Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1325 tal-10 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri temporanji b’rabta mal-kontrolli fuq il-produzzjoni tal-prodotti organiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1325@2021-08-10/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(6), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 38(c), (d) u (e) tiegħu,
Billi:
(1) Il-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet estensivi fuq il-moviment li ddaħħlu fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi fil-forma ta’ miżuri nazzjonali jikkostitwixxu sfida eċċezzjonali u bla preċedent għall-Istati Membri u għall-operaturi b’rabta mat-twettiq tal-kontrolli kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 u (KE) Nru 1235/2008.
(2) Sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi speċifiċi minħabba l-kriżi attwali relatata mal-pandemija tal-COVID-19, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/977 jippermetti lill-Istati Membri japplikaw miżuri temporanji li jidderogaw mir-Regolamenti (KE) Nru 889/2008 u (KE) Nru 1235/2008 b’rabta mas-sistema ta’ kontroll fuq il-produzzjoni tal-prodotti organiċi u ċerti proċeduri previsti fis-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES).
(3) Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 jippermetti lill-Istati Membri japplikaw miżuri temporanji biex jevitaw riskji serji ta’ saħħa għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, b’kunsiderazzjoni tad-diffikultajiet biex jitwettqu dawk il-kontrolli u l-attivitajiet u sa fejn ikun meħtieġ għall-ġestjoni tat-tfixkil serju relatat tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri. Il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament ġie estiż sal-1 ta’ Lulju 2021 mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/83. Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/772 estenda l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 sal-1 ta’ Lulju 2021.
(4) L-Istati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li minħabba l-kriżi marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ċertu tfixkil serju fil-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom fis-settur organiku se jippersisti lil hinn mill-1 ta’ Lulju 2021.
(5) Minħabba l-persistenza tal-kriżi u t-tfixkil relatat, il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 ġie estiż sal-1 ta’ Settembru 2021 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/984.
(6) Madankollu, is-sistema ta’ kontroll fis-settur organiku topera abbażi ta’ sena kalendarja, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispezzjonijiet u l-kampjunar. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi applikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 lil hinn mill-1 ta’ Settembru 2021 u li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu sa tmiem l-2021 sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-kontrolli.
(7) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 jiġi emendat skont dan.
(8) Jeħtieġ li ma tiġix imfixkla l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977, estiża b’dan ir-Regolament. Għalhekk, jixraq li tiġi prevista applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament mill-1 ta’ Lulju 2021.
(9) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Produzzjoni Organika,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) fl-Artikolu 1(7), id-data 1 ta’ Lulju 2021 hija sostitwita bil- 31 ta’ Diċembru 2021;
(2) fl-Artikolu 3, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames paragrafi, id-data 1 ta’ Lulju 2021 hija sostitwita bil-31 ta’ Diċembru 2021;
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen