Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2273 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-prodotti bil-lejżer, għas-sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli, għas-sistemi u t-tagħmir ta’ konvertituri tal-enerġija, għal-luminarji, għall-kommutaturi u t-tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx, għas-sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS) u għal ċertu tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/2273@2021-12-20/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.
(2) Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI.
(3) Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-202:2021 għall-attwaturi tal-valv li jaħdmu bl-elettriku u EN IEC 61010-2-130:2021 għal tagħmir maħsub biex jintuża fi stabbilimenti edukattivi mit-tfal.
(4) Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew u emendaw dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02): EN 60335-2-43:2003; EN 60335-2-43:2003/A1:2006 u EN 60335-2-43:2003/A2:2008; EN 60320-2-4:2006 u EN 60320-2-4:2006/A1:2009; EN 60598-2-23:1996, EN 60598-2-23:1996/A1:2000 u EN 60598-2-23:1996/AC:1997; EN 60947-3:2009, EN 60947-3:2009/A1:2012 u EN 60947-3:2009/A2:2015; EN 60947-4-1:2010 u EN 60947-4-1:2010/A1:2012; EN 62040-1:2008, EN 62040-1:2008/A1:2013 u EN 62040-1:2008/AC:2009; EN 60838-1:2004, EN 60838-1:2004/A1:2008, u EN 60838-1:2004/A2:2011; EN 60335-2-21:2003, EN 60335-2-21:2003/A1:2005, EN 60335-2-21:2003/A2:2008, EN 60335-2-21:2003/AC:2007, u EN 60335-2-21:2003/AC:2010; EN 60670-1:2005, EN 60670-1:2005/A1:2013, EN 60670-1:2005/AC:2010, u EN 60670-1:2005/AC:2007; EN 60947-5-8:2006; EN 60974-11:2010; EN 60974-13:2011.
(5) Dan irriżulta fl-adozzjoni, rispettivament, tal-istandards armonizzati u l-emendi li ġejjin u ta’ korrezzjoni: EN IEC 60335-2-43:2020 u EN IEC 60335-2-43:2020/A11:2020 għal apparati għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għal vireg biex magħhom jiddendlu x-xugamani; EN IEC 60320-2-4:2021 għal konnetturi għal apparati li jiddependu mill-piż tal-apparat biex joperaw; EN IEC 60598-2-23:2021 għal sistemi ta’ tidwil b’vultaġġ baxx ħafna iżjed min-normal; EN IEC 60947-3:2021 għal swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis; EN IEC 60947-4-1:2019 u EN IEC 60947-4-1:2019/AC:2020-05 għal kuntatturi u starters tal-muturi elettromekkaniċi; EN IEC 62040-1:2019 u EN IEC 62040-1:2019/A11:2021 għal sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS); EN 60838-1:2017, EN 60838-1:2017/A1:2017, EN 60838-1:2017/A2:2021 u EN 60838-1:2017/A11:2021 għal ħowlders tal-bozoz ta’ kull xorta; EN 60335-2-21:2021 għal ħiters tal-ilma b’akkumulu; EN IEC 60670-1:2021 u EN IEC 60670-1:2021/A11:2021 għal kaxex u għeluq għal aċċessorji elettriċi għall-installazzjonijiet elettriċi f’unità domestika u installazzjonijiet elettriċi fissi simili; EN IEC 60947-5-8:2021 għal kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx; EN IEC 60974-11:2021 għal ħowlders tal-elettrodi; EN IEC 60974-13:2021 għall-klamp tar-ritorn tal-kurrent tal-iwweldjar.
(6) Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146: EN 60335-2-5:2015 għal magni tal-ħasil tal-platti kif emendat b’EN 60335-2-5:2015/A11:2019; EN 60335-1:2012 għal apparati elettrodomestiċi u apparati simili kif emendat b’EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60335-2-5:2015/A1:2020, EN 60335-1:2012/A15:2021. Barra minn hekk, is-CEN u s-Cenelec emendaw l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1015: EN 60335-2-17:2013 għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili, kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-17:2013/A1:2020. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat emendatorju EN 60335-2-17:2013/A2:2021.
(7) Is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni 2018/C 326/02: EN 60825-1:2014 għas-sikurezza ta’ prodotti bil-lejżer; EN 61800-5-1:2007 għal sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli; EN 62477-1:2012 għal sistemi u tagħmir ta’ konverżjoni tal-enerġija elettroniċi kif emendat b’EN 62477-1:2012/A11:2014; EN 60335-2-73:2003 għal ħiters ta’ immersjoni fissi kif emendat b’EN 60335-2-73:2003/A1:2006 u EN 60335-2-73:2003/A2:2009; EN 61995-1:2008 għal apparati għall-konnessjoni ta’ luminarji għal skopijiet domestiċi u skopijiet simili; EN 62423:2012 għal interrutturi taċ-ċirkwit differenzjali ta’ tip F u tip B, EN 60400:2017 għal ħowlders għal lampi fluworexxenti tubulari u ħowlders ta’ starters. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60825-1:2014/A11:2021; EN 61800-5-1:2007/A1:2017 u EN 61800-5-1:2007/A11:2021; EN 62477-1:2012/A1:2017 u EN 62477-1:2012/A12:2021; EN 60335-2-73:2003/A11:2021; EN 61995-1:2008/A1:2017 u EN 61995-1:2008/A11:2021; EN 62423:2012/A11:2021, EN 60400:2017/A1:2021.
(8) Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi u l-korrezzjonijiet għalihom jikkonformawx mat-talba M/511.
(9) L-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-202:2021; EN IEC 61010-2-130:2021; EN IEC 60335-2-43:2020 kif emendat b’EN IEC 60335-2-43:2020/A11:2020; EN IEC 60320-2-4:2021; EN IEC 60598-2-23:2021; EN IEC 60947-3:2021; EN IEC 60947-4-1:2019 kif ikkoreġut b’EN IEC 60947-4-1:2019/AC:2020-05; EN IEC 62040-1:2019 kif emendat b’EN IEC 62040-1:2019/A11:2021; EN 60838-1:2017 kif emendat b’EN 60838-1:2017/A1:2017, EN 60838-1:2017/A2:2021, u EN 60838-1:2017/A11:2021; EN 60335-2-21:2021; EN IEC 60670-1:2021 kif emendat b’EN IEC 60670-1:2021/A11:2021; EN IEC 60947-5-8:2021; EN IEC 60974-11:2021; EN IEC 60974-13:2021; EN 60335-2-5:2015 kif emendat b’EN 60335-2-5:2015/A11:2019, u EN 60335-2-5:2015/A1:2020; EN 60335-1:2012 kif emendat u kkoreġut b’EN 60335-1:2012/AC:2014, EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019, u EN 60335-1:2012/A15:2021; EN 60335-2-17:2013 kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-17:2013/A1:2020, u EN 60335-2-17:2013/A2:2021; EN 60825-1:2014 kif emendat b’EN 60825-1:2014/A11:2021; EN 61800-5-1:2007 kif emendat b’EN 61800-5-1:2007/A1:2017 u EN 61800-5-1:2007/A11:2021; EN 62477-1:2012 kif emendat b’EN 62477-1:2012/A1:2017 u EN 62477-1:2012/A12:2021; EN 60335-2-73:2003 kif emendat b’EN 60335-2-73:2003/A1:2006, EN 60335-2-73:2003/A2:2009, u EN 60335-2-73:2003/A11:2021; EN 61995-1:2008 kif emendat b’EN 61995-1:2008/A1:2017 u EN 61995-1:2008/A11:2021; EN 62423:2012 kif emendat b’EN 62423:2012/A11:2021; EN 60400:2017 kif emendat b’EN 60400:2017/A1:2021 jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni rilevanti għalihom.
(10) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tipprevedi fl-Anness I tagħha, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi f’dak l-Anness.
(11) Għalhekk jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. EN 60335-2-43:2003; EN 60320-2-4:2006; EN 60598-2-23:1996; EN 60947-3:2009; EN 60947-4-1:2010; EN 62040-1:2008; EN 60838-1:2004; EN 60335-2-21:2003; EN 60670-1:2005; EN 60947-5-8:2006; EN 60974-11:2010; EN 60974-13:2011; EN 60825-1:2014; EN 61800-5-1:2007; EN 62477-1:2012; EN 60335-2-73:2003; EN 61995-1:2008; EN 62423:2012; EN 60400:2017.
(12) L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.
