Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1341 tat-23 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi ta’ ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2021-04-23from 2021-09-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1341@2021-04-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni
  3. Artikolu 2 Rekwiżiti tekniċi għas-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq
  4. Artikolu 3 Proċeduri għall-validazzjoni tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq
  5. Artikolu 5 Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2144
  6. Artikolu 6 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
  7. ANNEX
  8. ANNESS I
  9. PARTI 1 Rekwiżiti tekniċi għas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW)
  10. 1.
  11. 2.
  12. 2.3.2.3.1.2.3.2.2.3.3.
  13. 3.
  14. 3.1.3.1.1.3.1.2.3.1.3.3.1.4.3.1.5.3.1.6.3.1.7.
  15. 3.2.3.2.1.3.2.2.3.2.3.
  16. 3.33.3.1.3.3.2.
  17. 3.4.
  18. 3.4.1.3.4.1.1.
  19. 3.4.2.3.4.2.1.3.4.2.2.3.4.2.3.3.4.2.4.3.4.2.5.
  20. 3.4.3.3.4.3.1.3.4.3.2.3.4.3.3.3.4.3.4.
  21. 3.5.3.5.1.3.5.2.3.5.3.3.5.4.
  22. 3.6.3.6.1.3.6.2.
  23. 3.6.3.6.1.
  24. PARTI 2 Proċeduri ta’ ttestjar għall-validazzjoni tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW)
  25. 1.
  26. 1.1.1.1.1.1.1.2.
  27. 2.2.1.2.2.2.3.
  28. 3.3.1.3.2.3.3.3.4.
  29. 4.4.1.4.1.1.4.1.2.
  30. 4.4.1.4.1.1.
  31. 5.
  32. 5.1.5.1.1.5.1.1.1.5.1.1.2.5.1.2.5.1.3.5.1.4.5.1.5.
  33. 5.2.5.2.1.5.2.2.5.2.3.5.2.4.
  34. 5.2.5.2.1.
  35. 7.7.1.
  36. 8.8.1
  37. PARTI 3 Proċeduri għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika u l-ittestjar ta’ verifika mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u mis-servizzi tekniċi
  38. 1.
  39. 1.1.
  40. 1.2.1.2.1.1.2.2.
  41. 1.2.
  42. 2.2.12.22.2.1.2.2.2.2.2.3.2.2.4.
  43. 2.2.1
  44. ANNESS II Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2144

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) u l-punt (a) tal-Artikolu 6(6) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2144 jirrikjedi li vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N ikunu mgħammra b’ċerti sistemi tal-vetturi avvanzati, inkluż sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (sistemi tad-DDAW). Dan jistabbilixxi fl-Anness II tiegħu rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq.

(2) Huma meħtieġa regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi ta’ ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq.

(3) L-għeja taffettwa b’mod negattiv il-kapaċitajiet fiżiċi, konjittivi, psikomotorji u ta’ pproċessar sensorju tas-sewwieq, li huma meħtieġa għal sewqan sikur. L-għeja tas-sewwieqa hija fattur f’10-25 % tal-ħabtiet kollha fit-toroq fl-Unjoni.

(4) Skont il-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/2144, is-sistema tad-DDAW hija sistema li tivvaluta l-viġilanza tas-sewwieq permezz ta’ analiżi tas-sistemi tal-vettura, u li twissi lis-sewwieq jekk ikun meħtieġ, permezz tal-interfaċċja bniedem-magna tal-vettura.

(5) Is-sistemi tad-DDAW huma aktar effettivi barra miż-żoni urbani għaliex il-viġilanza mnaqqsa tas-sewwieq minħabba l-għeja sseħħ l-aktar fis-sewqan fuq distanza twila b’veloċità kostanti. Barra minn hekk, bit-teknoloġiji disponibbli, huwa diffiċli li wieħed jivvaluta l-mudell tas-sewqan u tal-immanuvrar li jinbidel b’mod kostanti waqt sewqan f’żoni urbani. Għalhekk, vetturi bil-mutur b’veloċità massima skont id-disinn ta’ 70 km/h jew inqas għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jkunu mgħammra b’sistemi tad-DDAW.

(6) Is-sistemi tad-DDAW jivvalutaw l-istat fiżiku tal-bniedem permezz ta’ mezzi indiretti, bħall-analiżi tas-sistema u r-rikonoxximent tal-mudell tas-sewqan jew tal-immanuvrar ta’ sewwieq li juri nuqqas ta’ viġilanza minħabba l-ħedla, għalhekk mhuwiex possibbli li dawk is-sistemi jiġu ttestjati bis-sħiħ permezz ta’ sett ta’ testijiet definiti jew b’magna programmabbli, li tirriproduċi l-imġiba umana. Minflok, il-manifattur jenħtieġ li jwettaq ittestjar ta’ validazzjoni b’parteċipanti umani u jippreżenta r-riżultati lill-awtorità tal-approvazzjoni flimkien ma’ mill-inqas protokoll ta’ ttestjar wieħed għall-verifika tal-kapaċità tas-sistemi tad-DDAW li jipproduċu twissija lis-sewwieq imħeddel.

(7) Meta titqies in-natura indiretta tal-kejl, il-varjabbiltà fl-effetti tal-ħedla tal-bniedem u l-immaturità relattiva tat-teknoloġiji eżistenti, ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni għas-sistemi tad-DDAW jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell li huwa realistiku u li jista’ jinkiseb. Fl-istess ħin, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu teknoloġikament newtrali, sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, għalhekk, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tad-DDAW jenħtieġ li tkun ibbażata fuq approċċ statistiku, billi titqies jew l-effiċjenza medja fost is-suġġetti tat-test jew l-effiċjenza minima għal 95 % minnhom. Madankollu, l-użu tal-aħħar għażla jenħtieġ li jkun ippreferut peress li din tipprevedi li s-sistemi tad-DDAW ikollhom prestazzjoni bl-istess effettività għas-sewwieqa kollha.

(8) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi skala ta’ referenza li għandha tintuża mill-manifatturi biex ikejlu l-ħedla tas-sewwieq fit-testijiet li jinvolvu parteċipanti umani. Meta l-manifatturi jagħżlu li jużaw metodu ta’ kejl alternattiv, dan jenħtieġ li jiġi ddokumentat kif xieraq u l-ekwivalenza għall-iskala ta’ referenza f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pprovduta.

(9) It-tabella fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 li fiha l-lista ta’ rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament ma fiha l-ebda referenza għall-atti regolatorji fir-rigward tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi introdotta referenza għal dan ir-Regolament f’dak l-Anness.

(10) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/2144 jiġi emendat skont dan.

(11) Peress li r-Regolament (UE) 2019/2144 għandu japplika mis-6 ta’ Lulju 2022, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data.

(12) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib peress li jittrattaw ir-regoli li jikkonċernaw il-proċeduri speċifiċi ta’ ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq. Bħala riżultat tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li tiżdied referenza għal dan ir-Regolament fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144. Għalhekk, huwa xieraq li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu stabbiliti f’Regolament Delegat wieħed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N, kif definit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’veloċità skont id-disinn massima ta’ aktar minn 70 km/h.

