Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/706 tas-26 ta’ Mejju 2020 li jemenda għat-tliet mija u erbatax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

In forceVersion 2020-05-26from 2020-05-27
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/706@2020-05-26/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2) Fil-21 ta' Mejju 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

(3) Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(4) Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2020. Għall-Kummissjoni F’isem il-President Id-Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura Persuni fiżiċi: Amir Muhammad Sa’id Abdal-Rahman al-Mawla (skritt oriġinali: أمیر محمد سعید عبد الرحمن المولى) (kwalità tajba alias (a) Abu Ibrahim al-Hashimi al-Qurashi, (b) Hajji Abdallah, (c) Abu ‘Umar al-Turkmani, (d) Abdullah Qardash, (e) Abu ‘Abdullah Qardash, (f) al-Hajj Abdullah Qardash, (g) Hajji Abdullah Al-Afari, (h) `Abdul Amir Muhammad Sa’id Salbi, (i) Muhammad Sa’id `Abd-al-Rahman al-Mawla, (j) Amir Muhammad Sa’id ‘Abd-al-Rahman Muhammad al-Mula; kwalità baxxa alias (a) Al-Ustadh, (b) Ustadh Ahmad). Data tat-twelid: (a) 5.10.1976, (b) 1.10.1976. Post tat-twelid: (a) Tall’Afar, l-Iraq, (b) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqqin. Tagħrif ieħor: Mexxej tal-Istat Islamiku fl-Iraq u l-Levant, elenkat bħala l-Al-Qaida fl-Iraq. Data tan-nomina kif imsemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 21.5.2020.

Versions

  1. 2020-05-26