Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1258 tas-26 ta’ Lulju 2021 li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Őrségi tökmagolaj (IĠP))

In forceVersion 2021-07-26from 2021-08-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1258@2021-07-26/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1) F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ungerija għar-reġistrazzjoni tal-isem Őrségi tökmagolaj ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem Őrségi tökmagolaj jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-isem Őrségi tökmagolaj (IĠP) huwa rreġistrat. L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2021. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2021-07-26