Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/143 tal-5 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/143@2021-02-05/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- It-Taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju f’konformità mal-Ftehim ad hoc tal-Kumitat Konġunt dwar talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta’ regoli rilevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-17 ta’ Diċembru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
(1) Il-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni u l-Vatikan (il-Ftehim) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.
(2) L-Artikolu 8(1) tal-Ftehim jirrekjedi li l-Vatikan jimplimenta l-atti u r-regoli ġuridiċi tal-Unjoni dwar il-karti u l-muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-frodi u tal-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament kemm ta’ flus kontanti kif ukoll mezzi oħra; ta’ medalji u tokens u rekwiżiti tar-rapportaġġ tal-istatistika. Dawk l-atti u r-regoli huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju.
(3) Jenħtieġ li l-Anness tal-Ftehim Monetarju jiġi emendat mill-Kummissjoni kull sena biex jitqiesu l-atti ġuridiċi u r-regoli l-ġodda rilevanti tal-Unjoni u l-emendi ta’ dawk eżistenti.
(4) Xi atti ġuridiċi u regoli tal-Unjoni ma għadhomx rilevanti u għalhekk jenħtieġ li jitħassru mill-Anness, filwaqt li xi atti ġuridiċi u regoli rilevanti oħra tal-Unjoni kienu adottati jew emendati u jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness.
(5) Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tal-Ftehim Monetarju jiġi emendat skont dan,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
ANNESS
Dispożizzjonijiet Legali li jridu jiġu implimentati L-iskadenza tal-implementazzjoni Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus 1 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1) 2 Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39) Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) 3 Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2017(3) 4 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73) Il-31 ta’ Diċembru 2017(3) Emendata bi: 5 Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43). Il-31 ta’ Marzu 2020(6) Issupplimentata bi: 6 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2017(5) 7 Emendat bi: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fir-rigward taż-żieda tal-Etjopja mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1) Il-31 ta’ Marzu 2019(6) 8 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-Tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4) Il-31 ta’ Marzu 2019(6) 9 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-Tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2020(7) 10 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 4) Il-31 ta’ Diċembru 2020(7) 11 Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6) Il-31 ta’ Diċembru 2021(7) 12 Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22) Il-31 ta’ Diċembru 2021(7) 13 Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122) Il-31 ta’ Diċembru 2023(8) Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar 14 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6) Il-31 ta’ Diċembru 2010 Emendat bi: 15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1) 16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2010 Emendat bi: 17 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5) 18 Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) 19 Id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (ĠU L 123, 10.5.2019, p. 18) Il-31 ta’ Diċembru 2021(7) Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro 20 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro Il-31 ta’ Diċembru 2010 21 Il-Linja gwida BĊE/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (2003/206/KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 004 p. 291-293). Il-31 ta’ Diċembru 2010 Emendata bi: 22 Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (2013/212/UE) (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43) Il-31 ta’ Diċembru 2014(1) 23 Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro 2010/597/UE) (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2012 Emendata bi: 24 Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (2012/507/UE) (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19) Il-31 ta’ Diċembru 2013(1) 25 Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2195 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/39) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 91) Il-31 ta’ Diċembru 2021(8) 26 Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2012 27 Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135) Il-31 ta’ Diċembru 2013(1) 28 Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (2013/211/UE) (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37) Il-31 ta’ Diċembru 2014(1) Emendata bi: 29 Id-Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, speċifikazzjonijiet, riproduzzjoni, skambju u rtirar ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/9) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 6) Il-31 ta’ Diċembru 2020(7) 30 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni) (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2013(2)
It-Taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju f’konformità mal-Ftehim ad hoc tal-Kumitat Konġunt dwar talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta’ regoli rilevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)
Il-partijiet rilevanti tal-istrumenti legali li ġejjin L-iskadenza tal-implementazzjoni 31 Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) Emendata bi: 32 Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28) 33 Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16) 34 Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1) 35 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). Il-31 ta’ Diċembru 2017(2) 36 Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) u l-miżuri ta’ livell 2 relatati, kif xieraq Il-31 ta’ Diċembru 2017(2) Emendat bi: 37 Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta’ ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27) It-30 ta’ Ġunju 2019(6) 38 Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1). Il-31 ta’ Marzu 2020(6) 39 Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4) Il-31 ta’ Diċembru 2020(7) 40 Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1). Il-31 ta’ Diċembru 2023(8) 41 Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1) u l-miżuri relatati tal-livell 2 kif xieraq It-30 ta’ Settembru 2018(4) Emendat bi: 42 Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1) It-30 ta’ Settembru 2018(5) 43 Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179) It-30 ta’ Settembru 2018(4) Il-leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika 44 Il-Linja gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (2014/3/UE) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34) Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) Emendata bi: 45 Il-Linja gwida (UE) 2016/66 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Linja gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 36) Il-31 ta’ Marzu 2017(4) 46 Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) Emendat bi: 47 Ir-Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (BĊE/2014/51)(ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77) 48 Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51) Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) Emendat bi: 49 Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14) 50 Il-Linja gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (riformulazzjoni) (2014/810/UE) (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) Emendata bi: 51 Il-Linja gwida (UE) 2015/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2014 li temenda l-Linja gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43) (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82) 52 Il-Linja gwida (UE) 2016/450 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Linja gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2015/44) (ĠU L 86, 1.4.2016, p. 42) Il-31 ta’ Marzu 2017(4) 53 Il-Linja gwida (UE) 2017/148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2016/45) (ĠU L 26, 31.1.2017, p. 1) L-1 ta’ Novembru 2017(5) 54 Il-Linja Gwida (UE) 2018/877 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2018/17) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 22) L-1 ta’ Ottubru 2019(6) 55 Il-Linja Gwida (UE) 2019/1386 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2019/18) (ĠU L 232, 6.9.2019, p. 1) Il-31 ta’ Diċembru 2020(8) ___________ Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2013. Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2014. Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2015. Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2016. Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2017. Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2018. Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2019. Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2020.