Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1306 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

In forceVersion 2021-08-05from 2021-08-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1306@2021-08-05/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. (1)
  4. (2)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) u (2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fil-31 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK.

(2) Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jitneħħew żewġ persuni mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK.

(3) Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK huma b’dan emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021. Għall-Kunsill Il-President G. Dovžan

ANNEX

ANNESS

(1) Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw lill-persuni elenkati hawn taħt:

(1)

12. Kmandant (Forza Navali) Bion NA TCHONGO (magħruf ukoll bħala Nan Tchongo)

14. Kaptan Paulo SUNSAI.

(2) Fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw lill-persuni elenkati hawn taħt:

(2)

17. Kmandant (Forza Navali) Bion NA TCHONGO (magħruf ukoll bħala Nan Tchongo)

19. Kaptan Paulo SUNSAI.

Versions

  1. 2021-08-05