Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1435 tas-26 ta’ Awwissu 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1250 (EUTM RCA/1/2021)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1435@2021-08-26/mt
Contents
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
(1) Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.
(2) Fl-1 ta’ Settembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1250, li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Paulo Manuel SIMÕES DAS NEVES DE ABREU bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM RCA.
(3) Fis-7 ta’ Lulju 2021, l-awtoritajiet Militari Franċiżi pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Jacques LANGLADE DE MONTGROS biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Paulo Manuel SIMÕES DAS NEVES DE ABREU bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM RCA mill-14 ta’ Settembru 2021.
(4) Fid-19 ta’ Lulju 2021, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova din il-proposta.
(5) Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Jacques LANGLADE de MONTGROS. Barra minn hekk, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1250.
(6) F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Brigadier Ġeneral Jacques LANGLADE de MONTGROS huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mill-14 ta’ Settembru 2021.
Artikolu 2 Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1250 hija b’dan imħassra mill-14 ta’ Settembru 2021.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2021. Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Il-President S. From-Emmesberger