(13) Jeħtieġ li jiġu rtirati wkoll ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-1:2012, EN 60335-2-5:2015 u EN 60335-2-17:2013, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew ikkoreġuti jew emendati. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1956.
(14) Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 60335-2-43:2020 kif emendati b’EN IEC 60335-2-43:2020/A11:2020; EN IEC 60320-2-4:2021; EN IEC 60598-2-23:2021; EN IEC 60947-3:2021; EN IEC 60947-4-1:2019 kif ikkoreġut b’EN IEC 60947-4-1:2019/AC:2020-05; EN IEC 62040-1:2019 kif emendat b’EN IEC 62040-1:2019/A11:2021; EN 60838-1:2017 kif emendat b’EN 60838-1:2017/A1:2017, EN 60838-1:2017/A2:2021 u EN 60838-1:2017/A11:2021; EN 60335-2-21:2021; EN IEC 60670-1:2021 kif emendat b’EN IEC 60670-1:2021/A11:2021; EN IEC 60947-5-8:2021; EN IEC 60974-11:2021; EN IEC 60974-13:2021; EN 60335-2-5:2015 u EN 60335-2-5:2015/A11:2019 kif emendati b’EN 60335-2-5:2015/A1:2020; EN 60335-1:2012 kif emendat u kkoreġut b’EN 60335-1:2012/AC:2014, EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019, u EN 60335-1:2012/A15:2021; EN 60335-2-17:2013 kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-17:2013/A1:2020, u EN 60335-2-17:2013/A2:2021; EN 60825-1:2014 kif emendat b’EN 60825-1:2014/A11:2021; EN 61800-5-1:2007 kif emendat b’EN 61800-5-1:2007/A1:2017 u EN 61800-5-1:2007/A11:2021; EN 62477-1:2012 u EN 62477-1:2012/A11:2014 kif emendati b’EN 62477-1:2012/A1:2017 u EN 62477-1:2012/A12:2021; EN 60335-2-73:2003 kif emendat b’EN 60335-2-73:2003/A1:2006, EN 60335-2-73:2003/A2:2009, u EN 60335-2-73:2003/A11:2021; EN 61995-1:2008 kif emendat b’EN 61995-1:2008/A1:2017 u EN 61995-1:2008/A11:2021; EN 62423:2012 kif emendat b’EN 62423:2012/A11:2021; EN 60400:2017 kif emendat b’EN 60400:2017/A1:2021, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin jiġi differit flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni: EN 60335-2-43:2003; EN 60320-2-4:2006; EN 60598-2-23:1996; EN 60947-3:2009; EN 60947-4-1:2010; EN 62040-1:2008; EN 60838-1:2004; EN 60335-2-21:2003; EN 60670-1:2005; EN 60947-5-8:2006; EN 60974-11:2010; u EN 60974-13:2011; EN 60335-2-5:2015; EN 60335-1:2012; EN 60335-2-17:2013; EN 60825-1:2014; EN 61800-5-1:2007; EN 62477-1:2012; EN 60335-2-73:2003; EN 61995-1:2008; EN 62423:2012; EN 60400:2017.
(15) Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan.
