Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1419 tal-24 ta’ Awwissu 2021 li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż f’konformità mal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Nagykunsági birspálinka)

In forceVersion 2021-08-24from 2021-09-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1419@2021-08-24/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1) F’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ungerija tat-18 ta’ Ottubru 2016 għar-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Nagykunsági birspálinka.

(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament imsemmi, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019.

(3) Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 17(6) ta’ dan ir-Regolament, u f’konformità mal-Artikolu 50(4), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) 2019/787.

(4) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(5) Għalhekk, huwa xieraq li l-indikazzjoni Nagykunsági birspálinka tiġi rreġistrata bħala Indikazzjoni Ġeografika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-indikazzjoni ġeografika Nagykunsági birspálinka hija b’dan irreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti lill-isem Nagykunsági birspálinka il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2021. Għall-Kummissjoni f’isem il-President Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2021-08-24