Artikolu 2 Rekwiżiti tekniċi għas-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq

Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq huma stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I.

Artikolu 3 Proċeduri għall-validazzjoni tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq

Il-proċeduri ta’ ttestjar għall-validazzjoni tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq mill-manifattur huma stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4 Proċeduri għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika u għall-ittestjar ta’ verifika Il-proċeduri għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika pprovduta mill-manifattur u għall-ittestjar ta’ verifika mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u mis-servizzi tekniċi huma stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness I.

Artikolu 5 Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2144

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mis-6 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula VON DER LEYEN

ANNEX

ANNESS I

PARTI 1 Rekwiżiti tekniċi għas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW)

1. Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

1.1. imġiba ta’ skattar tfisser l-azzjoni tal-vettura li għaliha s-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW) timmonitorja u tipprovdi twissija lis-sewwieq ladarba sseħħ din l-azzjoni;

1.2. livell limitu tal-ħedla huwa kwantifikazzjoni tal-livell ta’ ħedla tas-sewwieq, li fih jew qablu, is-sistema tad-DDAW għandha tipprovdi twissija ta’ ħedla lis-sewwieq.

2. Rekwiżiti tekniċi ġenerali

2.1. Is-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW) għandha timmonitorja l-livell ta’ ħedla tas-sewwieq u twissi lis-sewwieq permezz tal-interfaċċja bniedem-magna (HMI) tal-vettura.

2.2. Is-sistema tad-DDAW għandha tkun iddisinjata biex tevita jew timminimizza r-rata ta’ żball tas-sistema f’kundizzjonijiet reali ta’ sewqan.

2.
2.3.2.3.1.2.3.2.2.3.3.

Privatezza u protezzjoni tad-data Is-sistema tad-DDAW għandha taħdem f’modalità ta’ tħaddim normali mingħajr l-użu ta’ informazzjoni bijometrika, inkluż ir-rikonoxximent tal-wiċċ, ta’ kwalunkwe okkupant tal-vettura. Is-sistema tad-DDAW għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tirreġistra u żżomm biss b’mod kontinwu d-data meħtieġa biex is-sistema tiffunzjona u topera f’sistema ta’ ċirkwit magħluq. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jsir skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

3. Rekwiżiti tekniċi speċifiċi.

3.
3.1.3.1.1.3.1.2.3.1.3.3.1.4.3.1.5.3.1.6.3.1.7.

Kontroll tas-sistema tad-DDAW Ma għandux ikun possibbli li s-sewwieq jiddiżattiva s-sistema tad-DDAW manwalment. Madankollu, jista’ jkun possibbli li s-sewwieq jiddiżattiva manwalment it-twissijiet tal-HMI tas-sistema tad-DDAW. Wara d-diżattivazzjoni manwali tat-twissijiet tal-HMI tas-Sistema tad-DDAW, għandu jkun possibbli li s-sewwieq jattiva mill-ġdid it-twissijiet tal-HMI tas-sistema billi jieħu mhux aktar mill-istess numru ta’ azzjonijiet li kienu meħtieġa għad-diżattivazzjoni tagħhom. Is-sistema tad-DDAW għandha tiġi diżattivata awtomatikament fis-sitwazzjonijiet definiti minn qabel mill-manifattur. Tali sitwazzjonijiet jinkludu, pereżempju, id-diżattivazzjoni tat-twissijiet mis-sewwieq (il-punt 3.1.1). Il-funzjoni tad-DDAW għandha tiġi attivata mill-ġdid awtomatikament hekk kif il-kundizzjonijiet li wasslu għad-diżattivazzjoni awtomatika ma jibqgħux preżenti. Is-sistema tad-DDAW, inkluż it-twissijiet tal-HMI, għandha terġa’ tiddaħħal awtomatikament fil-modalità ta’ tħaddim normali ma’ kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura. Il-manifattur tal-vettura jista’ jagħżel li jżid kundizzjoni għat-tali riattivazzjoni awtomatika: malli tinfetaħ il-bieba tas-sewwieq jew malli l-vettura tintefa għal perjodu massimu ta’ 15-il minuta. Is-sistema tad-DDAW għandha tiġi attivata awtomatikament meta l-veloċità taqbeż 70 km/h. Ladarba tiġi attivata, is-sistema tad-DDAW għandha topera b’mod normali fil-medda tal-veloċità ta’ 65 km/h sa 130 km/h jew fil-veloċità massima permessa tal-vettura, skont liema tkun l-inqas. Is-sistema tad-DDAW ma għandhiex tiġi diżattivata awtomatikament f’veloċità ta’ aktar minn 130 km/h (għalkemm l-imġiba tas-sistema tista’ tiġi adattata għas-sitwazzjoni degradata). Għandu jkun hemm dewmien ta’ inqas minn 5 minuti bejn meta l-vettura tissodisfa l-kriterji ta’ attivazzjoni stabbiliti fil-punti 3.1.4, u meta s-sistema tad-DDAW tibda timmonitorja b’mod attiv il-ħedla tas-sewwieq. Jekk tiġi pprovduta twissija waqt il-fażi ta’ tagħlim tas-sistema tad-DDAW (li tippermetti l-kalibrazzjoni tal-parametri tas-sistema l-aktar adatti għall-imġiba u l-mudell tas-sewqan tas-sewwieq), il-fażi ta’ tagħlim tiġi kkunsidrata magħluqa. Il-ħin ta’ attivazzjoni tal-fażi tat-tagħlim għandu jibda ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-attivazzjoni tas-sistema tad-DDAW imsemmija fil-punti 3.1 u 3.2.

3.2.3.2.1.3.2.2.3.2.3.

Kundizzjonijiet ambjentali Is-sistema tad-DDAW għandha topera b’mod effettiv matul il-jum u billejl. Is-sistema tad-DDAW għandha topera fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet tat-temp li jillimitaw it-tħaddim tas-sistema. Mill-inqas, is-sistema tad-DDAW għandha taħdem b’mod effettiv fuq triq maqsuma f’diversi korsiji, bi jew mingħajr qasma ċentrali, meta l-marki tal-korsija jkunu viżibbli fuq iż-żewġ naħat tal-korsija.

3.33.3.1.3.3.2.

