Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1192 tad-19 ta’ Lulju 2021 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/142
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1192@2021-07-19/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
(2) Fil-5 ta' Frar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/142 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (il-lista).
(3) F'konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa neċessarju li ssir reviżjoni f'intervalli regolari tal-ismijiet ta' persuni, gruppi u entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li jkun hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fiha.
(4) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
(5) Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
(6) Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/142 titħassar,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/142 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021. Għall-Kunsill Il-President J. Podgoršek
ANNEX
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1 I.
PERSUNI
1. ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.
2. AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.
3. AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.
4. ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).
5. ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f'Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.
6. BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (in-Netherlands).
7. EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).
8. HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f'Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.
9. IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.
10. MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).
11. MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.
12. ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f'Pülümür (it-Turkija).
13. SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.
14. SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Tehran, l-Iran.
II.
GRUPPI U ENTITAJIIET
1. L-Organizzazzjoni Abu Nidal — ANO (magħrufa wkoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah, magħrufa wkoll bħala l-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, magħrufa wkoll bħala s-Settembru l-Iswed, magħrufa wkoll bħala l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti).
2. Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa.
3. Al-Aqsa e.V.
4. Babbar Khalsa.
5. Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu — NPA, il-Filippini.
6. Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.
7. Gama'a al-Islamiyya (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya) (il-Grupp Iżlamiku - IG).
8. İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi — IBDA-C (il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant).
9. Hamas, inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem.
10. Il-Fergħa Militari ta' Hizballah (magħrufa wkoll bħala l-Fergħa Militari tal-Hezbollah, magħrufa wkoll bħala l-Fergħa Militari ta' Hizbullah, magħrufa wkoll bħala l-Fergħa Militari ta' Hizbollah, magħrufa wkoll bħala l-Fergħa Militari ta' Hezballah, magħrufa wkoll bħala l-Fergħa Militari ta' Hisbollah, magħrufa wkoll bħala l-Fergħa Militari ta' Hizbu'llah, magħrufa wkoll bħala l-Fergħa Militari ta' Hizb Allah, magħrufa wkoll bħala l-Kunsill tal-Ġihad (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).
11. Hizbul Mujahideen — HM.
12. Khalistan Zindabad Force — KZF.
13. Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan — PKK (magħruf ukoll bħala KADEK, magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL).
14. It-Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam — LTTE.
15. Ejército de Liberación Nacional (l-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali).
16. Il-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina — PIJ.
17. Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — PFLP.
18. Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali (magħruf ukoll bħala PFLP — Kmand Ġenerali).
19. Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi — DHKP/C (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (ix-Xellug Rivoluzzjonarju), magħruf ukoll bħala Dev Sol) (Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu).
20. Sendero Luminoso — SL (it-Triq li Tiddi).
21. Teyrbazen Azadiya Kurdistan — TAK (magħruf ukoll bħala l-Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan, magħruf ukoll bħala l-Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan).