Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2138 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 b’appoġġ għal politiki, programmi u azzjonijiet li jintegraw il-perspettiva tal-ġeneri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi ta’ kalibru żgħir u l-użu ħażin tagħhom, f’konformità mal-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà

In forceVersion 2021-12-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/2138@2021-12-02/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fis-17 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011.

(2) Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3) L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm talab estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 b’seba’ xhur, sal-31 ta’ Ottubru 2022, fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett skont id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

(4) Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 sal-31 ta’ Ottubru 2022 tista’ titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5) Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2022..

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021. Għall-Kunsill Il-President J. Vrtovec

Versions

  1. 2021-12-02