Monitoraġġ tal-ħedla tas-sewwieq Is-sistema tad-DDAW għandha tipprovdi twissija lis-sewwieq f’livell ta’ ħedla li huwa ekwivalenti għal 8 jew aktar fuq l-iskala ta’ referenza tan-ngħas stabbilita fl-Appendiċi (l-Iskala tan-Ngħas ta’ Karolinska, minn hawn ’il quddiem imsejħa KSS). Is-sistema tad-DDAW tista’ tipprovdi twissija lis-sewwieq f’livell ta’ ħedla li huwa ekwivalenti għal-livell 7 fuq il-KSS. Barra minn hekk, il-manifattur jista’ jimplimenta strateġija ta’ informazzjoni dwar l-HMI qabel it-twissija. Ir-rekwiżiti dettaljati għall-validazzjoni tas-sistema tad-DDAW mill-manifattur huma stabbiliti fil-Parti 2. Is-sistema tad-DDAW għandha tanalizza sistemi oħra ta’ vetturi għall-identifikazzjoni ta’ indikaturi tas-sewqan bil-ħedla. Tali indikaturi tas-sewqan jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: Huwa rrakkomandat li s-sistema tad-DDAW tanalizza sistemi oħra ta’ vetturi biex tidentifika indikaturi tas-sewqan bil-ħedla billi timmonitorja l-pożizzjoni tal-korsija, jiġifieri l-pożizzjoni tal-vettura meta mqabbla mal-marki tal-korsija laterali, jew l-input tal-immanuvrar, jiġifieri kwantifikazzjoni tal-mod kif is-sewwieq jikkontrolla r-rota tal-istering, eż. ir-rata ta’ treġġigħ tar-rota tal-istering, ir-rata tal-imbardata, id-devjazzjoni standard tal-pożizzjoni tal-korsija, eċċ. Jista’ jintuża mod alternattiv ta’ kif titkejjel il-prestazzjoni tas-sewwieq permezz ta’ analiżi tas-sistemi tal-vetturi (metrika), diment li din toffri kejl akkurat u robust tal-ħedla tas-sewwieq. Huwa possibbli li tintuża metrika sekondarja waħda jew aktar flimkien mar-rakkomandazzjoni ddikjarata fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.3.2 biex jiġu megħjuna l-affidabbiltà u r-robustezza tas-sistema. Eżempji ta’ tali metrika jinkludu: metrika addizzjonali tal-vettura, metrika temporali (kejl temporali relatat direttament mat-tħaddim tal-vettura mis-sewwieq), metrika fiżjoloġika u metrika tal-kontroll tal-vettura.

(a) tnaqqis fin-numru ta’ mikro-korrezzjonijiet fl-immanuvrar tas-sewwieq, flimkien ma’ żieda fin-numru ta’ korrezzjonijiet kbar u rapidi;

(b) żieda fil-varjabbiltà tal-pożizzjoni tal-korsija laterali tal-vettura.

3.4. Rekwiżiti tal-interfaċċja bniedem-magna

3.4.
3.4.1.3.4.1.1.

Natura tat-twissija Twissija viżiva u akustika jew kwalunkwe twissija oħra użata mis-sistema tad-DDAW biex twissi lis-sewwieq għandha tiġi ppreżentata mill-aktar fis possibbli wara li sseħħ l-imġiba ta’ skattar u tista’ tiżdied u tintensifika sakemm is-sewwieq jirrikonoxxiha. Jista’ jiġi aċċettat bħala rikonoxximent mis-sewwieq: titjib fl-imġiba tas-sewqan ibbażat fuq l-input użat għas-sistema tad-DDAW (strateġija li għandha tiġi deskritta fid-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur).

3.4.2.3.4.2.1.3.4.2.2.3.4.2.3.3.4.2.4.3.4.2.5.

Twissija Viżiva It-twissija viżiva għandha titqiegħed b’tali mod li tkun viżibbli u tintgħaraf faċilment mis-sewwieq matul il-ġurnata u billejl u tkun distinta minn allerti oħra. It-twissija viżiva għandha tkun indikazzjoni stabbli jew li tteptep (eż. indikatur operatorju, messaġġ pop-up, eċċ.). Kwalunkwe simbolu ġdid żviluppat għall-fini ta’ twissija viżiva tad-DDAW huwa rrakkomandat li jinbena permezz ta’ elementi simili għal u li jżomm il-koerenza mal-ISO 2575:2010+A7:2017 K.21 u/jew l-ISO 2575:2010+A7:2017 K.24. Il-kuntrast tas-simbolu mal-isfond f’kundizzjonijiet tad-dawl tax-xemx, tal-għabex u ta’ billejl huwa rakkomandat li jkun skont l-ISO 15008:2017. L-allert viżiv u l-kombinazzjonijiet ta’ kuluri għall-isfond li ġejjin jenħtieġ li ma jintużawx: aħmar/aħdar; isfar/blu; isfar/aħmar; aħmar/vjola.

3.4.3.3.4.3.1.3.4.3.2.3.4.3.3.3.4.3.4.

Twissija akustika It-twissija akustika għandha tiġi rikonoxxuta faċilment mis-sewwieq. Il-maġġoranza tat-twissija akustika għandha tkun fl-ispettru tal-frekwenzi ta’ 200-8000 Hz u l-medda tal-amplitudni ta’ 50-90 dB. Jekk jintużaw allerti verbali, il-vokabularju użat għandu jkun konsistenti ma’ kwalunkwe test użat bħala parti mill-allert viżiv. Il-porzjon li jinstema’ tal-allert għandu jdum mill-inqas għal tul ta’ ħin li jippermetti lis-sewwieq jifhmu.

3.5.3.5.1.3.5.2.3.5.3.3.5.4.

Twissija ta’ falliment tad-DDAW Sinjal ta’ twissija ta’ falliment viżiv kostanti (eż. twissija li tirrifletti l-Kodiċijiet Dijanjostiċi tal-Ħsarat (DTC) rilevanti għas-sistema, indikatur operatorju, messaġġ pop-up, eċċ.) għandu jiġi pprovdut meta jkun hemm falliment identifikat fis-sistema tad-DDAW li b’riżultat tiegħu is-sistema tad-DDAW ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. Is-sinjal ta’ twissija ta’ falliment viżiv temporanju jista’ jintuża bħala informazzjoni kumplimentari għas-sinjal ta’ twissija ta’ falliment ottiku kostanti Ma għandux ikun hemm intervall ta’ ħin konsiderevoli bejn kull awtokontroll mid-DDAW, u sussegwentement, ma għandux ikun hemm dewmien biex jintwera s-sinjal ta’ twissija ta’ falliment, fil-każ ta’ falliment li tista’ tiġi identifikata b’mezz elettriku. Malli tiġi identifikata kundizzjoni ta’ falliment mhux elettriku (eż. oskurazzjoni tas-sensur, minbarra oskurazzjoni temporanja bħal dik ikkawżata mir-rifless tax-xemx), għandu jintwera s-sinjal ta’ twissija ta’ falliment kif stabbilit fil-punt 3.5.1. Fallimenti li jattivaw is-sinjal ta’ twissija msemmi fil-punt 3.5.1, iżda li ma jiġux identifikati f’kundizzjonijiet statiċi, għandhom jinżammu malli jiġu identifikati u jkomplu jintwerew minn meta tinxtegħel il-vettura wara kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura, għal sakemm il-falliment jew id-difett jippersisti.

3.6.3.6.1.3.6.2.

Dispożizzjonijiet għal testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali. Għall-għanijiet tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi, għandu jkun possibbli li jiġu vverifikati l-karatteristiċi li ġejjin tas-sistema DDAW: Meta ssir l-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi deskritt b’mod kunfidenzjali l-mezz ta’ protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtorizzata tat-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija ta’ falliment magħżul mill-manifattur kif stabbilit fil-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika taħt il-Parti 3. Min-naħa l-oħra, dan ir-rekwiżit ta’ protezzjoni jiġi ssodisfat meta jkun disponibbli mezz sekondarju għall-verifika tal-istatus operattiv korrett tad-DDAW.

3.6.3.6.1.

(a) L-istatus operazzjonali korretta tagħha, permezz ta’ osservazzjoni viżibbli tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ falliment wara l-attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura u kwalunkwe verifika tal-operazzjoni tal-bozoz. Meta jintwera s-sinjal ta’ twissija ta’ falliment fi spazju komuni (iż-żona li fuqha jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet/simboli ta’ informazzjoni jew aktar, iżda mhux fl-istess ħin), l-ewwel irid jiġi vverifikat li l-ispazju komuni huwa funzjonali qabel il-verifika tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ falliment;

(b) Il-funzjonalità korretta tagħha u l-integrità tas-software, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika tal-vettura, bħal dik stabbilita fil-punt I.(14) tal-Anness III tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura jippermettuha u d-data neċessarja tkun magħmula disponibbli. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jagħmlu l-informazzjoni teknika disponibbli għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/621.

PARTI 2 Proċeduri ta’ ttestjar għall-validazzjoni tas-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW)

1. Ittestjar ta’ validazzjoni mill-manifattur

1.
1.1.1.1.1.1.1.2.

Rekwiżiti ġenerali Il-manifatturi għandhom iwettqu ttestjar ta’ validazzjoni biex jiżguraw li s-sistemi tad-DDAW ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-ħedla tas-sewwieq b’mod li jkun akkurat, robust u xjentifikament validu. L-ittestjar ta’ validazzjoni tad-DDAW għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2 sa 8. Il-manifattur għandu jiddokumenta l-proċess ta’ validazzjoni fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni li għandu jiġi pprovdut mill-manifattur skont il-Parti 3.

2.2.1.2.2.2.3.

Rekwiżiti tal-ittestjar L-ittestjar ta’ validazzjoni għandu jsir bl-użu ta’ parteċipanti umani. Alternattivament, id-data użata għall-validazzjoni għandha tittieħed minn data dwar l-imġiba miġbura minn parteċipanti umani. Kwalunkwe ttestjar ta’ validazzjoni li jinkludi parteċipant uman li jopera vettura bil-mutur f’ambjent tat-triq reali u mhux simulat, għandu jkollu backup ta’ sikurezza. Il-backup ta’ sikurezza għandu jintervjeni jekk is-sewwieq jitħeddel, b’tali mod li ma jkunx jista’ jibqa’ jikkontrolla l-vettura bil-mutur b’mod sikur. Jekk il-backup ta’ sikurezza jintervjeni, il-parteċipant ma għandux jitħalla jkompli jsuq bħala parti mill-ittestjar. Jekk il-backup ta’ sikurezza jkun sewwieq ta’ riżerva, għandha tkun meħtieġa strateġija tas-sikurezza xierqa (pereżempju: pedali doppji). Ladarba l-backup ta’ sikurezza jintervjeni, għandha tapplika l-istrateġija tas-sikurezza ppreparata għal dan it-test. Pereżempju: sewwieq ieħor li ma jkunx imħeddel jieħu l-kontroll primarju tal-vettura u s-sewwieq imħeddel ma għandux jitħalla jkompli jsuq. Jekk l-ittestjar ta’ validazzjoni jsir f’simulatur, il-manifattur għandu jiddokumenta l-limitazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-ittestjar fi triq fil-miftuħ reali għall-fini tal-ittestjar tas-sistema tad-DDAW. Tali dokumentazzjoni se tinkludi t-tqabbil tad-data tad-dħul primarju, użata għas-sistema tad-DDAW, mis-simulatur u d-data tad-dħul primarju mill-vettura f’kundizzjonijiet reali u analiżi tal-validità tar-riżultati tal-validazzjoni simulata.

3.3.1.3.2.3.3.3.4.

Kampjun tat-test Kull parteċipant tat-test għandu jiġġenera mill-inqas avveniment wieħed pożittiv veru jew avveniment wieħed negattiv falz kif imsemmi fil-punti 5.1.4 u 5.1.5. L-għadd totali, miksub bis-somma ta’ avvenimenti pożittivi veri u avvenimenti negattivi foloz, għandu jkun ugwali jew ogħla minn 10. Id-daqs minimu tal-kampjun ta’ parteċipanti għandu jkun ta’ 10 parteċipanti. Huwa permess li jsir aktar minn test wieħed għal kull parteċipant sabiex tinkiseb aktar data dwar parteċipant partikolari. Is-sensittività għal kull parteċipant għandha tiġi kkalkolata l-ewwel għal kull parteċipant, imbagħad is-sensittività medja u d-devjazzjoni standard tagħha għandhom jiġu kkalkolati mill-valuri ta’ sensittività ta’ kull parteċipant. Huwa permess b’mod espliċitu li jiġu pprovduti r-riżultati minn sottogrupp ta’ parteċipanti ta’ test akbar biex jiġu inklużi biss il-parteċipanti li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni t’hawn fuq. Ir-riżultati kollha mill-parteċipanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 3.1 għandhom jitqiesu għall-validazzjoni. L-esklużjoni ta’ riżultati minn parteċipanti b’mill-inqas avveniment wieħed pożittiv veru jew avveniment wieħed negattiv falz mhijiex permessa. Il-parteċipanti għandhom jikkorrispondu għad-demografija mmirata għall-vettura (pereżempju, parteċipanti b’liċenzja valida biex isuqu l-vettura li fuqha tiġi installata s-sistema tad-DDAW). Ebda wieħed mill-10 parteċipanti fid-daqs minimu tal-kampjun ma għandu jkun involut fl-iżvilupp tas-sistema tad-DDAW. Wieħed mill-kriterji ta’ aċċettazzjoni, tal-punt 8, għandu jiġi ssodisfat bir-riżultati u mingħajrhom mill-parteċipanti addizzjonali involuti fl-iżvilupp tas-sistema tad-DDAW.

4.4.1.4.1.1.4.1.2.

Kundizzjonijiet ambjentali Mill-inqas, is-sistema għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet ta’ matul il-jum u ta’ billejl mill-punt 4.1.1 jew 4.1.2, u tirreġistra mill-inqas avveniment pożittiv veru f’kull kundizzjoni (b’mod ġenerali, mhux għal kull parteċipant ittestjat fil-kundizzjoni). Mhuwiex meħtieġ li kull parteċipant jittestja ż-żewġ kundizzjonijiet. Is-sistemi mhux affettwati mid-dawl ma għandhomx bżonn jissodisfaw in-numru minimu ta’ avvenimenti pożittivi veri f’kull kundizzjoni indikata hawn fuq. Għal ittestjar f’ambjent tat-triq mhux simulat: Għal ittestjar f’ambjent tat-triq simulat:

4.4.1.4.1.1.

(a) Matul il-jum: l-ittestjar għandu jibda wara tlugħ ix-xemx u qabel inżul ix-xemx;

(b) Billejl: l-ittestjar għandu jibda wara nżul ix-xemx u qabel tlugħ ix-xemx.

4.4.1.4.1.1.4.1.2.

