Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/988 tat-12 ta’ Marzu 2020 li jirrettifika ċerti verżjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2020-03-12from 2020-07-30
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/988@2020-03-12/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), u b’mod partikolari l-Artikolu 86(1)(a) u l-Artikolu 111(1)(b), (c) u (f) tagħha,

Billi:

(1) Il-verżjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 bil-Ġermaniż fiha żball fis-sentenza tal-bidu tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(5) li jwassal biex it-tifsira tad-dispożizzjoni tkun opposta għal dik intenzjonata.

(2) Il-verżjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 bil-Ġermaniż fiha żbalji fl-Artikolu 116(3)(d)(ii) u fl-Artikolu 147(3)(d)(ii) li jibdlu t-tifsira tat-test.

(3) Il-verżjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 bid-Daniż fiha żbalji fl-Artikolu 209(3)(h) u (i) li jwasslu biex it-tifsira tad-dispożizzjoni tkun opposta għal dik intenzjonata.

(4) Għalhekk, il-verżjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 bid-Daniż u bil-Ġermaniż għandhom jiġu rettifikati kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2020. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2020-03-12