Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1899 tal-25 ta’ Ottubru 2021 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Fertőd vidéki sárgarépa (IĠP))
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1899@2021-10-25/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ungerija għar-reġistrazzjoni tal-isem Fertőd vidéki sárgarépa ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għalhekk jenħtieġ li l-isem Fertőd vidéki sárgarépa jiġi rreġistrat,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-isem Fertőd vidéki sárgarépa (IĠP) huwa rreġistrat. L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2021. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni