Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1076 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Ċeka, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1076@2021-06-22/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.
(2) Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157, biex ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.
(3) Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġew proposti s-Sur Martin KLIKA u s-Sur Jaromír NOVÁK għall-ħatra.
(4) Il-Gvern Ċek ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Pavel KARPÍŠEK, Zastupitel Plzeňského kraje (Rappreżentant tar-Reġjun ta’ Pilsen), u s-Sur Jiří ŘEHÁK, Zastupitel Ústeckého kraje (Rappreżentant tar-Reġjun ta’ Ústecký),
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali huma b’dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2025:
is-Sur Pavel KARPÍŠEK, Zastupitel Plzeňského kraje (Rappreżentant tar-Reġjun ta’ Pilsen),
is-Sur Jiří Řehák, Zastupitel Ústeckého kraje (Rappreżentant tar-Reġjun ta’ Ústecký).
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2021. Għall-Kunsill Il-President A. P. Zacarias