Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1367 tas-6 ta’ Awwissu 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2021-08-06from 2021-09-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1367@2021-08-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella ppreżentata fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) ta’dik it-tabella.

(4) Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif ippreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2 L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2021. Għall-Kummissjoni Gerassimos Thomas Direttur Ġenerali Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

ANNEX

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Vettura b’erba’ roti b’mutur elettriku DC 24 V 800 W li jaħdem b’żewġ batteriji 12 V rikarikabbli b’kapaċità ta’ 45Ah. Għandha wisa’ ta’ madwar 65 cm, tul ta’ 125 cm u għoli ta’ 129 cm (imkejjel mas-sit ta’ wara, 85 cm bis-sit ta’ wara mitwi ’l isfel). Il-piż totali tagħha huwa ta’ madwar 107 kg (108 kg inklużi l-batteriji). It-tagħbija massima tagħha hija ta’ madwar 130 kg. Il-vettura għandha l-karatteristiċi li ġejjin: Il-kolonna tal-istering għandha wkoll dashboard li fiha kaxxa tas-swiċċijiet, kontroll tal-veloċità, buttuna tal-ħorn, buttuna tal-magna mhux ingranata, swiċċ tal-indicator, swiċċ tad-dawl, indikatur tal-istatus tal-batterija u aġġustatur tal-veloċità. Il-vettura għandha żewġ lievi li jitħaddmu manwalment, biex bihom taċċellera, tieqaf jew timxi b’lura. L-istering jista’ jiġi aġġustat biex jippermetti t-tħaddim b’id waħda. Għandha sistema ta’ bbrejkjar elettromanjetika riġenerattiva intelliġenti. Bil-batteriji kompletament iċċarġjati, il-vettura għandha medda massima li tilħaq sa 45 kilometru u tista’ tilħaq veloċità massima ta’ madwar 15-16 km/h. Tista’ tkun mgħammra b’roti żgħar fuq wara biex il-vettura ma tingħelibx faċilment, basket tax-xiri, ħowlder għall-bastun, eċċ. Il-vettura tista’ tiġi stivata għal finijiet ta’ trasport. Tista’ tintuża fit-toroq, bankini, passaġġi għall-mixi, mogħdijiet fil-parks, pasaġġi għaċ-ċiklisti u ċerti passaġġi għall-ħin liberu, jew f’żoni pedonali (eż. żoni għax-xiri). Ara l-istampa 87031018 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 8703, 870310 u 87031018. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8713 bħala trasport għal persuni b’diżabbiltà hija eskluża peress li l-vettura mhijiex imfassla apposta għat-trasport għal persuni b’diżabbiltà: Ma għandha l-ebda karatteristika speċjali biex ittaffi diżabbiltà. Għalkemm il-vettura hija ddisinjata b’tali mod li l-istering ikun jista’ jiġi kkontrollat b’id waħda u jkun fiha sedil komdu li jdur b’irfid u wiċċ li ma jiżloqx għas-saqajn (u tista’ b’mod fakultattiv tkun mgħammra b’roti żgħar biex ma tingħelibx faċilment), tali karatteristiċi ma jikkostitwixxux oġġettivament karatteristiċi speċjali mfassla biex itaffu diżabbiltà (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (CNEN) għas-subintestatura 87139000, in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8713 u l-opinjoni tal-klassifikazzjoni HS 8703.10/1). Barra minn hekk, vetturi mgħammra b’kolonna tal-istering aġġustabbli u separata u dawk li jilħqu veloċità massima ta’ aktar minn 10 km fis-siegħa huma esklużi mill-intestatura 8713 (ara wkoll CNEN għas-subintestatura 87139000). Il-vettura tintuża għat-trasport ta’ persuni u mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ma tistax tingħaraf bħala vettura intiża biss għall-persuni b’diżabbiltà (ara l-Kawża C-198/15 ), abbażi tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħha li jridu jiġu vverifikati fil-mument tar-rilaxx doganali (ara l-Kawża C-286/15 ). Kwalunkwe modifika wara r-rilaxx tal-vettura hija injorata bħal ma hija kwalunkwe valutazzjoni tal-vettura li tista’ titwettaq minn awtorità nazzjonali għal finijiet oħra minbarra dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali. Il-vettura hija tip ta’ vettura speċjali għat-trasport tal-persuni. Għalhekk, il-vettura trid tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 87031018 bħala vettura bil-mutur prinċipalment maħsuba għat-trasport ta’ persuni, bħall-karozzi tal-golf.

pjattaforma orizzontali li tgħaqqad flimkien is-sezzjoni ta’ quddiem ma’ dik ta’ wara; il-pjattaforma ma tista’ tiġi aġġustata bl-ebda mod (eż. mitwija jew inklinata) biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utent,

żewġ fusien immollati, trażmissjoni tal-fus ta’ wara u bażi tar-roti ta’ 820 mm,

kapaċità ta’ gradjent ta’ 130,

ċirku tad-dawran 210 cm,

żewġ settijiet ta’ tajers li jintefħu (it-tajers ta’ wara huma akbar minn dawk ta’ quddiem),

sit konfigurabbli, aġġustabbli għall-għoli u li jdur b’irfid u armrests u wiċċ li ma jiżloqx għas-saqajn,

kolonna aġġustabbli tal-istering li tintewa b’manubriji forma ovali,

dwal ta’ quddiem u ta’ wara, indicators tad-direzzjoni u mirja retroviżuri.

Versions

  1. 2021-08-06