Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1130 tal-5 ta’ Lulju 2021 li tistabbilixxi l-lista tar-reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew Plus u tal-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2021–2027 (notifikata bid-dokument C(2021) 4894)

In forceVersion 2021-07-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1130@2021-07-05/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. ANNESS I NUTS 2021 Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) taħt il-kategorija tar-reġjuni inqas żviluppati
  5. ANNESS II NUTS 2021 Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija tar-reġjuni fi tranżizzjoni
  6. ANNESS III Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija tar-reġjuni aktar żviluppati
  7. ANNESS IV Lista tal-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta’ Koeżjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, s-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji tagħhom u għall-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) jappoġġaw il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa NUTS livell 2), li ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2066.

(2) Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR u għall-FSE+, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ reġjuni li jissodisfaw il-kriterji rispettivi stabbiliti fl-Anness XXVI tar-Regolament (UE) 2021/1060 ta’ kull waħda mit-tliet kategoriji ta’ reġjuni (reġjuni inqas żviluppati, reġjuni fi tranżizzjoni u reġjuni aktar żviluppati) fil-livell 2 tan-NUTS.

(3) Għall-istess raġuni, huwa meħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-lista ta’ Stati Membri li huma eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni skont l-Artikolu 108(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(4) Għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-kodiċijiet u l-ismijiet tar-reġjuni tal-livell NUTS 2 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/1755, jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.

(5) Il-lista tar-reġjuni eliġibbli u l-Istati Membri jenħtieġ għalhekk li tiġi stabbilita skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Ir-reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija ta’ reġjuni inqas żviluppati huma elenkati fl-Anness I.

2. Ir-reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija ta’ reġjuni fi tranżizzjoni huma elenkati fl-Anness II.

3. Ir-reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija ta’ reġjuni aktar żviluppati huma elenkati fl-Anness III.

Artikolu 2 L-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni huma elenkati fl-Anness IV.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2021. Għall-Kummissjoni Elisa FERREIRA Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I NUTS 2021 Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) taħt il-kategorija tar-reġjuni inqas żviluppati

BE34 Prov. Luxembourg (BE) BG31 Северозападен (Severozapaden) BG32 Северен централен (Severen tsentralen) BG33 Североизточен (Severoiztochen) BG34 Югоизточен (Yugoiztochen) BG42 Южен централен (Yuzhen tsentralen) CZ04 Severozápad CZ05 Severovýchod CZ07 Střední Morava CZ08 Moravskoslezsko EL41 Βόρειο Αιγαίο (Voreio Aigaio) EL43 Κρήτη (Kriti) EL51 Aνατολική Μακεδονία, Θράκη (Anatoliki Makedonia, Thraki) EL52 Κεντρική Μακεδονία (Kentriki Makedonia) EL53 Δυτική Μακεδονία (Dytiki Makedonia) EL54 Ήπειρος (Ipeiros) EL61 Θεσσαλία (Thessalia) EL62 Ιόνια Νησιά (Ionia Nisia) EL63 Δυτική Ελλάδα (Dytiki Ellada) EL64 Στερεά Ελλάδα (Sterea Ellada) EL65 Πελοπόννησος (Peloponnisos) ES42 Castilla-La Mancha ES43 Extremadura ES61 Andalucía ES63 Ciudad Autónoma de Ceuta (isem ġdid: Cuidad de Ceuta) ES64 Ciudad Autónoma de Melilla (isem ġdid: Ciudad de Melilla) FRY1 Guadeloupe FRY3 Guyane FRY4 La Réunion FRY5 Mayotte HR03 Jadranska Hrvatska HR04 Kontinentalna Hrvatska (maqsuma fi: HR05 Grad Zagreb, HR06 Sjeverna Hrvatska u HR02 Panonska Hrvatska) ITF2 Il-Moliże ITF3 Il-Kampanja ITF4 Il-Pulja ITF5 Il-Basilikata ITF6 Il-Kalabrija ITG1 Sqallija ITG2 Sardenja LV00 Il-Latvja LT02 Vidurio ir vakarų Lietuvos regionas HU12 Pest HU21 Közép-Dunántúl HU22 Nyugat-Dunántúl HU23 Dél-Dunántúl HU31 Észak-Magyarország HU32 Észak-Alföld HU33 Dél-Alföld PL21 Małopolskie PL22 Śląskie PL42 Zachodniopomorskie PL43 Lubuskie PL52 Opolskie PL61 Kujawsko-pomorskie PL62 Warmińsko-mazurskie PL63 Pomorskie PL71 Łódzkie PL72 Świętokrzyskie PL81 Lubelskie PL82 Podkarpackie PL84 Podlaskie PL92 Mazowiecki regionalny PT11 Norte PT16 Centro (PT) PT18 Alentejo PT20 Região Autónoma dos Açores PT30 Região Autónoma da Madeira RO11 Nord-Vest RO12 Centru RO21 Nord-Est RO22 Sud-Est RO31 Sud - Muntenia RO41 Sud-Vest Oltenia RO42 Vest SI03 Vzhodna Slovenija SK02 Západné Slovensko SK03 Stredné Slovensko SK04 Východné Slovensko

ANNESS II NUTS 2021 Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija tar-reġjuni fi tranżizzjoni

