Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1406 tas-26 ta’ Awwissu 2021 li jidderoga mir-regoli dwar il-prova tal-oriġini prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u applikabbli għal ċerti kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tat-tjur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ ġobon disponibbli għal-liċenzji ta’ esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerka

In forceVersion 2021-08-26from 2021-06-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1406@2021-08-26/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
  3. Artikolu 2 Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
  5. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-Artikolu 223(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 66(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) sa (d), u l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi.

(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/760 emenda l-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-kwoti tariffarji skont in-numri tal-ordni 09.4410, 09.4411, u 09.4420 (laħam tat-tjur). Ir-regoli l-ġodda jirrikjedu li l-operaturi għandhom jagħtu prova tal-oriġini tal-prodotti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447.

(3) Dan ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2021, id-data tal-ftuħ tal-ewwel perjodu tal-applikazzjoni għal liċenzja wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/760.

(4) Minħabba d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi biex jipprovdu ċ-ċertifikat tal-oriġini f’konformità mar-regoli l-ġodda, xi operaturi ma setgħux jissottomettu d-dokumenti meħtieġa fid-dwana, u l-prodotti ma setgħux jiġu rilaxxati f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea.

(5) Sabiex jiġi żgurat il-fluss bla xkiel tal-prodotti fil-livell doganali, jenħtieġ li tiġi prevista deroga mir-regoli l-ġodda, matul ċertu perjodu ta’ żmien, fejn pajjiżi terzi jew operaturi ma jkunux jistgħu jagħtu prova tal-oriġini tal-prodotti f’konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament (UE) 2015/2447.

(6) Jenħtieġ li d-deroga tapplika mid-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/760, li emenda l-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.

(7) Fl-Anness XIV.5 (ħalib u prodotti tal-ħalib) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, il-Parti B1 tidentifika l-kwoti tal-esportazzjoni miftuħa mill-Istati Uniti tal-Amerka, filwaqt li tindika l-kwantitajiet li l-operaturi tal-UE jistgħu jesportaw lejn l-Istati Uniti tal-Amerka skont dawk il-kwoti.

(8) Fis-6 ta’ Lulju 2021, l-Istati Uniti tal-Amerka ppubblikat il-kwantitajiet ġodda tal-kwoti tal-importazzjoni għall-ġobon, kif aġġustati wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, fir-Reġistru Uffiċjali tal-Istati Uniti. Għalhekk huwa meħtieġ li l-kwantitajiet għall-kwoti tariffarji jiġu emendati fl-Anness XIV.5, il-Parti B1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 qabel jinfetaħ il-perjodu tal-applikazzjoni fl-1 ta’ Settembru 2021.

(9) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan.

(10) Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi implimentata d-deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u l-emenda tiegħu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

B’deroga mir-regola dwar il-prova tal-oriġini għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera stabbilita fl-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-kwoti tariffarji skont in-numri tal-ordni 09.4410, 09.4411 u 09.4420, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu kwalunkwe evidenza alternattiva meħtieġa biex tagħti prova tal-oriġini tal-prodotti jekk l-operaturi ma jkunux jistgħu jipprovdu ċ-ċertifikat tal-oriġini msemmi fl-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament (UE) 2015/2447 matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Artikolu 2 Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

Fl-Anness XIV.5 tar-Regolament (UE) 2020/761, it-tabella stabbilita fil-Parti B1 hija sostitwita bit-tabella stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ġunju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS

L-identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerka Identifikazzjoni tal-kwota Kwantità annwali disponibbli Numru tal-grupp Deskrizzjoni tal-grupp kg (1) (2) (3) (4) (16) Mhux speċifikament previst (NSPF) 16-Tokyo 835712 16-Urugwaj 3168597 17 Ġobon tat-Tursina 17-Urugwaj 347095 18 Ġobon cheddar 18-Urugwaj 333480 20 Ġobon tal-boċċa/ġobon ta’ Guda 20-Urugwaj 1100000 21 Tip Taljan 21-Urugwaj 2025000 22 Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn 22-Tokyo 393006 22-Urugwaj 380000 25 Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn 25-Tokyo 4003172 25-Urugwaj 2420000

Versions

  1. 2021-08-26