Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2265 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 684/2009 fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ produtturi żgħar indipendenti ċertifikati u awtoċertifikati ta’ xorb alkoħoliku fid-dokument amministrattiv elettroniku

In forceVersion 2021-12-17from 2022-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/2265@2021-12-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2266 jistabbilixxi l-formola għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 23a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE li għandu jiġi pprovdut mill-Istati Membri lil produtturi żgħar indipendenti ta’ xorb alkoħoliku. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-referenzi li għandhom isiru minn dawk il-produtturi fid-dokument amministrattiv għall-moviment ta’ xorb alkoħoliku skont il-Kapitoli IV u V tad-Direttiva 2008/118/KE.

(2) L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 jistabbilixxu l-istruttura u l-kontenut tal-messaġġi elettroniċi użati għall-iskop tal-movimenti tal-prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, kif ukoll l-elementi tad-data meħtieġa għat-tlestija ta’ ċerti elementi ta’ data f’dawk il-messaġġi.

(3) Sabiex jiġu koperti l-produtturi żgħar indipendenti ċertifikati u awtoċertifikati huwa meħtieġ li tiġi emendata l-ispjegazzjoni għall-elementi tad-data l u n tal-grupp tad-data 17 użati għad-dokument amministrattiv elettroniku għall-moviment ta’ xorb alkoħoliku taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa.

(4) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 684/2009 jiġi emendat skont dan.

(5) Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għall-1 ta’ Jannar 2022 sabiex tiġi allinjata mal-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali promulgati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/1151.

(6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 It-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 hija emendata kif ġej:

Artikolu 1

(1) fir-ringiela għall-element tad-data l tal-grupp tad-data 17, il-punti 3 u 4 fil-kolonna F jinbidlu b’dan li ġej:

(1)

3. Għax-xorb alkoħoliku prodott minn produtturi żgħar indipendenti awtoċertifikati, id-dikjarazzjoni dwar l-istatus tal-operatur f’konformità mal-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2021/2266* għandha tiżdied meta jkun maħsub li tintalab rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

4. Għax-xorb alkoħoliku prodott minn produtturi żgħar indipendenti ċċertifikati, id-dikjarazzjoni dwar it-tip ta’ xorb alkoħoliku awtorizzat fiċ-ċertifikat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2021/2266 għandha tiżdied meta jkun maħsub li tintalab rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2021/2266 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u l-awtoċertifikazzjoni ta’ produtturi żgħar indipendenti ta’ xorb alkoħoliku għall-iskop tad-dazju tas-sisa (ĠU L 26).;

(2) fir-ringiela għall-element tad-data n tal-grupp tad-data 17, it-test fil-kolonna F huwa sostitwit b’dan li ġej: Għax-xorb alkoħoliku prodott minn produtturi żgħar indipendenti awtoċertifikati, il-kwantità tal-produzzjoni annwali f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2021/2266 għandha tiġi pprovduta f’każ li jkun maħsub li tintalab rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Il-valur ta’ dan l-element tad-data għandu jkun akbar minn żero..

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2021-12-17