BE22 Prov. Limburg (BE) BE32 Prov. Hainaut BE33 Prov. Liège BE35 Prov. Namur BG41 Югозападен (Yugozapaden) CZ02 Střední Čechy CZ03 Jihozápad CZ06 Jihovýchod DK02 Sjælland DE40 Brandenburg DE80 Mecklenburg-Vorpommern DE93 Lüneburg DEB2 Trier DED2 Dresden DED4 Chemnitz DEE0 Sachsen-Anhalt DEG0 Thüringen EE00 Eesti IE04 Northern and Western EL30 Aττική (Attiki) EL42 Νότιο Αιγαίο (Notio Aigaio) ES11 Galicia ES12 Principado de Asturias ES13 Cantabria ES23 La Rioja ES41 Castilla y León ES52 Comunidad Valenciana (isem ġdid: Comunitat Valenciana) ES53 Illes Balears ES62 Región de Murcia ES70 Canarias FRB0 Centre - Val de Loire FRC1 Bourgogne FRC2 Franche-Comté FRD1 Basse-Normandie FRD2 Haute-Normandie FRE1 Nord-Pas de Calais FRE2 Picardie FRF1 Alsace FRF2 Champagne-Ardenne FRF3 Lorraine FRG0 Pays de la Loire FRH0 Bretagne FRI1 Aquitaine FRI2 Limousin FRI3 Poitou-Charentes FRJ1 Languedoc-Roussillon FRJ2 Midi-Pyrénées FRK1 Auvergne FRL0 Provence-Alpes-Côte d’Azur FRM0 Korsika FRY2 Martinique ITF1 L-Abruzzo ITI2 L-Umbria ITI3 Il-Marche CY00 Κύπρος (Kýpros) MT00 Malta NL12 Friesland (NL) NL13 Drenthe NL23 Flevoland AT11 Burgenland PL41 Wielkopolskie PL51 Dolnośląskie PT15 Algarve FI19 Länsi-Suomi FI1C Etelä-Suomi FI1D Pohjois- ja Itä-Suomi SE31 Norra Mellansverige

ANNESS III Reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR u mill-FSE+ taħt il-kategorija tar-reġjuni aktar żviluppati

BE10 Région de Bruxelles-Capitale/Brussels Hoofdstedelijk Gewest BE21 Prov. Antwerpen BE23 Prov. Oost-Vlaanderen BE24 Prov. Vlaams-Brabant BE25 Prov. West-Vlaanderen BE31 Prov. Brabant Wallon CZ01 Praha DK01 Hovedstaden DK03 Syddanmark DK04 Midtjylland DK05 Nordjylland DE11 Stuttgart DE12 Karlsruhe DE13 Freiburg DE14 Tübingen DE21 Oberbayern DE22 Niederbayern DE23 Oberpfalz DE24 Oberfranken DE25 Mittelfranken DE26 Unterfranken DE27 Schwaben DE30 Berlin DE50 Bremen DE60 Hamburg DE71 Darmstadt DE72 Gießen DE73 Kassel DE91 Braunschweig DE92 Hannover DE94 Weser-Ems DEA1 Düsseldorf DEA2 Köln DEA3 Münster DEA4 Detmold DEA5 Arnsberg DEB1 Koblenz DEB3 Rheinhessen-Pfalz DEC0 Saarland DED5 Leipzig DEF0 Schleswig-Holstein IE05 Southern IE06 Eastern and Midland ES21 País Vasco ES22 Comunidad Foral de Navarra ES24 Aragón ES30 Comunidad de Madrid ES51 Cataluña FR10 Ile-de-France FRK2 Rhône-Alpes ITC1 Il-Piemonte ITC2 Valle d'Aosta/Vallée d'Aoste ITC3 Il-Liguria ITC4 Il-Lombardja ITH1 Il-Provinċja Autonoma ta’ Bolzano/Bozen ITH2 Il-Provinċja Autonoma ta’ Trento ITH3 Il-Veneto ITH4 Il-Friuli-Venezia Giulia ITH5 L-Emilia-Romagna ITI1 It-Toskana ITI4 Il-Lazjo LT01 Sostinės regionas LU00 Luxembourg HU11 Budapest NL11 Groningen NL21 Overijssel NL22 Gelderland NL31 Utrecht NL32 Noord-Holland NL33 Zuid-Holland NL34 Zeeland NL41 Noord-Brabant NL42 Limburg (NL) AT12 Niederösterreich AT13 Wien AT21 Kärnten AT22 Steiermark AT31 Oberösterreich AT32 Salzburg AT33 Tirol AT34 Vorarlberg PL91 Warszawski stołeczny PT17 Área Metropolitana de Lisboa RO32 Bucureşti - Ilfov SI04 Zahodna Slovenija SK01 Bratislavský kraj FI1B Helsinki-Uusimaa FI20 Åland SE11 Stockholm SE12 Östra Mellansverige SE21 Småland med öarna SE22 Sydsverige SE23 Västsverige SE32 Mellersta Norrland SE33 Övre Norrland

ANNESS IV Lista tal-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta’ Koeżjoni

Il-Bulgarija Iċ-Ċekja L-Estonja Il-Greċja Il-Kroazja Ċipru Il-Latvja Il-Litwanja L-Ungerija Malta Il-Polonja Il-Portugall Ir-Rumanija Is-Slovenja Is-Slovakkja

Versions

  1. 2021-07-05