Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1688 tas-20 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 rigward il-listi ta’ pjanti ospitanti u pjanti speċifikati, u t-testijiet għall-identifikazzjoni ta’ Xylella fastidiosa

In forceVersion 2021-09-20from 2021-10-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1688@2021-09-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. ANNEX
  5. ANNESS I
  6. ANNESS II
  7. Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi fastidiosa
  8. Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi multiplex
  9. Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi pauca
  10. ANNESS III
  11. ANNESS IV Testjiet għall-identifikazzjoni tal-Xylella fastidiosa u s-sottospeċijiet tagħha
  12. A.
  13. B.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 ilu japplika minn Awwissu tal-2020 bil-għan li jipprevjeni l-introduzzjoni u aktar tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (il-pest speċifikat).

(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 fih dispożizzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni. Dik id-dispożizzjoni tirreferi għall-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit f’konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE. Fil-qafas il-ġdid għall-kontrolli uffiċjali stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 stabbilixxa regoli ġodda għall-kontrolli uffiċjali li jitwettqu fil-punti ta’ kontroll li mhumiex postijiet tal-kontroll mal-fruntiera. Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2123 ħassar id-Direttiva 2004/103/KE b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk jixraq li r-referenza għal dik id-Direttiva tiġi sostitwita b’referenza għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123.

(3) Fit-23 ta’ Ġunju 2021, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel aġġornat il-bażi tad-data tal-pjanti ospitanti li huma suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa (Wells et al.). Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 jiġu emendati skont dan.

(4) Għall-finijiet tat-trasparenza u taċ-ċarezza, jixraq li għal kull wieħed mit-testijiet elenkati fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, jiġi indikat l-Identifikatur tal-Oġġett Diġitali (DOI) li jippermetti l-aċċess dirett għall-artikli xjentifiċi li jiddeskrivu lil dawk it-testijiet.

(5) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 jiġi emendat skont dan.

(6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

1. Kull kunsinna ta’ pjanti ospitanti introdotti fl-Unjoni minn pajjiż terz għandha tiġi kkontrollata uffiċjalment fil-post ta’ kontroll mal-fruntiera tal-ewwel dħul fl-Unjoni jew f’post ta’ kontroll fil-każijiet u fil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123.

(2) L-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(3) L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(4) L-Anness IV huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-20 ta’ Settembru 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ANNESS I Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal sottospeċi waħda jew aktar tal-pest speċifikat (pjanti ospitanti)

Acacia Acer Adenocarpus lainzii Albizia julibrissin Durazz. Alnus rhombifolia Nutt. Amaranthus retroflexus L. Ambrosia Ampelopsis arborea (L.) Koehne Ampelopsis brevipedunculata (Maxim.) Trautv. Ampelopsis cordata Michx. Anthyllis hermanniae L. Artemisia Asparagus acutifolius L. Athyrium filix-femina Baccharis Brassica Calicotome spinosa (L.) Link Calicotome villosa (Poiret) Link Callicarpa americana L. Callistemon citrinus (Curtis) Skeels Calluna vulgaris (L.) Hull Carya Catharanthus roseus Celtis occidentalis L. Cercis canadensis L. Cercis occidentalis Torr. Cercis siliquastrum L. Chamaecrista fasciculata (Michx.) Greene Chenopodium album L. Chionanthus Chitalpa tashkentensis T. S. Elias & Wisura Cistus Citrus Clematis cirrhosa L. Coelorachis cylindrica (Michx.) Nash Coffea Conium maculatum L. Convolvulus cneorum L. Coprosma repens A.Rich. Coronilla Cyperus eragrostis Lam. Cytisus Digitaria Diospyros kaki L.f. Diplocyclos palmatus (L.) C.Jeffrey Dodonaea viscosa (L.) Jacq. Echium plantagineum Elaeagnus angustifolia L. Encelia farinosa A. Gray ex Torr. Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller. Erigeron Erodium moschatum (L.) L'Hérit. Ibridi tal-Erysimum Euphorbia chamaesyce L. Euphorbia terracina L. Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord Euryops pectinatus (L.) Cass. Fagus crenata Blume Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr. Fatsia japonica (Thunb.) Decne. & Planch. Ficus carica L. Fortunella Frangula alnus Mill. Fraxinus Genista Ginkgo biloba L. Gleditsia triacanthos L. Grevillea juniperina Br. Hebe Helianthus Helichrysum Heliotropium europaeum L. Hemerocallis Hevea brasiliensis (Willd. ex A.Juss.) Müll.Arg. Hibiscus Humulus scandens (Lour.) Merr. Ilex aquifolium L. Ilex vomitoria Sol. ex Aiton Iva annua L. Jacaranda mimosifolia D. Don Juglans Juniperus ashei J. Buchholz Koelreuteria bipinnata Franch. Lagerstroemia Laurus nobilis L. Lavandula Lavatera cretica Ligustrum lucidum L. Liquidambar styraciflua L. Lonicera implexa Lonicera japonica Thunb. Lupinus aridorum Lupinus villosus Magnolia grandiflora L. Mallotus paniculatus (Lam.) Müll.Arg. Medicago arborea L. Medicago sativa L. Metrosideros Mimosa Modiola caroliniana (L.) G. Don Morus Myoporum insulare R. Br. Myrtus communis L. Nandina domestica Murray Neptunia lutea (Leavenw.) Benth. Nerium oleander L. Olea Osteospermum ecklonis DC. Osteospermum fruticosum (L.) Norl. Parthenocissus quinquefolia (L.) Planch. Paspalum dilatatum Poir. Pelargonium Perovskia abrotanoides Persea americana Mill. Phagnalon saxatile (L.) Cass. Phillyrea angustifolia L. Phillyrea latifolia L. Phlomis fruticosa L. Phoenix Pinus taeda L. Pistacia vera L. Plantago lanceolata L. Platanus Pluchea odorata (L.) Cass. Polygala grandiflora Polygala myrtifolia L. Prunus Psidium Pteridium aquilinum Pyrus Quercus Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl. Rhamnus Rhus Robinia pseudoacacia L. Rosa Rosmarinus Rubus Ruta chalapensis Salvia mellifera Greene Salvia officinalis Salvia rosmarinus Sambucus Santolina chamaecyparissus L. Santolina magonica Sapindus saponaria L. Sassafras Setaria magna Griseb. Solidago fistulosa Mill. Solidago virgaurea L. Sorghum halepense (L.) Pers. Spartium Stewartia pseudocamellia Strelitzia reginae Aiton Streptocarpus Symphyotrichum divaricatum (Nutt.) G.L.Nesom Teucrium capitatum L. Trifolium repens L. Ulex Ulmus Vaccinium Vinca Vitis Westringia fruticosa (Willd.) Druce Westringia glabra R.Br. Xanthium strumarium L.

ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ANNESS II Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal sottospeċijiet speċifiċi tal-pest speċifikat (pjanti speċifikati)

Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi fastidiosa

Acer Ambrosia artemisiifolia L. Calicotome spinosa (L.) Link Cercis occidentalis Torr. Cistus monspeliensis L. Citrus sinensis (L.) Osbeck Coffea Erysimum Genista lucida L. Juglans regia L. Lupinus aridorum Magnolia grandiflora L. Medicago sativa L. Metrosideros Morus Nerium oleander L. Pluchea odorata (L.) Cass. Polygala myrtifolia L. Psidium Prunus Rhamnus alaternus L. Salvia rosmarinum Rubus rigidus Sm. Rubus ursinus Cham. & Schldl. Ruta chalapensis Sambucus Spartium junceum L. Streptocarpus Teucrium capitatum L. Ulmus americana L. Vaccinium corymbosum Vinca Vitis

Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi multiplex

Acacia Acer griseum (Franch.) Pax Acer pseudoplatanus L. Acer rubrum L. Adenocarpus lainzii Alnus rhombifolia Nutt. Ambrosia Ampelopsis cordata Michx. Anthyllis hermanniae L. Artemisia Athyrium filix-femina Asparagus acutifolius L. Baccharis halimifolia L. Calicotome spinosa (L.) Link Calicotome villosa (Poir.) Link Callistemon citrinus (Curtis) Skeels Calluna vulgaris (L.) Hull Carya Celtis occidentalis L. Cercis canadensis L. Cercis occidentalis Torr. Cercis siliquastrum L. Chionanthus Cistus Clematis cirrhosa L. Convolvulus cneorum L. Coprosma repens A. Rich. Coronilla Cytisus Dodonaea viscosa (L.) Jacq. Echium plantagineum Elaeagnus angustifolia L. Encelia farinosa Gray ex Torr. Erigeron Erodium moschatum Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord. Euryops pectinatus (L.) Cass. Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr. Ficus carica L. Frangula alnus Mill. Fraxinus Genista Ginkgo biloba L. Gleditsia triacanthos L. Grevillea juniperina Br. Hebe Helianthus Helichrysum Hibiscus syriacus Ilex aquifolium L. Iva annua L. Koelreuteria bipinnata Franch. Lagerstroemia Laurus nobilis L. Lavandula Lavatera cretica Liquidambar styraciflua L. Lonicera Lupinus aridorum Lupinus villosus Willd. Magnolia grandiflora L. Medicago arborea L. Medicago sativa L. Metrosideros Myrtus communis L. Nerium oleander Olea Osteospermum ecklonis (DC.) Norl. Pelargonium Perovskia abrotanoides Phagnalon saxatile (L.) Cass. Phillyrea angustifolia L. Phillyrea latifolia Phlomis fruticosa L. Pistacia vera L. Plantago lanceolata L. Platanus Polygala myrtifolia L. Polygala grandiflora Prunus Pteridium aquilinum Quercus Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl. Rhamnus Robinia pseudoacacia L. Rosa Rosmarinus Rubus Salvia mellifera Greene Salvia officinalis Salvia rosmarinus Sambucus Santolina chamaecyparissus L. Santolina magonica Sapindus saponaria L. Solidago virgaurea L. Spartium Strelitzia reginae Aiton Ulex Ulmus Vaccinium Vinca Westringia fruticosa Guerin. Xanthium strumarium L.

Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi pauca

Acacia Amaranthus retroflexus L. Asparagus acutifolius L. Catharanthus roseus (L.) G. Don Chenopodium album L. Cistus albidus L. Cistus creticus L. Citrus Coffea Dodonaea viscosa (L.) Jacq. Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller. Erigeron Euphorbia chamaesyce L. Euphorbia terracina L. Grevillea juniperina Br. Hebe Heliotropium europaeum L. Hibiscus Laurus nobilis L. Lavandula Myoporum insulare Br. Myrtus communis L. Nerium oleander L. Olea europaea L. Osteospermum fruticosum (L.) Norl. Pelargonium Phillyrea latifolia L. Pistachia vera Polygala myrtifolia L. Prunus Rhamnus alaternus L. Spartium junceum L. Ulmus parviflorus Vinca minor L. Westringia fruticosa (Willd.) Druce Westringia glabra Br.

ANNESS III

L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ANNESS IV Testjiet għall-identifikazzjoni tal-Xylella fastidiosa u s-sottospeċijiet tagħha

A.

Testijiet għall-iskrinjar u l-identifikazzjoni tal-presenza tal-Xylella fastidiosa

1. PCR f’ħin reali abbażi ta’ Harper et al., 2010 (u erratum 2013);

2. Amplifikazzjoni isotermika medjata minn loops (LAMP) abbażi ta’ primers żviluppati minn Harper et al. 2010 (u erratum 2013);

3. PCR f’ħin reali abbażi ta’ Ouyang et al., 2013

4. PCR konvenzjonali abbażi ta’ Minsavage et al. 1994

B.

Testijiet molekulari għall-identifikazzjoni tas-sottospeċijiet tal-Xylella fastidiosa

1. Tipizzazzjoni sekwenzjali multilokus (MLST) abbażi ta’ Yuan et al., 2010 li jiddetermina s-sottospeċijiet kollha;

2. PCR konvenzjonali abbażi ta’ Hernandez-Martinez et al., 2006 li jiddetermina s-sottospeċijiet fastidiosa, multiplex u sandyi;

3. PCR konvenzjonali abbażi ta’ Pooler u Hartung 1995 li jiddetermina s-sottospeċi pauca.

Versions

  1. 2021-09-20