(a) Matul il-jum: kundizzjonijiet diffużi b’dawl ambjentali (l-ISO 15008: 2017);

(b) Billejl: kundizzjoni ta’ illuminazzjoni ambjentali baxxa li taħtha l-livell ta’ adattament tas-sewwieq jiġi influwenzat l-aktar mill-porzjon tat-triq quddiemu kopert mill-fanali ta’ quddiem tal-vettura stess u mid-dwal tat-triq madwaru, u mil-luminożità tal-wiri u l-istrument (l-ISO 15008: 2017).

5. Kejl tal-ħedla

5.
5.1.5.1.1.5.1.1.1.5.1.1.2.5.1.2.5.1.3.5.1.4.5.1.5.

Applikazzjoni tal-KSS Il-livell ta’ ħedla tal-parteċipant għandu jitkejjel permezz tal-KSS. Il-parteċipanti għandhom jiġu mħarrġa dwar il-KSS qabel ma japplikawha bħala parti mill-ittestjar ta’ validazzjoni tas-sistema tad-DDAW. Il-proċess ta’ taħriġ għandu jkun l-istess għall-parteċipanti kollha. Il-proċess ta’ taħriġ għandu jiġi ddokumentat b’mod ċar fid-dossier tal-evidenza pprovdut lis-servizz tekniku skont il-Parti 3. Għandha tintuża l-formulazzjoni standardizzata fl-Appendiċi għall-Parti 1 u l-livelli kollha tal-KSS għandhom jiġu mmarkati. Il-kejl għandu jinkiseb matul l-ittestjar f’intervalli ta’ madwar 5 minuti, fejn kull kejl miksub għandu jiġi preżunt li jkopri l-5 minuti preċedenti. L-intervalli rrakkomandati ma japplikawx qabel ma l-parteċipant jipprovdi l-ewwel klassifikazzjoni ta’ awtovalutazzjoni fil-livell 6 jew aktar fuq il-KSS. Matul it-testijiet ta’ validazzjoni, huwa rakkomandat li t-twissija mis-sistema tad-DDAW tintefa, sabiex jiġu evitati tibdiliet fl-istatus tal-parteċipant qabel l-awtovalutazzjoni li jkun imiss. Il-ħin li fih tiġi pprovduta t-twissija mid-DDAW (bil-ħoss jew le) għandu jiġi rreġistrat biex jiġi stabbilit b’mod ċar jekk dan huwiex avveniment pożittiv veru. Kull twissija mis-sistema tad-DDAW għandha tiġi ttrattata bħala avveniment pożittiv veru jekk il-klassifikazzjoni preċedenti jew ta’ wara tal-parteċipant tkun fil-livell 7 jew aktar tal-KSS. Ladarba jseħħ avveniment pożittiv veru, il-punti ta’ data wara dan l-avveniment għandhom jitqiesu bħala irrilevanti għal dan it-test speċifiku. Jekk il-parteċipant ikun reġa’ beda t-test wara ħin ta’ mistrieħ, għandu jitqies bħala sett tad-data differenti (bl-istess parteċipant). Jekk klassifikazzjoni ta’ parteċipant tkun taħt il-livell limitu ta’ ħedla msemmi fil-punt 3.3.1 tal-Parti 1 u l-klassifikazzjoni sussegwenti tkun ogħla jew ugwali għal-livell limitu ta’ ħedla (eż. is-sekwenza tal-klassifikazzjonijiet tista’ tkun 6-8 jew 7-8),

(a) is-sistema tad-DDAW jew tipprovdi twissija u tiġi ttrattata bħala pożittiv veru u tagħlaq it-test speċifiku bħal fil-punt 5.1.4; jew

(b) is-sistema tad-DDAW ma tipprovdix twissija u tiġi ttrattata bħala negattiv falz, sakemm l-ittestjar ma jkomplix għal mill-inqas intervall tal-ittestjar addizzjonali, u l-parteċipant ma jipprovdix waħda mill-awtovalutazzjonijiet li ġejjin:

Matul l-intervall tal-ittestjar addizzjonali, jekk il-parteċipanti jerġgħu jipprovdu awtovalutazzjoni ogħla jew ugwali għal-livell limitu ta’ ħedla, il-qari għandu jiġi ttrattat bħala negattiv falz (eż. is-sekwenza tal-klassifikazzjonijiet tista’ tkun 7-8-8, 7-9-9 jew 7-9-8);

Matul l-intervall tal-ittestjar addizzjonali, jekk il-parteċipanti jipprovdu awtovalutazzjoni fil-livell 7 tal-KSS, il-punt ta’ data għandu jiġi ttrattat bħala negattiv veru u jiġi mmarkat bħala iżolat (eż. is-sekwenza tista’ tkun 6-8-7, 7-8-7 jew 7-9-7); Il-punti iżolati kollha għandhom jiġu ddokumentati fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni;

Mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jiġu esklużi, matul l-intervall tal-ittestjar addizzjonali, jekk il-parteċipanti jipprovdu awtovalutazzjoni taħt il-livell 7 tal-KSS, il-punti ta’ data minn dan it-test speċifiku għandhom jiġu esklużi mir-riżultati ġenerali tad-data tal-ittestjar peress li l-klassifikazzjonijiet tal-ħedla tal-parteċipanti x’aktarx ma jkunux affidabbli (eż. is-sekwenza tal-klassifikazzjonijiet tista’ tkun 7-8-6 jew 6-8-6). Huwa rakkomandat li tiġi pprovduta sessjoni ta’ taħriġ addizzjonali lill-parteċipant wara riżultat bħal dan.

5.2.5.2.1.5.2.2.5.2.3.5.2.4.

Kejl alternattiv Il-manifatturi jistgħu jużaw kejl alternattiv biex jivvalidaw sistema tad-DDAW bil-kundizzjonijiet li ġejjin: Meta jintuża kejl alternattiv għall-KSS biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ ħedla tal-parteċipant, il-manifattur għandu jipprovdi evidenza li l-kejl magħżul huwa mezz validu u akkurat biex tiġi vvalutata l-ħedla tas-sewwieq, u li l-livell limitu ta’ ħedla użat fl-ittestjar ta’ validazzjoni huwa ekwivalenti għal livell tal-KSS imsemmi fil-punt 3.3.1 tal-Parti 1. Għall-analiżi ta’ vidjow tal-irqad, l-evidenza mistennija tikkonċerna l-kwalità tal-vidjow użat, il-viżibbiltà tal-arranġament għall-parteċipant, il-korrispondenza bejn l-iskala ta’ klassifikazzjoni u l-KSS, it-taħriġ tal-analizzaturi (barra minn hekk, huwa meħtieġ livell minimu ta’ prestazzjoni ta’ rata ta’ konkordanza superjuri jew ugwali għal 0,70), l-informazzjoni dwar l-indipendenza tal-analizzaturi għall-iżvilupp tad-DDAW u deskrizzjoni dwar kif il-klassifikazzjoni finali tiġi kkalkulata abbażi tal-input mill-esperti tal-irqad. Rata ta’ konkordanza hija punteġġ ikkalkolat mill-klassifikazzjoni ta’ espert tal-irqad fuq vidjow tat-taħriġ bil-wiċċ A: Il-valur tal-klassifikazzjoni tal-ħedla veru tal-vidjo tat-taħriġ B: Il-livell ta’ ħedla evalwat mill-espert tal-irqad D: Il-massimu tal-livell ta’ ħedla li jseħħ waqt il-vidjo tat-taħriġ n: in-numru ta’ punti ta’ data li għandhom jiġu kklassifikati waqt il-vidjo tat-taħriġ Jekk il-kejl alternattiv juża intervall ta’ ħin differenti minn dak speċifikat fil-punt 5.1.2, għandu japplika l-punt 5.1.5, fejn l-intervalli tal-valutazzjoni jkunu ugwali jew iqsar minn 15-il minuta u aktar jew ugwali għal 5 minuti. Jekk l-intervall ta’ ħin ikun iqsar minn 5 minuti, l-interpretazzjoni tal-punt 5.1.5 ma għandhiex tapplika. Minflok, avveniment negattiv falz iseħħ biss jekk id-DDAW ma tipprovdix twissija matul l-10 minuti wara l-aħħar klassifikazzjoni taħt il-livell limitu ta’ ħedla. Jekk matul 5 minuti jew aktar il-klassifikazzjonijiet ikunu ogħla mil-livell limitu ta’ ħedla, imbagħad jiġi segwit minn klassifikazzjoni taħt il-livell limitu ta’ ħedla, il-punt ta’ data għandu jiġi ttrattat bħala iżolat. Il-punti iżolati kollha għandhom jiġu ddokumentati fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni; Jekk l-intervalli ta’ ħin ikunu itwal minn 15-il minuta, is-servizzi tekniċi jistgħu jikkunsidraw li jżidu r-rekwiżiti mill-punt 8.1(a) u l-punt 8.1(b) bl-ammont stabbilit fil-punt 8.1(c) biex jippermettu valutazzjoni korretta tal-ħedla tas-sewwieq.

