Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1109 tal-1 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għal ċerti bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1109@2021-07-01/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021.
(2) Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM u applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 24 metru jew aktar, jitqies li ntlaħaq għall-2021.
(3) Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Eżawriment tal-isforz
L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2021 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2 Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-grupp ta’ stokkijiet imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 24 metru jew aktar, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rilokat, trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2021. Għall-Kummissjoni F’isem il-President Virginijus Sinkevičius Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Nru 10/TQ90 Stat Membru L-Italja Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd EFF2/MED2_TR4 Grupp ta’ stokkijiet Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 Tul totali tal-bastimenti kkonċernati ≥ 24 metru Data tal-għeluq 15.6.2021