Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1983 tal-15 ta’ Novembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

In forceVersion 2021-11-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/1983@2021-11-15/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2) Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqies t-tibdil reċenti fil-Gvern Sirjan, jenħtieġ li jiżdiedu erba’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. L-informazzjoni relatata ma’ ħames persuni diġà elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021. Għall-Kunsill Il-President J. Borrell Fontelles

ANNEX

ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni): Isem Informazzjoni ta’ identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 312. Amr SALEM (عمرو سالم) Data tat-twelid: Jannar 1958; Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja; Sess: raġel Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Maħtur f’Awwissu 2021. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 15.11.2021 313. Boutros AL-HALLAQ (بطرس الحلاق) Post tat-twelid: Il-kampanja ta’ Damasku, is-Sirja; Sess: raġel Ministru għall-Informazzjoni. Maħtur f’Awwissu 2021. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 15.11.2021 314. Mohammad SEIFEDDINE (magħruf ukoll bħala Seif Eddin, Seif El Din) (محمد سيف الدين) Sess: raġel Ministru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Maħtur f’Awwissu 2021. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 15.11.2021 315. Diala BARAKAT (ديالا بركات) Data tat-twelid: 1980; Sess: mara Ministru tal-Istat. Maħtura f’Awwissu 2021. Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 15.11.2021

(2) Fit-Taqsima A (Persuni), l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej: Isem Informazzjoni ta’ identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 167. Dr. Jassem Mohammad ZAKARIA (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed, Jasem) Data tat-twelid: 1968 Sess: raġel; Eks Ministru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 16.10.2012 229. Abdullah ABDULLAH (عبدالله عبدالله) Data tat-twelid: 1956; Sess: raġel Ministru tal-Istat. Maħtur f’Awwissu 2021. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 14.11.2016 259. Imad Abdullah SARA (عماد عبدالله صارة) Data tat-twelid: 1968; Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja; Sess: raġel Eks Ministru għall-Informazzjoni. Maħtur f’Jannar 2018. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 26.2.2018 296. Talal AL-BARAZI (magħruf ukoll bħala Barazi) (طلال البرازي) Data tat-twelid: 1963; Post tat-twelid: Il-belt ta’ Hama, is-Sirja; Sess: raġel Eks Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 16.10.2020 309. Malloul (magħruf ukoll bħala Maloul) HUSSEIN (magħruf ukoll bħala AL-HUSSEIN) (ملول حسين) Data tat-twelid: 1950; Post tat-twelid: Il-Governorat ta’ Al-Hasakah, is-Sirja; Sess: raġel Eks Ministru tal-Istat. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. 6.11.2020

Versions

  1. 2021-11-15