5.2.5.2.1.

(a) Jekk il-metodu alternattiv jimmonitorja direttament l-istat tal-parteċipanti, bħall-Elettroenċefalogramma (EEG) jew il-PERCLOS (il-perċentwal ta’ kemm jingħalaq il-kappell tal-għajn).

(b) Jekk il-metodu alternattiv ikun adattat għall-kejl deskritt fil-punt 5.1 ħlief għall-iskala tal-ħedla użata u/jew l-intervall ta’ ħin użat;

(c) Jekk il-kejl isir permezz ta’ analiżi ta’ vidjow tal-irqad imwettqa minn mill-inqas 3 analizzaturi (esperti tal-irqad), li ma jinteraġixxux mal-parteċipant u bejniethom qabel ma jiġi ffinalizzat il-proċess ta’ klassifikazzjoni. L-intervall ta’ ħin ta’ dan il-metodu ma għandux jaqbeż l-5 minuti.

5.3. Kejl kumplimentari Il-manifatturi jistgħu jużaw kejl kumplimentari għall-KSS jew il-kejl alternattiv għall-validazzjoni ta’ sistema tad-DDAW, li għandu jiġi ddokumentat kif xieraq fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni taħt il-Parti 3. Meta l-analiżi tal-vidjo tal-espert tal-irqad tintuża bħala kejl kumplimentari, għandu jsir test tal-affidabbiltà minn mill-inqas żewġ analizzaturi u minn interanalizzatur, u r-riżultati għandhom jiġu inklużi fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni. Għandhom jintwerew l-espressjonijiet tal-wiċċ u l-movimenti/l-imġiba tal-ġisem għal kull livell ta’ ħedla fuq il-KSS (normalment ikun dokument kunfidenzjali).

6.6.1.6.2. Livell limitu ta’ ħedla Jekk jintuża kejl alternattiv għall-KSS biex tiġi vvalidata sistema tad-DDAW, il-manifattur għandu jiddikjara l-livell limitu li qiegħed jintuża u għandu jipprovdi evidenza b’dettalji dwar l-ekwivalenza bejn il-livell limitu u l-livell 8 tal-KSS. Jekk il-kejl alternattiv juża skala li jkollha inqas livelli deskrittivi mill-KSS, l-ekwivalenza bejn l-iskala alternattiva u l-KSS għandha tirreferi għall-inqas livell korrispondenti meta mqabbla mal-KSS. L-unika eċċezzjoni hija għal-livell tal-iskala alternattiva li tinkludi l-ekwivalenza għal-livell 8 tal-KSS, f’liema każ għandha tirreferi għall-ogħla livell korrispondenti meta mqabbla mal-KSS. Pereżempju, jekk il-livell 4 tal-iskala alternattiva jikkorrispondi għal medda bejn 6 u 7 fuq il-KSS, 4 fuq l-iskala alternattiva għandu jitqies bħala 6 fuq il-KSS. Jekk il-livell A tal-iskala alternattiva jikkorrispondi għal medda bejn 6,5 u 8,5 fuq il-KSS, A fuq l-iskala alternattiva għandu jitqies bħala 8 fuq il-KSS. Jekk jintuża kejl kumplimentari minbarra l-KSS jew kejl alternattiv għall-validazzjoni ta’ sistema tad-DDAW, il-manifattur għandu jiddikjara l-livell limitu li qed jintuża u għandu jipprovdi evidenza li tagħti fid-dettall l-ekwivalenza bejn il-livell limitu u l-livell 8 tal-KSS.

7.7.1.7.2. Riżultati tat-testijiet Id-data tat-test għandha tiġi skartata biss mill-manifattur qabel ma ssir kwalunkwe analiżi statistika fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: Il-manifattur għandu jiddokumenta kwalunkwe żball li jseħħ waqt l-ittestjar bħala parti mill-evidenza fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni, separat mir-riżultati tat-testijiet, flimkien mad-data żbaljata u, jekk applikabbli, ir-raġuni għall-esklużjoni ta’ data ta’ parteċipant mill-analiżi statistika.

7.7.1.

(a) ikun hemm żball fit-twettiq tal-proċedura ta’ ttestjar;

(b) il-klassifikazzjonijiet tal-parteċipant fuq il-KSS jitqiesu mhux affidabbli;

(c) tinġabar data insuffiċjenti għal parteċipant (eż. it-tul tal-prova kien qasir wisq jew il-parteċipant ma ġġenerax tal-inqas avveniment wieħed pożittiv veru jew avveniment wieħed negattiv falz).

8.8.18.2. Kriterji ta’ aċċettazzjoni Sistema tad-DDAW għandha titqies effettiva mis-servizzi tekniċi jekk ir-rekwiżit (a) jew (b) li ġej jiġi ssodisfat kif modifikat, jekk meħtieġ, mir-rekwiżiti (c) għal testijiet bl-użu tal-ħin ta’ intervall ta’ aktar minn 15-il minuta u (d) għal testijiet imwettqa f’ambjent simulat: Pereżempju, is-sensittività medja meħtieġa għal test fi triq fil-miftuħ bl-użu ta’ ħin ta’ intervall ugwali għal jew iqsar minn 15-il minuta se tkun ta’ ≥ 35 % u s-sensittività medja meħtieġa għal test ta’ simulazzjoni b’ħin ta’ intervall ta’ aktar minn 15-il minuta se tkun ta’ ≥ 45 %. Kalkolu metriku tal-prestazzjoni Il-metrika tal-prestazzjoni għandha tiġi kkalkolata bħala: Jekk is-sistema tad-DDAW teħtieġ fażi ta’ tagħlim, il-kriterji ta’ aċċettazzjoni elenkati fil-punt 8.1 għandhom jeskludu r-riżultati miksuba matul il-fażi ta’ tagħlim jew għal 30 minuta wara li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni għall-attivazzjoni tad-DDAW, skont liema tkun l-iqsar.

