Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/94 tad-22 ta ’Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 rigward il-kwoti tariffarji għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna u li jidderoga minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għas-sena tal-kwoti 2020
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/94@2020-01-22/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078
- Artikolu 2 Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 għas-sena tal-kwoti 2020
- Artikolu 3 Applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni li jitressqu fi Frar tal-2020
- Artikolu 4 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
- ANNEX
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2145, il-Kunsill, f’isem l-Unjoni Ewropea, approva ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u għall-preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (il-Ftehim).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 jipprevedi l-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni fl-Unjoni tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna.
(3) Bi qbil mal-Ftehim, l-Unjoni se żżid b’50000 tunnellata l-kwota tariffarja fuq il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel tat-tjur li jkun frisk, imkessaħ jew iffriżat, u għal laħam ippreparat jew ippreżervat ieħor tad-dundjani u tat-tjur tal-ispeċi Gallus domestikus li jikkonċerna il-kodiċijiet tan-NM li jikkorrispondu man-numru tal-ordni 09.4273 stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078.
(4) Għaldaqstant jixraq li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/2078 biex ikun iqis il-kwantitajiet tal-kwoti tar-rata tariffarja li se jkunu disponibbli skont il-Ftehim.
(5) Il-Ftehim se jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2020. Għas-sena tal-kwoti 2020, il-kwantitajiet addizzjonali ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur bi kwota tariffarja li se jkunu disponibbli skont il-Ftehim iridu jiġu kkalkulati fuq bażi prorata u titqies id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Jenħtieġ li mill-perjodu tal-kwota li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021, ikunu disponibbli l-kwantitajiet annwali kollha tal-prodotti tal-laħam tat-tjur.
(6) Il-kwantità addizzjonali tal-kwota għall-prodotti tal-laħam tat-tjur allokata lill-Ukrajna skont il-Ftehim jenħtieġ li tkun disponibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, li hi l-1 ta’ Frar 2020. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, il-kwota għall-prodotti tal-laħam tat-tjur allokata għall-Ukrajna tiġi amministrata fuq bażi ta’ kull tliet xhur.
(7) Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, il-perjodu tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni huwa l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ qabel il-bidu ta’ kull tliet xhur. B’hekk, għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2020, il-perjodu tal-applikazzjoni jkun diġà skada fid-data li jibda jseħħ il-Ftehim. Għaldaqstant jenħtieġ li l-ewwel sebat ijiem ta’ Frar 2020 jiġu ffissati bħala perjodu addizzjonali għall-applikazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni li jikkorrispondi mal-kwantità tal-kwota addizzjonali skont il-Ftehim għall-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2020.
(8) L-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 jipprevedi li meta l-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni jkunu qed iressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal sena tal-kwoti speċifika, iridu jippreżentaw il-provi li kwantità tal-prodotti tat-tjur li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0207, 02109939, 160231, 160232 jew 16023921 ġiet importata minnhom skont id-dispożizzjonijiet doganali rilevanti (il-kwantità ta’ referenza) u li dawn il-provi jridu jkunu marbuta mal-perjodu ta’ 12-il xahar li jintemm xahar wieħed qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom. Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dawn il-provi tal-importazzjonijiet preċedenti jkunu diġà tressqu mill-applikanti li ppreżentaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni f’Diċembru tal-2019 rigward kwart tal-kwantità oriġinali ta’ 19200 tunnellata li saru disponibbli f’Diċembru tal-2019. Madankollu, il-kwantità annwali għas-sena tal-kwoti 2020 prevista fil-Ftehim hija ta’ 65033 tunnellata. Għaldaqstant jeżisti r-riskju li l-provi li jressqu l-applikanti dwar id-drittijiet tal-importazzjonijiet preċedenti li kellhom f’Diċembru tal-2019 ma jkunux iqisu ż-żieda fil-kwantitajiet tal-kwoti previsti fil-Ftehim. Għalhekk jixraq li għal dawk l-applikanti li ppreżentaw il-provi tal-importazzjonijiet preċedenti f’Diċembru tal-2019, jinfetaħ perjodu addizzjonali għall-preżentazzjoni ta’ provi addizzjonali ta’ importazzjonijiet preċedenti.
