Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1966 tal-11 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1966@2021-11-11/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran.
(2) Il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi li jinsabu fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu estiżi sat-12 ta’ Novembru 2022 u l-entrati fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġu aġġornati.
(3) Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1)
Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-12 ta’ Novembru 2022 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.;
(2) L-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2021. Għall-Kunsill Il-President Z. Počivalšek
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894, l-entrati 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: Isem Informazzjoni ta’ identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Mehmet Ferruh AKALIN Data tat-twelid: 9.12.1960 Numru tal-passaport jew tal-karta tal-identità: 13571379758 Nazzjonalità: Torka Ġeneru: maskil Mehmet Ferruh Akalın huwa Viċi President (Assistant General Manager) u membru tal-Bord tad-Diretturi tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). Huwa l-kap tad-Dipartiment tal-Esplorazzjoni tat-TPAO. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tat-TPAO u kap tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tagħha, Mehmet Ferruh Akalın huwa responsabbli għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawk jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO li ma ġiex awtorizzat mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt. Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn: 27.2.2020 2. Ali Coscun NAMOGLU Data tat-twelid: 27.11.1956 Numru tal-passaport jew tal-karta tal-identità: 11096919534 Nazzjonalità: Torka Ġeneru: maskil Ali Coscun Namoglu huwa l-Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). F’dik il-kapaċità, Ali Coscun Namoglu huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawk jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO, li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt. Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn: 27.2.2020
(a) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz fil-baħar territorjali tar-Repubblika ta’ Ċipru bejn Lulju u Settembru 2019;
(b) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, bejn Ottubru 2019 u Jannar 2020;
(c) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, kif ukoll fi ftehim mal-Iżrael, bejn Jannar u April 2020;
(d) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, bejn April u Ottubru 2020;
(e) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Fatih f’parti miż-żona ekonomika esklużiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti, qrib ħafna għall-baħar territorjali tagħha, bejn Novembru 2019 u Jannar 2020;
(f) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Fatih f’parti tal-punent taż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti, bejn Mejju u Novembru 2019.
(a) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz fil-baħar territorjali tar-Repubblika ta’ Ċipru bejn Lulju u Settembru 2019;
(b) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, bejn Ottubru 2019 u Jannar 2020;
(c) il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, kif ukoll fi ftehim mal-Iżrael, bejn Jannar 2020 u April 2020;