Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1961 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex iqis l-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2017, l-2018 u l-2019 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2021-08-05from 2021-12-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1961@2021-08-05/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1) Jenħtieġ li l-valur M0 għas-snin 2022, 2023 u 2024 imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 14(1) jiġi stabbilit abbażi tal-massa medja fi stat operattiv tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha rreġistrati fl-Unjoni fl-2017, 2018 u 2019.

(2) Abbażi tal-valuri speċifikati fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/582, (UE) 2020/1035 u (UE) 2021/973, ponderati skont l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda f’kull waħda minn dawk is-snin, il-massa medja fi stat operattiv ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-snin kalendarji 2017, 2018 u 2019 kienet ta’ 1398,50 kg.

(3) Għaldaqstant, jenħtieġ li l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024 jiġu kkalkulati f’konformità mal-formula stabbilita fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631, li juża l-valur 1398,50 tal-M0.

(4) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631, l-entrata M0 hija sostitwita b’dan li ġej: M0 hija 1379,88 fl-2021 u 1398,50 fl-2022, 2023 u 2024.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2021-08-05