Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/480 tal-1 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

In forceVersion 2020-04-01from 2020-04-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/480@2020-04-01/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I
  4. ANNESS II

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,

Billi:

(1) F’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju manifatturat f’konformità ma’ standard armonizzat, li r-referenzi għalih ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza koperti b’tali standard armonizzat.

(2) Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni għamlet talba (it-talba M/396) lis-CEN u lis-CENELEC għall-abbozzar, għar-reviżjoni u għat-tlestija tal-ħidma fuq l-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE biex jitqiesu l-bidliet introdotti b’dik id-Direttiva meta mqabbla mad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3) Abbażi tat-talba M/396, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati ġodda EN ISO 18497:2018 dwar is-sikurezza ta’ makkinarju agrikolu awtomatizzat ħafna, EN 14033-4:2019 dwar ir-rekwiżiti tekniċi għaċ-ċirkolazzjoni u għat-tħaddim ta’ applikazzjonijiet ferrovjarji fuq il-linji ferrovjarji urbani, EN 16770:2018 dwar is-sistemi tal-estrazzjoni tal-laqx u tat-trab għall-installazjoni fuq ġewwa ta’ magni li jaħdmu l-injam, EN 16712-4:2018 dwar il-ġeneraturi ta’ ragħwa ta’ espansjoni għolja, EN 62841-4-2:2019 dwar rekwiżiti tas-sikurezza partikolari għall-makkinarju taż-żbir tas-sisien tal-ħaxix, EN 62841-3-12:2019 dwar rekwiżiti tas-sikurezza partikolari għall-magni li jaqtgħu l-kamini u li jistgħu jiġu ttrasportati, EN ISO 20607:2019 dwar it-tħejjija ta’ partijiet, rilevanti għas-sikurezza, tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-makkinarju, u EN 17067:2018 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għas-sistemi ta’ kontroll mill-bogħod li jintużaw f’ċerti makkinarju tal-forestrija.

(4) Barra minn hekk, abbażi tat-talba M/396, is-CEN u s-CENELEC irrevedew u emendaw standards eżistenti biex jadattawhom għall-progress teknoloġiku, inkluż l-istandards EN ISO 10517:2019, EN ISO 11148-13:2018, EN 12012-1:2018, EN 12733:2018, EN 16985:2018, EN ISO 19296:2018, EN ISO 28927-4:2010 u EN ISO 28927-4:2010/A1:2018, EN 60204-1:2018, EN IEC 60204-11:2019, EN 707:2019, EN 1459-2:2015+A1:2018, EN ISO 3691-5:2015, EN ISO 4254-9:2018, EN 12312-8:2018, u EN ISO 19353:2019.

(5) Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-CENELEC, ivvalutat jekk l-istandards abbozzati, reveduti u emendati mis-CEN u mis-CENELEC jikkonformawx mat-talba M/396.

(6) L-istandards abbozzati, reveduti u emendati mis-CEN u mis-CENELEC abbażi tat-talba M/396 jissodisfaw ir-rekwiżiti li huma għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi għal dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7) Bħala riżultat tal-ħidma tas-CEN u tas-CENELEC abbażi tat-talba M/396, diversi standards armonizzati ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ġew sostitwiti, reveduti jew emendati. Għalhekk, huwa meħtieġ li r-referenzi għal dawk l-istandards jitneħħew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards ġodda, tal-istandards reveduti u tal-emendi għall-istandards, huwa meħtieġ li t-tneħħija tar-referenzi għall-istandards armonizzati tiġi differita.

(8) Ir-referenzi għall-istandards armonizzati EN ISO 19085-3:2017 dwar il-magni li jaħdmu l-injam u EN ISO 28927-2:2009/A1:2017 dwar l-għodod awtomatizzati portabbli tal-idejn, huma inklużi fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436. Madankollu, verżjonijiet preċedenti ta’ dawk l-istandards, EN 848-3:2012 u EN ISO 28927-2:2009, huma ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ma tneħħewx. Minħabba li l-istandards EN 848-3:2012 u EN ISO 28927-2:2009 ma għadhomx jirrappreżentaw l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, huwa xieraq li r-referenzi għal dawk l-istandards jitneħħew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards EN ISO 19085-3:2017 u EN ISO 28927-2:2009/A1:2017, huwa meħtieġ li t-tneħħija tal-istandards EN 848-3:2012 u EN ISO 28927-2:2009 tiġi differita.

(9) L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2006/42/KE u l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità b’restrizzjonijiet. Minħabba li jeħtieġ li jiġu ppubblikati diversi referenzi għal standards armonizzati u minħabba li l-ebda restrizzjoni ma jeħtieġ li tiżdied meta jiġu ppubblikati dawk l-istandards, huwa xieraq li jiżdiedu dawk ir-referenzi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436. Jeħtieġ ukoll li r-referenza għall-istandard EN 62841-2-1:2018 tiġi sostitwita f’dak l-Anness sabiex tiġi inkluża referenza għall-aħħar emenda għal dak l-istandard.

(10) L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE li jitneħħew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness. Minħabba li diversi referenzi għal standards armonizzati li huma ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jitneħħew, huwa xieraq li jiżdiedu dawk ir-referenzi għall-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436.

(11) Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tiġi emendata skont dan.

(12) Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mit-2 ta’ Ottubru 2021. Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2020. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat kif ġej:

(1) ir-ringiela 35 hija sostitwita b’dan li ġej: 35. EN 62841-2-1:2018 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna – Sikurezza – Parti 2-1: Rekwiżiti partikolari għal drills li jinżammu bl-idejn u drills ta’ impatt qawwi (IEC 62841-2-1:2017, Modifikat) EN 62841-2-1:2018/A11:2019 C

(2) jiżdiedu r-ringieli li ġejjin: 43. EN ISO 18497:2018 Makkinarji u tratturi agrikoli – Sikurezza ta’ magni agrikoli awtomatizzati ħafna – Prinċipji għad-disinn (ISO 18497:2018) B 44. EN ISO 19353:2019 Sikurezza tal-makkinarju – Prevenzjoni tan-nirien u protezzjoni min-nirien (ISO 19353:2019) B 45. EN 707:2018 Makkinarju agrikolu – Makkinarju għat-tidmil ta’ fertilizzant likwidu – Sikurezza C 46. EN 1459-2:2015+A1:2018 Trakkijiet li jaħdmu fuq art imħarbta – Rekwiżiti tas-sikurezza u verifika – Parti 2: Trakkijiet bi krejnijiet teleskopiċi li jilħqu distanzi li jvarjaw u li jduru f’diversi direzzjonijiet C 47. EN ISO 3691-5:2015 Trakkijiet industrijali – Rekwiżiti tas-sikurezza u verifika – Part 5: Trakkijiet operati minn persuni fuq saqajhom (ISO 3691-5:2014) C 48. EN ISO 4254-9:2018 Makkinarju agrikolu – Sikurezza – Parti 9: Drills tat-tħaffir għaż-żrigħ (ISO 4254-9:2018) C 49. EN ISO 10517:2019 Makkinarju motorizzat taż-żbir tas-sisien tal-ħaxix li jinżamm bl-idejn – Sikurezza (ISO 10517:2019) C 50. EN ISO 11148-13:2018 Għodod motorizzati mhux tal-elettriku li jinżammu bl-idejn – Rekwiżiti tas-sikurezza – Parti 13: Għodod tat-tqegħid ta’ elementi tat-twaħħil (ISO 11148-13:2017) C 51. EN 12012-1:2018 Magni għal materjali tal-plastik u tal-lastiku – Magni li jnaqqsu d-daqs – Parti 1: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-makkinarju bix-xfafar tal-granulazzjoni u tat-tqattigħ C 52. EN 12312-8:2018 Tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa lill-inġenji tal-ajru – Rekwiżiti speċifiċi – Parti 8: Turġien u pjattaformi tal-manutenzjoni jew tas-servizz C 53. EN 12733:2018 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija – Makkinarju tal-ħsad ikkontrollat minn persuni fuq saqajhom – Sikurezza C 54. EN 14033-4:2019 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Linji ferrovjarji – Magni tal-kostruzzjoni u tal-manutenzjoni konnessi mal-linji ferrovjarji – Parti 4: Rekwiżiti tekniċi għaċ-ċirkolazzjoni, għall-ivvjaġġar u għat-tħaddim fuq linji ferrovjarji urbani C 55. EN 16712-4:2018 Tagħmir portabbli għat-tfigħ ta’ aġenti tat-tifi tan-nar fornuti minn pompi tat-tifi tan-nar – Tagħmir tar-ragħwa portabbli – Parti 4: Ġeneraturi ta’ ragħwa ta’ espansjoni għolja PN16 C 56. EN 16770:2018 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Sistemi tal-estrazzjoni tal-laqx u tat-trab għall-installazzjoni fuq ġewwa – Rekwiżiti tas-sikurezza C 57. EN 16985:2018 Kabini fejn jingħata l-isprej għall-applikazzjoni ta’ materjal tal-kisi organiku – Rekwiżiti tas-sikurezza C 58. EN 17067:2018 Makkinarju tal-forestrija – Rekwiżiti tas-sikurezza għall-kontrolli mill-bogħod bil-frekwenzi tar-radju C 59. EN ISO 19296:2018 Xogħol fil-minjieri – Magni mobbli għax-xogħol taħt l-art – Sikurezza tal-magni (ISO 19296:2018) C 60. EN ISO 28927-4:2010 Għodod motorizzati portabbli li jinżammu bl-idejn – Metodi ta’ ttestjar għall-evalwazzjoni tal-vibrazzjonijiet – Parti 4: Moli dritti (ISO 28927-4:2010) EN ISO 28927-4:2010/A1:2018 C 61. EN 60204-1:2018 Sikurezza tal-makkinarju – Tagħmir elettriku tal-magni – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (IEC 60204-1:2016, Modifikat) B 62. EN IEC 60204-11:2019 Sikurezza tal-makkinarju – Tagħmir elettriku tal-magni – Parti 11: Rekwiżiti għat-tagħmir b’vultaġġi ogħla minn 1000 V AC jew 1500 V DC u mhux iktar minn 36 kV (IEC 60204-11:2018) B 63. EN 62841-4-2:2019 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sikurezza – Parti 4-2: Rekwiżiti partikolari għall-makkinarju taż-żbir tas-sisien tal-ħaxix (IEC 62841-4-2:2017, Modifikat) C 64. EN 62841-3-12:2019 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna – Sikurezza – Parti 3-12: Rekwiżiti partikolari għall-magni li jaqtgħu l-kamini u li jistgħu jiġu ttrasportati (IEC 62841-3-12:2017) C 65. EN 62841-2-21:2019 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna – Sikurezza – Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għall-makkinarju tat-tindif tal-katusi li jinżammu bl-idejn (IEC 62841-2-21:2017, Modifikat) C 66. EN ISO 20607:2019 Sikurezza tal-makkinarju – Manwal tal-istruzzjonijiet – Prinċipji ġenerali tal-abbozzar (ISO 20607:2019) B 67. EN ISO 19085-7:2019 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 7: Inċanar tas-superfiċe, inċanar tal-ħxuna, magni tal-inċanar tas-superfiċe/tal-ħxuna kkombinati (ISO 19085-7:2019) C 68. EN 1114-3:2019 Magni għal-lastiku u għall-plastik – Makkinarju tal-estrużjoni u linji tal-estrużjoni – Parti 3: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-apparat li jiġbed il-lastiku/il-plastik likwidu C 69. EN 1127-1:2019 Atmosferi splussivi – Prevenzjoni tal-isplużjonijiet u protezzjoni minnhom – Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija B

