Gelex

Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1069 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1579 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku, u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2021 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

In forceVersion 2021-06-28from 2021-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1069@2021-06-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1579
  3. Artikolu 2 Emenda tar-Regolament (UE) 2021/92
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
  5. ANNEX
  6. PARTI A
  7. PARTI B
  8. PARTI C
  9. 6. Tabella A Tabella B

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku. Fit-28 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika parir xjentifiku rivedut dwar il-qabdiet għall-aringa fil-Golf ta’ Bothnia għall-2021. Il-parir jaġġorna ċ-ċifra għall-qbid u jgħolli l-livell tal-parir għal dak ta’ rendiment massimu sostenibbli (MSY) kategorija 1. L-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fil-Golf ta’ Bothnia jenħtieġ li jiġu aġġustati skont dan, u għaldaqstant ir-Regolament (UE) 2020/1579 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(3) Skont il-parir tal-ICES tat-13 ta’ April 2021, jenħtieġ li bejn l-1 ta’ Lulju 2021 u t-30 ta’ Ġunju 2022 ma jinqabdux iktar minn 106715 tunnellata ta’ laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fid-diviżjoni 3a tal-ICES (Kattegat/Iskagerrak), u fis-subżona 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana). Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla għal dak il-perijodu jiġu stabbiliti għal 87186 tunnellata fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES, u għal 19529 tunnellata fid-diviżjoni 3a tal-ICES, f’konformità mar-rendiment massimu sostenibbli.

(4) Sa ma jingħata l-parir xjentifiku għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022, ir-Regolament (UE) 2021/92 stabbilixxa qabda totali permissibbli (TAC) ta’ żero għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant. L-ICES ser joħroġ il-parir tiegħu għal dak l-istokk fi tmiem Ġunju tal-2021. Sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jitkomplew sa ma tiġi stabbilita t-TAC abbażi tal-aħħar parir xjentifiku, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC proviżorja ta’ 5744 tunnellata, abbażi tal-qabdiet li saru fit-tielet kwart tal-2020.

(5) In-numri fil-punt 6 tal-Anness VI għar-Regolament (UE) 2021/92 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jirriflettu l-ftehimiet konklużi bejn xi Stati Membri biex temporanjament jittrasferixxu bejniethom, esklużivament għas-sena 2021, ċerti ammonti ta’ input u kapaċità għat-trobbija tat-tonn. Dawk il-bidliet ġew innotifikati lill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) permezz ta’ pjan emendat tal-Unjoni dwar it-trobbija tal-ħut u ma jaffettwawx il-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut u l-kapaċità ta’ input tal-Unjoni fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

(6) Il-limiti ta’ qbid previsti fir-Regolament (UE) 2020/1579 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament emendatorju li jikkonċernaw il-limiti ta’ qbid għall-aringa fil-Golf ta’ Bothnia, japplikaw ukoll minn dik id-data. It-tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(7) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu sabiex jippermetti li l-istaġun tas-sajd għal-laċċa kaħla u l-inċova jibda fil-ħin fl-1 ta’ Lulju 2021,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1579

Ir-Regolament (UE) 2020/1579 huwa emendat kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Emenda tar-Regolament (UE) 2021/92

Ir-Regolament (UE) 2021/92 huwa emendat kif stabbilit fil-Partijiet B u C tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. L-Artikolu 2 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2021. Għall-Kunsill Il-President M. do C. Antunes

ANNEX

ANNESS

PARTI A

Fl-Anness għar-Regolament (UE) 2020/1579, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fis-subdiviżjonijiet 30-31 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi: Aringa Clupea harengus Żona: Suddiviżjonijiet 30-31 (HER/30/31.) Finlandja 96321 TAC analitika Żvezja 21164 Unjoni 117485 TAC 117485

PARTI B

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2021/92 huwa emendat kif ġej:

(1) it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet inċidentali marbutin magħha fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi: Laċċa kaħla u l-qabdiet inċidentali marbutin magħha Sprattus sprattus Żona: 3a (SPR/03 A.) Danimarka 13086 TAC analitika Ġermanja 27 Żvezja 4951 Unjoni 18064 TAC 19529

(2) it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet inċidentali marbutin magħha fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit fid-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi: Laċċa kaħla u l-qabdiet inċidentali marbutin magħha Sprattus sprattus Żona: L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4; L-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a (SPR/2AC4-C) Belġju 993 TAC analitika Danimarka 78553 Ġermanja 993 Franza 993 Netherlands 993 Żvezja 1330 Unjoni 83855 Norveġja 0 Gżejjer Faeroe 0 Renju Unit 3331 TAC 87186

(3) it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi: Inċova Engraulis encrasicolus Żona: 9 u 10; Ilmijiet tal-Unjoni tas-ECAF 34.1.1 (ANE/9/3411) Spanja 2747 TAC prekawzjonarja Portugall 2997 Unjoni 5744 TAC 5744

PARTI C

Fl-Anness VI għar-Regolament (UE) 2021/92, il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

6. Tabella A Tabella B

Il-kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Kapaċità massima tat-trobbija u tismin tat-tonn Għadd ta’ farms Kapaċità (f’tunnellati) Spanja 10 11852 Italja 13 9564 Greċja 2 2100 Ċipru 3 3000 Kroazja 7 7880 Malta 6 14511 Ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ (f’tunnellati) Spanja 6850 Italja 1739,5 Greċja 785 Ċipru 2195 Kroazja 2947 Malta 10260,5 Portugall 350

Versions

  1. 2021-06-28