(9) L-Artikolu 3(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 jistabbilixxi l-kwantità totali ta’ prodotti li tista’ tkopri applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għal 25 % tal-kwantitajiet ta’ referenza tal-applikant f’kull wieħed mis-subperjodi previsti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Biex jintuża qafas konsistenti għall-perjodu tal-applikazzjoni addizzjonali li nfetaħ b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan il-limitu jkun japplika wkoll għall-perjodu ta’ applikazzjoni addizzjonali għad-drittijiet tal-importazzjoni li jikkorrispondu mal-kwantità addizzjonali tal-kwoti skont il-Ftehim għall-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2020.
(10) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 jiġi emendat skont dan.
(11) Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis seħħ b’urġenza.
(12) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 għas-sena tal-kwoti 2020
1. B’deroga mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, rigward il-kwota taħt in-numru tal-ordni 09.4273 stabbilita fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kif emendat mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, il-kwantità addizzjonali ta’ 8333 tunnellati għandha ssir disponibbli matul il-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2020.
2. B’deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, rigward il-kwota taħt in-numru tal-ordni 09.4273 stabbilita fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kif emendat mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għall-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2020, l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni li jkopru l-kwantità addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta’ Frar 2020.
3. B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, dawk li applikaw għad-drittijiet tal-importazzjoni f’Diċembru tal-2019 jistgħu jippreżentaw provi addizzjonali tal-kwantità ta’ prodotti tat-tjur li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0207, 02109939, 160231, 160232 jew 16023921 li importaw huma jew li ġew importati f’isimhom skont id-dispożizzjonijiet doganali rilevanti waqt il-perjodu tal-1 ta’ Novembru 2018 sal-31 ta’ Ottubru 2019, b’dawk id-dati inklużi. Dawn il-provi addizzjonali tal-importazzjonijiet preċedenti għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta’ Frar tal-2020.
Artikolu 3 Applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni li jitressqu fi Frar tal-2020
Il-kwantità totali tal-prodotti koperti mill-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni li jitressqu fi Frar tal-2020 skont l-Artikolu 2(2) ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-kwantità ta’ referenza tal-applikant. Għall-applikanti li ressqu l-provi addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 2(3), il-kwantità ta’ referenza għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu dawk il-provi addizzjonali.
Artikolu 4 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-22 ta ’Jannar 2020. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta’ valur indikattiv biss, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM. Meta jiġu indikati l-kodiċijiet tan-NM li kienu jintużaw qabel (il-kodiċijiet NM ex), l-użu tal-iskema preferenzjali jeħtieġ li jiġi ddeterminat abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, meħudin flimkien. Numru tal-ordni Kodiċijiet tan-NM Deskrizzjoni Perjodu tal-importazzjoni Kwantità f’tunnellati (piż nett) Dazju applikabbli (f’EUR/t) 09.4273 02071130 02071190 020712 02071310 02071320 02071330 02071350 02071360 02071370 02071399 02071410 02071420 02071430 02071450 02071460 02071470 02071499 020724 020725 02072610 02072620 02072630 02072650 02072660 02072670 02072680 02072699 02072710 02072720 02072730 02072750 02072760 02072770 02072780 02072799 02074130 02074180 020742 02074410 02074421 02074431 02074441 02074451 02074461 02074471 02074481 02074499 02074510 02074521 02074531 02074541 02074551 02074561 02074581 02074599 02075110 02075190 02075290 02075410 02075421 02075431 02075441 02075451 02075461 02075471 02075481 02075499 02075510 02075521 02075531 02075541 02075551 02075561 02075581 02075599 02076005 02076010 ex-020760 21 02076031 02076041 02076051 02076061 02076081 02076099 02109939 160231 160232 16023921 Laħam u ġewwieni li jittiekel tat-tjur, frisk, imkessaħ jew iffriżat; laħam ieħor, ippreparat jew ippreservat, tad-dundjan u ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus Sena 2020 Mill-2021 65033 70000 0 09.4274 020712 Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel tat-tjur, mhux imqatta’ f’biċċiet, iffriżat 20000 0