Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/471 tal-31 ta’ Marzu 2020 li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

In forceVersion 2020-03-31
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/471@2020-03-31/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-18 ta’ Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778.

(2) Fis-26 ta’ Settembru 2019, il-Kunsill estenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 sal-31 ta’ Marzu 2020 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1595.

(3) Fis-17 ta’ Frar 2020, il-Kunsill qabel li jenħtieġ li l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tingħalaq. Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 titħassar u konsegwentement l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA se tintemm ma’ tali tħassir.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 li stabbilixxiet mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) tiddetermina l-proċeduri tal-awditu u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-operazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 hija b’dan imħassra.

2. It-tħassir tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 dwar l-awditu u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2020. Għall-Kunsill Il-President A. Metelko-Zgombić

Versions

  1. 2020-03-31