(16) Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-punti (1), (3) u (5) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-21 ta’ Ġunju 2023.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:
(1) titħassar ir-ringiela 2a
(2) tiddaħħal ir-ringiela 2b li ġejja: 2b. EN 60335-1:2012 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 60335-1:2010 (Modifikat) EN 60335-1:2012/A11:2014 EN 60335-1:2012/A13:2017 EN 60335-1:2012/A1:2019 EN 60335-1:2012/A2:2019 EN 60335-1:2012/A14:2019 EN 60335-1:2012/A15:2021
(3) titħassar ir-ringiela 29;
(4) tiddaħħal ir-ringiela 29a li ġejja: 29a. EN 60335-2-5:2015 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-5: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-platti EN 60335-2-5:2015/A11:2019 EN 60335-2-5:2015/A1:2020
(5) titħassar ir-ringiela 33a
(6) tiddaħħal ir-ringiela 33b li ġejja: 33b. EN 60335-2-17:2013 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili EN 60335-2-17:2013/A11:2019 EN 60335-2-17:2013/A1:2020 EN 60335-2-17:2013/A2:2021
(7) jiżdiedu r-ringieli li ġejjin: Nru Referenza tal-istandard 80. EN IEC 61010-2-202:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-202: Rekwiziti partikolari ghal attwaturi tal-valv li jaħdmu bl-elettriku 81. EN IEC 60335-2-43:2020 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-43: Rekwiżiti partikolari għal apparati għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għal vireg biex magħhom jiddendlu x-xugamani EN IEC 60335-2-43:2020/A11:2020 82. EN IEC 60320-2-4:2021 Konnetturi għal apparati li jintużaw fid-dar u skopijiet ġenerali simili — Parti 2-4: Konnetturi għal apparati li jiddependu mill-piż tal-apparat biex joperaw 83. EN IEC 60598-2-23:2021 Luminarji — Parti 2-23: Rekwiżiti partikolari - sistemi ta’ tidwil b’vultaġġ baxx ħafna iżjed min-normal għal sorsi tad-dawl ELV 84. EN IEC 60947-3:2021 Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 3: Swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis 85. EN IEC 60947-4-1:2019 Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 4-1: Kuntatturi u starters tal-muturi - Kuntatturi u starters tal-muturi elettromekkaniċi EN IEC 60947-4-1:2019/AC:2020-05 86. EN IEC 62040-1:2019 Sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS) — Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza EN IEC 62040-1:2019/A11:2021 87. EN 60825-1:2014 Sikurezza ta’ prodotti bil-lejżer — Parti 1: Klassifikazzjoni tat-tagħmir u rekwiżiti EN 60825-1:2014/A11:2021 88. EN 61800-5-1:2007 Sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli — Parti 5-1: Rekwiżiti ta’ sikurezza — Elettrika, termali u enerġetika EN 61800-5-1:2007/A1:2017 EN 61800-5-1:2007/A11:2021 89. EN 62477-1:2012 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal sistemi u tagħmir ta’ konverżjoni tal-enerġija elettroniċi — Parti 1: Ġenerali EN 62477-1:2012/A11:2014 EN 62477-1:2012/A1:2017 EN 62477-1:2012/A12:2021. 90. EN 60335-2-73:2003 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-73: Rekwiżiti partikolari għal ħiters ta’ immersjoni fissi EN 60335-2-73:2003/A1:2006 EN 60335-2-73:2003/A2:2009 EN 60335-2-73:2003/A11:2021 91. EN 61995-1:2008 Apparati għall-konnessjoni ta’ luminarji għal skopijiet domestiċi u skopijiet simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali EN 61995-1:2008/A1:2017 EN 61995-1:2008/A11:2021 92. EN 62423:2012 Interrutturi taċ-ċirkwit differenzjali ta’ tip F u tip B bi u bla protezzjoni integrali għal kurrent eċċessiv li jintużaw fid-dar u għal użijiet simili EN 62423:2012/A11:2021 93. EN 60400:2017 Ħowlders għal lampi fluworexxenti tubulari u ħowlders ta’ starters EN 60400:2017/A1:2021 94. EN IEC 61010-2-130:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-130: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir maħsub biex jintuża fi stabbilimenti edukattivi mit-tfal 95. EN 60838-1:2017 Ħowlders tal-bozoz ta’ kull xorta — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet EN 60838-1:2017/A1:2017 EN 60838-1:2017/A2:2021 EN 60838-1:2017/A11:2021 96. EN 60335-2-21:2021 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma b’akkumulu 97. EN IEC 60670-1:2021 Kaxex u għeluq għal aċċessorji elettriċi għall-installazzjonijiet elettriċi f’unità domestika u installazzjonijiet elettriċi fissi simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali EN IEC 60670-1:2021/A11:2021 98. EN IEC 60947-5-8:2021 Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 5-8: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti ta’ kontroll — Swiċċijiet li jippermettu tliet pożizzjonijiet 99. EN IEC 60974-11:2021 Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 11: Ħowlders tal-elettrodi 100. EN IEC 60974-13:2021 Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 13: Klamp tar-ritorn tal-kurrent tal-iwweldjar