ANNESS II

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin: 39. EN ISO 28927-4:2010 Għodod motorizzati portabbli li jinżammu bl-idejn – Metodi ta’ ttestjar għal evalwazzjoni tal-vibrazzjonijiet – Parti 4: Moli dritti (ISO 28927-4:2010) it-2 ta’ April 2020 C 40. EN ISO 19353:2016 Sikurezza tal-makkinarju – Prevenzjoni tan-nirien u protezzjoni min-nirien (ISO 19353:2015) it-2 ta’ Ottubru 2021 B 41. EN 707:1999+A1:2009 Makkinarju agrikolu – Makkinarju għat-tidmil ta’ fertilizzant likwidu – Sikurezza it-2 ta’ Ottubru 2021 C 42. EN 792-13:2000+A1:2008 Għodod motorizzati mhux tal-elettriku li jinżammu bl-idejn – Rekwiżiti tas-sikurezza – Parti 13: Għodod tat-tqegħid ta’ elementi tat-twaħħil it-2 ta’ Ottubru 2021 C 43. EN 1889-1:2011 Magni għall-minjieri taħt l-art – Magni mobbli għax-xogħol taħt l-art – Sikurezza – Parti 1: Vetturi b’tajers tal-lastiku it-2 ta’ Ottubru 2021 C 44. EN ISO 3691-5:2014 Trakkijiet industrijali – Rekwiżiti tas-sikurezza u verifika – Part 5: Trakkijiet operati minn persuni fuq saqajhom (ISO 3691-5:2014) EN ISO 3691-5:2014/AC:2014 it-2 ta’ Ottubru 2021 C 45. EN ISO 10517:2009 Makkinarju motorizzat taż-żbir tas-sisien tal-ħaxix li jinżamm bl-idejn – Sikurezza (ISO 10517:2009) EN ISO 10517:2009/A1:2013 it-2 ta’ Ottubru 2021 C 46. EN 12012-1:2007+A1:2008 Magni għal-lastiku u għall-plastik – Magni li jnaqqsu d-daqs – Parti 1: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-makkinarju bix-xfafar tal-granulazzjoni it-2 ta’ Ottubru 2021 C 47. EN 12012-3:2001+A1:2008 Magni għal-lastiku u għall-plastik – Magni li jnaqqsu d-daqs – Parti 3: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-makkinarju tat-tqattigħ it-2 ta’ Ottubru 2021 C 48. EN 12312-8:2005+A1:2009 Tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa lill-inġenji tal-ajru – Rekwiżiti speċifiċi – Parti 8: Turġien u pjattaformi tal-manutenzjoni it-2 ta’ Ottubru 2021 C 49. EN 12733:2001+A1:2009 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija – Makkinarju tal-ħsad ikkontrollat minn persuni fuq saqajhom – Sikurezza it-2 ta’ Ottubru 2021 C 50. EN 12981:2005+A1:2009 Impjanti tal-kisi – Kabini fejn jingħata l-isprej għall-applikazzjoni ta’ materjal tal-kisi f’forma ta’ trab organiku – Rekwiżiti tas-sikurezza it-2 ta’ Ottubru 2021 C 51. EN 13355:2004+A1:2009 Impjanti tal-kisi – Kabini kkombinati – Rekwiżiti tas-sikurezza it-2 ta’ Ottubru 2021 C 52. EN 14018:2005+A1:2009 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija – Drills tat-tħaffir għaż-żrigħ – Sikurezza it-2 ta’ Ottubru 2021 C 53. EN 60204-1:2006 Sikurezza tal-makkinarju – Tagħmir elettriku tal-magni – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (IEC 60204-1:2005, Modifikat) EN 60204-1:2006/AC:2010 EN 60204-1:2006/A1:2009 it-2 ta’ Ottubru 2021 B 54. EN 60204-11:2000 Sikurezza tal-makkinarju – Tagħmir elettriku tal-magni – Parti 11: Rekwiżiti għat-tagħmir b’vultaġġ għoli (HV) b’vultaġġi ogħla minn 1000 V AC jew 1500 V DC u mhux iktar minn 36 kV (IEC 60204-11:2000) EN 60204-11:2000/AC:2010 it-2 ta’ Ottubru 2021 B 55. EN 848-3:2012 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Magni għall-immudellar minn naħa waħda b’għodda rotatorja – Parti 3: Magni tal-ibborjar u tal-irrawtjar ikkontrollati numerikament (NC) it-2 ta’ Ottubru 2021 C 56. EN ISO 28927-2:2009 Għodod motorizzati portabbli li jinżammu bl-idejn – Metodi ta’ ttestjar għal evalwazzjoni tal-vibrazzjonijiet – Parti 2: Wrenches, għodod li jdawru l-iskorfini u tornaviti (ISO 28927-2:2009) it-2 ta’ Ottubru 2021 C 57. EN 60745-2-21:2009 Għodod motorizzati tal-elettriku li jinżammu bl-idejn – Sikurezza – Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għall-makkinarju tat-tindif tal-katusi (IEC 60745-2-21:2002, Modifikat) EN 60745-2-21:2009/A1:2010 it-2 ta’ Ottubru 2021 C 58. EN 859:2007+A2:2012 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Magni tal-inċanar tas-superfiċe bl-idejn it-2 ta’ Ottubru 2021 C 59. EN 860:2007+A2:2012 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Magni tal-inċanar tal-ħxuna minn naħa waħda biss it-2 ta’ Ottubru 2021 C 60. EN 861:2007+A2:2012 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Magni tal-inċanar u tat-tħaxxin tas-superfiċe it-2 ta’ Ottubru 2021 C 61. EN 1114-3:2001+A1:2008 Magni għal-lastiku u għall-plastik – Makkinarju tal-estrużjoni u linji tal-estrużjoni – Parti 3: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-apparat li jiġbed il-lastiku/il-plastik likwidu it-2 ta’ Ottubru 2021 C 62. EN 1127-1:2011 Atmosferi splussivi – Prevenzjoni tal-isplużjonijiet u protezzjoni minnhom – Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija it-2 ta’ Ottubru 2021 B 63. EN 1459-2:2015 Trakkijiet li jaħdmu fuq art imħarbta – Rekwiżiti tas-sikurezza u verifika – Parti 2: Trakkijiet bi krejnijiet teleskopiċi li jilħqu distanzi li jvarjaw u li jduru f’diversi direzzjonijiet it-2 ta’ Ottubru 2021 C

Versions

  1. 2020-04-01