8.8.1

(a) is-sensittività medja hija ogħla minn 40 % (Is-sensittività kkalkolata mill-medja ta’ sensittività tal-parteċipanti kollha)

(b) il-livell inferjuri mill-intervall ta’ kunfidenza ta’ 90 % tar-riżultati tas-sensittività għandu jkun ogħla minn 20 %. Dan ifisser li 95 % tal-parteċipanti statistikament għandhom aktar minn 20 % tas-sensittività medja, dan jiġi vverifikat billi tiġi ssodisfata l-ekwazzjoni:

(c) ir-rekwiżit elenkat fis-subpunt (a) jiżdied b’5 % u r-rekwiżit elenkat fis-subpunt (b) jiżdied bi 2,5 % jekk il-metodu ta’ ttestjar ma jużax ħin ta’ intervall ugwali jew iqsar mill-15-il minuta possibbli fil-punt 5.2.3 (livell superjuri possibbli bejn il-kejl irrakkomandat u l-kejl alternattiv).

(d) ir-rekwiżit elenkat fis-subpunt (a) jitnaqqas b’5 % u r-rekwiżit elenkat fis-subpunt (b) jitnaqqas bi 2,5 % jekk il-metodu ta’ ttestjar jitwettaq fi triq fil-miftuħ.

Il-valur tas-sensittività ta’ parteċipant: Is-sensittività medja għall-parteċipanti kollha:

Id-Devjazzjoni Standard (Sensittività): fejn: n(TP) huwa l-għadd totali ta’ avvenimenti li fihom is-sistema u s-sewwieq it-tnejn jidentifikaw b’mod korrett bħala mħeddel; n(FN) huwa l-għadd totali ta’ avvenimenti li fihom is-sistema tipprevedi li s-sewwieq mhux imħeddel, iżda s-sewwieq ikun fil-fatt imħeddel; n(FP) huwa l-għadd totali ta’ avvenimenti li fihom is-sistema tipprevedi li s-sewwieq huwa mħeddel, iżda s-sewwieq ma jkunx imħeddel; n(TN) huwa l-għadd totali ta’ avvenimenti li fihom is-sistema u s-sewwieq it-tnejn jidentifikaw b’mod korrett bħala mhux imħeddel; Σ hija s-somma għall-parteċipanti kollha. Nota: Id-distribuzzjoni tar-riżultati hija approssimata minn distribuzzjoni Gaussjana.

PARTI 3 Proċeduri għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika u l-ittestjar ta’ verifika mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u mis-servizzi tekniċi

1. Pakkett ta’ dokumentazzjoni Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni u lis-servizz tekniku pakkett ta’ dokumentazzjoni li jkun fih evidenza tal-effettività tas-sistema. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni għandu jkopri kemm il-funzjonalità tas-sistema kif ukoll il-validazzjoni tas-sistema.

1.

1.1. Funzjonalità tas-sistema Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni li jispjega kif is-sistema taħdem għandu jinkludi: Il-lista ta’ inputs tas-sistema għandha tiġi pprovduta biss lill-awtorità tal-approvazzjoni jew lis-servizz tekniku għall-fini ta’ verifika tas-sistema tad-DDAW għall-approvazzjoni tat-tip. Il-lista ta’ kwalunkwe metrika sekondarja mhijiex se tgħaddi mis-servizz tekniku għal għand l-awtorità tal-approvazzjoni.

1.1.

(a) lista tal-inputs kollha tas-sistema bil-metrika primarja u sekondarja;

(b) deskrizzjoni ta’ kif taħdem il-metrika u kif timmonitorja l-imġiba tas-sewqan;

(c) deskrizzjoni tal-imġiba ta’ skattar li tkun qed tiġi mmonitorjata mis-sistema;

(d) evidenza dwar ir-relazzjoni bejn sewqan b’ħedla u/jew l-imġiba fl-immanuvrar u l-imġiba ta’ skattar magħżula;

(e) il-livell limitu ta’ ħedla tas-sistema;

(f) il-veloċità tal-vettura li fiha tiġi attivata s-sistema;

(g) spjegazzjoni tal-funzjonijiet ta’ attivazzjoni, riattivazzjoni u diżattivazzjoni tas-sistema;

(h) dokument b’dettalji dwar il-funzjonalità tal-HMI tas-sistema. Dan jinkludi evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-HMI tad-DDAW (il-punt 3.4 tal-Parti 1), u ġustifikazzjonijiet jekk il-manifattur jagħżel li ma jsegwix ir-rakkomandazzjonijiet elenkati fil-punti 3.4.2.3, 3.4.2.4 u 3.4.2.5 tal-Parti 1.

(i) dokument li jipprovdi mill-inqas protokoll wieħed tat-test li għandu jiġi ttestjat mis-Servizz Tekniku, li għalih is-sistema tad-DDAW għandha tagħti twissija meta titħaddem.

1.2.1.2.1.1.2.2.

Validazzjoni tas-sistema L-evidenza dwar l-effettività tad-dokument tas-sistema għandha tinkludi: L-informazzjoni dwar id-demografija tal-parteċipanti tat-test imsemmija fis-subpunt (a) għandha tinkludi: L-informazzjoni dwar il-metodoloġija sħiħa tat-test imsemmija fis-subpunt (d) għandha tinkludi: Jekk il-validazzjoni tkun saret fuq vettura oħra, id-dokumentazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni li torbot il-proċess ta’ validazzjoni mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura. eż. Tipprovdi dokumenti li juru x-xebh tekniku jew l-adattament meħtieġ biex is-sistema tad-DDAW tkun tista’ tiġi konnessa mal-vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip. Ir-rekwiżiti fuq il-parteċipanti għandhom ikunu simili wkoll (id-demografija, l-involviment ta’ sewwieq professjonali). Jekk il-validazzjoni tkun saret bħala parti minn riċerka biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi għas-sistema tad-DDAW, id-dokumentazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni li torbot l-ittestjar ta’ validazzjoni mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni rispettivi għall-vettura bil-mutur ikkonċernata. eż. Tipprovdi rabta addizzjonali bejn dak li huwa attivat fil-verżjoni tas-sistema tad-DDAW installata fil-vettura bil-mutur u kalkolu mill-ġdid tal-valuri tas-sensittività ekwivalenti mid-data prodotta matul il-fażi ta’ riċerka.

1.2.

(a) l-informazzjoni dwar in-numru u d-demografija tal-parteċipanti tat-test ivvalutati.

(b) id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tat-test ivvalutati;

(c) evidenza li s-sistema taħdem b’mod effettiv f’kundizzjonijiet tat-temp li ma jillimitawx it-tħaddim tas-sistema. L-evidenza għandha tindika l-limitazzjonijiet magħrufa jew loġiċi minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, l-isfida teknika u l-istrateġija għall-imġiba tas-sistema f’dawn il-kundizzjonijiet tat-temp partikolari (pereżempju xita qawwija, borra, temperatura għolja eċċ.).

