Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1311 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-Hrvatski Registar Brodova (Reġistru tat-Tbaħħir Kroat) bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

In forceVersion 2021-07-30from 2021-08-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1311@2021-07-30/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma,

Billi:

(1) Il-Kroazja ssottomettiet applikazzjoni lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tal-Hrvatski Registar Brodova (minn hawn ’il quddiem HRB) bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

(2) Il-Kroazja ssottomettiet ukoll l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika li l-kriterji għar-rikonoxximent huma ssodisfati.

(3) Peress li l-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) akkumulat għarfien espert sinifikanti fl-iżvilupp u l-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna, u sabiex trawwem l-iżvilupp ta’ rekwiżiti uniformi f’dan il-qasam, il-Kummissjoni talbet lis-Segretarjat tas-CCNR biex jipprovdi rapport bil-għan li jiffaċilita l-analiżi teknika tad-data dwar l-HRB.

(4) Il-Kummissjoni, wara li vvalutat l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għar-rikonoxximent, fejn kienet qed tqis ir-rapport imħejji mis-Segretarjat tas-CCNR, waslet għall-konklużjoni li l-HRB jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2016/1629,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Hrvatski Registar Brodova huwa rikonoxxut bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2021-07-30