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin: Nru Referenza tal-istandard Data tal-irtirar 77. EN 60335-2-43:2003 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-43: Rekwiżiti partikolari għal apparati għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għal vireg biex magħhom jiddendlu x-xugamani EN 60335-2-43:2003/A1:2006 EN 60335-2-43:2003/A2:2008 Il-21 ta’ Ġunju 2023 78. EN 60320-2-4:2006 Konnetturi għal apparati li jintużaw fid-dar u skopijiet ġenerali simili — Parti 2-4: Konnetturi għal apparati li jiddependu mill-piż tal-apparat biex joperaw EN 60320-2-4:2006/A1:2009 Il-21 ta’ Ġunju 2023 79. EN 60598-2-23:1996 Luminarji — Parti 2-23: Rekwiżiti partikolari — Sistemi ta’ tidwil b’vultaġġ baxx ħafna iżjed min-normal għal bozoz inkandexxenti EN 60598-2-23:1996/A1:2000 EN 60598-2-23:1996/AC:1997 Il-21 ta’ Ġunju 2023 80. EN 60947-3:2009 Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 3: Swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis EN 60947-3:2009/A1:2012 EN 60947-3:2009/A2:2015 Il-21 ta’ Ġunju 2023 81. EN 60947-4-1:2010 Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 4-1: Kuntatturi u starters tal-muturi - Kuntatturi u starters tal-muturi elettromekkaniċi EN 60947-4-1:2010/A1:2012 Il-21 ta’ Ġunju 2023 82. EN 62040-1:2008 Sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS) — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u ta’ sikurezza għal UPS EN 62040-1:2008/A1:2013, EN 62040-1:2008/AC:2009 Il-21 ta’ Ġunju 2023 83. EN 60838-1:2004 Ħowlders tal-bozoz ta’ kull xorta — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet EN 60838-1:2004/A1:2008 EN 60838-1:2004/A2:2011 Il-21 ta’ Ġunju 2023 84. EN 60335-2-21:2003 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma b’akkumulu EN 60335-2-21:2003/A1:2005 EN 60335-2-21:2003/AC:2007 EN 60335-2-21:2003/A2:2008 EN 60335-2-21:2003/AC:2010 Il-21 ta’ Ġunju 2023 85. EN 60670-1:2005 Kaxex u għeluq għal aċċessorji elettriċi għall-installazzjonijiet elettriċi f’unità domestika u installazzjonijiet elettriċi fissi simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali EN 60670-1:2005/AC:2007 EN 60670-1:2005/AC:2010 EN 60670-1:2005/A1:2013 Il-21 ta’ Ġunju 2023 86. EN 60947-5-8:2006 Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 5-8: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll — Swiċċijiet li jippermettu tliet pożizzjonijiet Il-21 ta’ Ġunju 2023 87. EN 60974-11:2010 Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 11: Ħowlders tal-elettrodi Il-21 ta’ Ġunju 2023 88. EN 60974-13:2011 Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 13: Klamp tal-iwweldjar Il-21 ta’ Ġunju 2023 89. EN 60825-1:2014 Sikurezza ta’ prodotti bil-lejżer — Parti 1: Klassifikazzjoni tat-tagħmir u rekwiżiti Il-21 ta’ Ġunju 2023 90. EN 61800-5-1:2007 Sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli — Parti 5-1: Rekwiżiti ta’ sikurezza — Elettrika, termali u enerġetika Il-21 ta’ Ġunju 2023 91. EN 62477-1:2012 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal sistemi u tagħmir ta’ konverżjoni tal-enerġija elettroniċi — Parti 1: Ġenerali EN 62477-1:2012/A11:2014 Il-21 ta’ Ġunju 2023 92. EN 60335-2-73:2003 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-73: Rekwiżiti partikolari għal ħiters ta’ immersjoni fissi EN 60335-2-73:2003/A1:2006 EN 60335-2-73:2003/A2:2009 Il-21 ta’ Ġunju 2023 93. EN 61995-1:2008 Apparati għall-konnessjoni ta’ luminarji għal skopijiet domestiċi u skopijiet simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali Il-21 ta’ Ġunju 2023 94. EN 62423:2012 Interrutturi taċ-ċirkwit differenzjali ta’ tip F u tip B bi u bla protezzjoni integrali għal kurrent eċċessiv li jintużaw fid-dar u għal użijiet simili Il-21 ta’ Ġunju 2023 95. EN 60400:2017 Ħowlders għal lampi fluworexxenti tubulari u ħowlders ta’ starters Il-21 ta’ Ġunju 2023