Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/888 tat-23 ta’ Ġunju 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2020)

In forceVersion 2020-06-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/888@2020-06-23/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2014/219, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluż id-deċiżjoni dwar il-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2) Fit-18 ta’ Settembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1780, li ħatret lis-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Ottubru 2017 sal-14 ta’ Jannar 2018. Konsegwentement dan il-mandat ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2020 b’deċiżjonijiet sussegwenti tal-KPS.

(3) Fil-21 ta’ Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/312, li estendiet il-mandat tal-EUCAP Sahel Mali sal-14 ta’ Jannar 2021.

(4) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2020. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President S. From-Emmesberger

Versions

  1. 2020-06-23