(d) deskrizzjoni tal-metodoloġija sħiħa tat-test użata għall-valutazzjoni tal-effettività tas-sistema u r-raġuni warajha, inkluż kwalunkwe kejl alternattiv jew kumplimentari u livell limitu alternattiv tal-ħedla (imsemmija fil-punt 5.2, il-punt 5.3 u l-punt 6 tal-Parti 2 rispettivament);

(e) deskrizzjoni tat-teknika tal-analiżi statistika użata. Jekk jintuża metodu ta’ analiżi statistika li jvarja minn dak stabbilit fil-punt 8.1, għandha tiġi pprovduta evidenza dwar it-teknika tal-analiżi statistika u l-livell ta’ sinifikat użat;

(f) analiżi u deskrizzjoni tar-riżultati;

(g) evidenza li s-sistema twissi lil sewwieq fil-ħin li jew qabel tilħaq il-livelli tal-KSS stabbiliti fil-punt 3.3.1 tal-Parti 1;

(h) id-data ta’ kull parteċipant għall-valutazzjoni ta’ anomalija statistika.

(i) il-kriterji ta’ inklużjoni jew esklużjoni li ntużaw fl-għażla tal-parteċipanti, u

(ii) dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-parteċipanti fir-rigward tad-demografija mmirata għall-vettura stabbilita fil-punt 3.3 tal-Parti 2.

(i) tipprovdi evidenza li l-kejl kumplimentari jew il-kombinazzjoni tal-kejl primarju (KSS jew kejl alternattiv) u l-kejl kumplimentari huma mezz validu u akkurat biex tiġi vvalutata l-ħedla tas-sewwieq;

(ii) tipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet analizzata u miġbura d-data tal-kejl primarju u kumplimentari sabiex tiġi vvalutata l-effettività tas-sistema tad-DDAW;

(iii) tipprovdi evidenza li l-livell limitu ta’ ħedla li qed jintuża fl-ittestjar ta’ validazzjoni huwa ekwivalenti għal livell tal-KSS imsemmi fil-punt 3.3.1 tal-Parti 1.

2.2.12.22.2.1.2.2.2.2.2.3.2.2.4.

Valutazzjoni mis-servizz tekniku tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni tas-sistema tad-DDAW u rapport tat-test Is-servizz tekniku għandu jivverifika li l-manifattur ikun ta prova abbażi tat-testijiet imwettqa skont dan l-Anness li d-DDAW tissodisfa l-kriterji tekniċi stabbiliti fil-Parti 1 u l-kriterji ta’ validazzjoni stabbiliti fil-Parti 2. Huma mistennija l-azzjonijiet li ġejjin: Il-valutazzjoni tar-rapport tat-test għandha tivverifika jekk l-evidenza sottostanti dwar it-testijiet imwettqa tikkorrispondix mar-riżultati tat-test irrapportati għal livell ta’ effett ġenerali b’tali mod li d-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni tiġi kkonfermata bħala adegwata. Dan jinkludi l-valutazzjoni tad-data tal-parteċipanti għal anomaliji statistiċi bħal eżempju in-numru ta’ punti iżolati. Is-servizz tekniku jista’ juża mezzi fid-diskrezzjoni tiegħu għall-valutazzjoni tar-rapport tat-test. Tali mezzi jistgħu jinkludu rieżami tas-settijiet kollha ta’ data mhux ipproċessata minn għażla ta’ sewqan għal finijiet ta’ ttestjar magħżula mis-servizz tekniku (inkluż kwalunkwe data li ġiet eskluża mill-analiżi) u li jerġgħu jsiru partijiet mill-ittestjar ta’ validazzjoni abbażi tad-data miġbura (jista’ jkun possibbli biss għal metodi ta’ validazzjoni limitati, bħal analiżi tal-vidjo tal-irqad). Is-servizz tekniku, filwaqt li jqis l-informazzjoni dwar il-funzjonalità tas-sistema pprovduta fil-punt 1.1, għandu jivvaluta l-kapaċità tal-protokoll tat-test, propost mill-manifattur, li jidentifika avveniment ta’ sewqan b’ħedla. Is-servizz tekniku għandu jwettaq ukoll it-test abbażi tal-protokoll propost. It-test għandu jitqies bħala tajjeb malli s-sistema tad-DDAW tipprovdi twissija għal sewwieq imħeddel. Jekk it-test jonqos milli jipprovdi twissija għal sewwieq imħeddel, is-servizz tekniku jista’ jirrepetih sa darbtejn. Il-kawża ewlenija ta’ kwalunkwe prova tat-test li ma tkunx għaddiet għandha tiġi analizzata flimkien mas-servizz tekniku u l-analiżi għandha tinhemeż mar-rapport tat-test. Jekk il-kawża ewlenija ma tistax tkun marbuta ma’ devjazzjoni fl-istruttura tat-test, is-servizz tekniku jista’ jittestja kwalunkwe varjazzjoni tal-parametru fil-medda tal-parametru ddefinita fil-protokoll tat-test ipprovdut mill-manifattur. Referenza għall-kodiċi tal-protokoll tat-test rispettiv, li jkun twettaq mis-servizz tekniku, għandha tiġi inkluża fit-taqsima Rimarki taċ-Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-Tip sabiex l-awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu pereżempju, attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, ikunu jistgħu jitolbu l-protokoll tat-test mingħand is-servizz tekniku li jkun wettaq it-test.

2.2.1

(a) verifika li l-livelli ta’ prestazzjoni rrapportati jissodisfaw il-limiti minimi meħtieġa msemmija fil-punt 3.3.1 tal-Parti 1;

(b) rieżami tar-rapport tat-test biex jiġi vverifikat jekk il-metodoloġija sottostanti ppreżentata fir-rapport tat-test tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2;

(c) twettiq ta’ valutazzjoni tar-rapport tat-test mill-ittestjar ta’ validazzjoni mwettaq mill-manifattur.

Appendiċi għall-Parti 1 Skala ta’ referenza tan-ngħas għas-sistema tad-DDAW

(L-Iskala tan-Ngħas ta’ Karolinska) Klassifikazzjoni Deskrizzjoni Verbali 1 Estremament viġilanti 2 Viġilanti ħafna 3 Viġilanti 4 Pjuttost Viġilanti 5 La viġilanti u lanqas bi ngħas 6 Xi sinjali ta’ ngħas 7 Bi ngħas, ebda sforz biex jibqa’ mqajjem 8 Bi ngħas, ftit sforz biex jibqa’ mqajjem 9 Bi ngħas ħafna, sforz kbir biex jibqa’ mqajjem, jiġġieled in-ngħas

ANNESS II Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2144

Fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 ir-ringiela għar-rekwiżit E2 hija sostitwita b’dan li ġej: Suġġett Atti regolatorji Dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi addizzjonali M1 M2 M3 N1 N2 N3 O1 O2 O3 O4 STU Komponent E2 Twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1341 B B B B B B

Versions

  1. 2021-04-23