Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1376 tat-13 ta’ Awwissu 2021 li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

In forceVersion 2021-08-13from 2021-08-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1376@2021-08-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
  3. Artikolu 2 Projbizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 jistabbilixxi l-kwoti għall-2021.

(2) Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2021.

(3) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk tar- redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-2021 msemmija fl-Anness għandha titqies bħala eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.

Artikolu 2 Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd diretti għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, għandhom ikunu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2021. Għall-Kummissjoni F’isem il-President John DALLI Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Nru 14/TQ92 STAT MEMBRU L-Unjoni Ewropea (Stati Membri Kollha) STOKK RED/N3M. SPEĊI Redfish (Sebastes spp.) ŻONA NAFO 3M STAĠUN MAGĦLUQ 24 ta’ Lulju 2021 f’24:00 UTC

Versions

  1. 2021-08-13