieri) ECE/TRANS/WP.29/2020/15 28 Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 28 (L-apparat ta’ twissija li jinstema’) ECE/TRANS/WP.29/2020/3 46 Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 46(L-apparat għall-viżjoni indiretta) ECE/TRANS/WP.29/2020/16 46 Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 46 (L-apparat għall-viżjoni indiretta) ECE/TRANS/WP.29/2020/17 48 Proposta għal serje 07 ġdida ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (L-installazzjoni tad-dwal u tal-apparat għas-sinjalar bid-dawl) ECE/TRANS/WP.29/2020/36, WP.29-180-07 51 Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 51 (L-istorbju mill-vetturi tal-kategoriji M u N) ECE/TRANS/WP.29/2020/4 55 Proposta għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 55 (L-akkoppjamenti mekkaniċi) ECE/TRANS/WP.29/2020/27 58 Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 58 (L-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun) ECE/TRANS/WP.29/2020/19 59 Proposta għal serje 03 ġdida ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 59 (Is-sistemi ta’ sostituzzjoni tas-sajlenser) ECE/TRANS/WP.29/2020/7 62 Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 62 (Is-sistemi kontra s-serq (għall-mopeds u għall-muturi)) ECE/TRANS/WP.29/2020/28 79 Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 79 (It-tagħmir tal-istering) ECE/TRANS/WP.29/2020/11 90 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 90 (Il-partijiet ta’ sostituzzjoni tal-ibbrejkjar) ECE/TRANS/WP.29/2020/8 106 Proposta għas-Suppliment 18 għas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament Nru 106 tan-NU (It-tajers għall-vetturi agrikoli) ECE/TRANS/WP.29/2020/5 107 Proposta għas-Suppliment 9 għas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament tan- NU Nru 107 (Il-vetturi tat-tip M2 u M3) ECE/TRANS/WP.29/2020/12 107 Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 107 (Il-vetturi tat-tip M2 u M3) ECE/TRANS/WP.29/2020/13 107 Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 107 (Il-vetturi tat-tip M2 u M3) ECE/TRANS/WP.29/2020/14 110 Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan- NU Nru 110 (Il-vetturi tas-CNG u tal-LNG) ECE/TRANS/WP.29/2020/20 110 Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 110 (Il-vetturi tas-CNG u tal-LNG) ECE/TRANS/WP.29/2020/21 117 Proposta għas-Suppliment 11 għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 117 (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab) ECE/TRANS/WP.29/2020/6 121 Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 121 (L-identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi) ECE/TRANS/WP.29/2020/22 122 Proposta għas-Suppliment 6 għar-Regolament tan-NU Nru 122 (Is-sistemi tat-tisħin) ECE/TRANS/WP.29/2020/23 128 Proposta għas-Suppliment 10 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 128 ECE/TRANS/WP.29/2020/31 144 Proposta għas-Suppliment 1 għar-Regolament tan-NU Nru 144 (Is-Sistemi tas-Sejħiet ta’ Emerġenza f’każ ta’ Inċidenti) ECE/TRANS/WP.29/2020/24 144 Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 144 (Is-Sistemi tas-Sejħiet ta’ Emerġenza f’każ ta’ Inċidenti) ECE/TRANS/WP.29/2020/29 148 Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 148 dwar l-apparat għas-sinjalar bid-dawl (LSD) ECE/TRANS/WP.29/2020/32 149 Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 149 dwar l-apparat għat-tidwil tat-toroq (RID) ECE/TRANS/WP.29/2020/33 150 Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 150 dwar l-apparat retroriflettiv (RRD) ECE/TRANS/WP.29/2020/34 151 Proposta għas-Suppliment 1 għar-Regolament tan-NU Nru 151 (Is-sistemi ta’ informazzjoni dwar il-punti moħbija (BSIS)) ECE/TRANS/WP.29/2020/18, WP.29-180-05 152 Proposta għas-Suppliment 1 għar-Regolament tan-NU Nru 152 (Is-sistema avvanzata għall-ibbrejkjar f’emerġenza (l-AEBS) għall-vetturi tat-tip M1 u N1) ECE/TRANS/WP.29/2020/9 152 Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 152 (Is-sistema avvanzata għall-ibbrejkjar f’emerġenza (l-AEBS) għall-vetturi tat-tip M1 u N1) ECE/TRANS/WP.29/2020/10 Numru tal-GTR Titlu tal-punt fl-aġenda Referenza tad-dokument 3 Proposta għall-Emenda Nru 4 għall-GTR Nru 3 (Is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi) Proposta għar-rapport tekniku għall-Emenda nru 4 għall-GTR Nru 3 (Is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi) L-awtorizzazzjoni biex jiġu żviluppati emendi għall-GTR Nru 3 ECE/TRANS/WP.29/2020/47 ECE/TRANS/WP.29/2020/48 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/47 6 Proposta għall-Emenda Nru 2 għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza) Proposta għar-rapport tekniku għall-Emenda Nru 2 għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza) L-awtorizzazzjoni biex jiġu żviluppati emendi għall-GTR Nru 6 ECE/TRANS/WP.29/2020/43 ECE/TRANS/WP.29/2020/44 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/52 6 Proposta għall-Emenda Nru 3 għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza) Proposta għar-rapport tekniku għall-Emenda Nru 3 għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza) L-awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata emenda għall-GTR Nru 6 ECE/TRANS/WP.29/2020/45 ECE/TRANS/WP.29/2020/46 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/52 16 Proposta għall-emenda nru 2 tal-GTR Nru 16 (It-tajers) Proposta għar-rapport tekniku għall-Emenda Nru 2 għall-GTR Nru 16 (It-tajers) L-awtorizzazzjoni biex jiġu żviluppati emendi għall-GTR Nru 16 ECE/TRANS/WP.29/2020/41 ECE/TRANS/WP.29/2020/42 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/48/Rev.1 Numru tar-Riżoluzzjoni Titlu tal-punt fl-aġenda Referenza tad-dokument R.E.5 Proposta għall-emenda nru 5 għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl (R.E.5) ECE/TRANS/WP.29/2020/37 Affarijiet oħrajn Titlu tal-punt fl-aġenda Referenza tad-dokument L-awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata emenda għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza) ECE/TRANS/WP.29/AC.3/55 L-awtorizzazzjoni riveduta biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id-DEVP ECE/TRANS/WP.29/AC.3/53/Rev.1