Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2304 tat-18 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati komplementari li jiċċertifikaw in-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi fil-produzzjoni organika ta’ prodotti tal-annimali għall-fini ta’ esportazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/2304@2021-10-18/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Ċertifikat komplementari li jiċċertifika n-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi fil-produzzjoni organika ta’ prodotti tal-annimali għall-fini ta’ esportazzjoni
- Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
- ANNEX
- ANNESS 1.2.3.4.5.6.7. ĊERTIFIKAT KOMPLIMENTARI LI JIĊĊERTIFIKA N-NUQQAS TA’ UŻU TA’ ANTIBIJOTIĊI FIL-PRODUZZJONI ORGANIKA TA’ PRODOTTI TAL-ANNIMALI GĦALL-FINI TA’ ESPORTAZZJONI
- ANNESS 1.2.3.4.5. ĊERTIFIKAT KOMPLIMENTARI LI JIĊĊERTIFIKA N-NUQQAS TA’ UŻU TA’ ANTIBIJOTIĊI FIL-PRODUZZJONI ORGANIKA TA’ PRODOTTI TAL-ANNIMALI GĦALL-FINI TA’ ESPORTAZZJONI
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ċerti pajjiżi terzi jeħtieġu li prodotti tal-annimali organiċi jiġu prodotti mingħajr l-użu ta’ antibijotiċi. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq f’dawk il-pajjiżi, jenħtieġ li l-operaturi jew il-gruppi ta’ operaturi fl-Unjoni li jixtiequ jesportaw tali prodotti jkunu jistgħu jagħtu prova tan-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi permezz ta’ dokument uffiċjali.
(2) Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848, l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll, jridu jipprovdu ċertifikat lil kwalunkwe operatur jew grupp ta’ operaturi li jkun innotifika l-attività tiegħu u li jikkonforma ma’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġi ċċertifikat li l-prodotti tal-annimali organiċi huma prodotti mingħajr l-użu ta’ antibijotiċi, jenħtieġ li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jkollhom il-possibbiltà li jitolbu lil dawk l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll, biex joħorġu ċertifikat komplementari. Jenħtieġ li l-mudell għal dak iċ-ċertifikat komplementari jiġi stabbilit.
(3) Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ċertifikat komplementari li jiċċertifika n-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi fil-produzzjoni organika ta’ prodotti tal-annimali għall-fini ta’ esportazzjoni
Fuq talba ta’ operatur jew grupp ta’ operaturi li diġà għandhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848, l-awtorità kompetenti rilevanti jew, fejn xieraq, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti, għandhom joħorġu ċertifikat komplementari li jiċċertifika li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi pproduċa prodotti tal-annimali organiċi mingħajr l-użu ta’ antibijotiċi jekk tali ċertifikat ikun meħtieġ għall-fini tal-esportazzjoni ta’ dawk il-prodotti mill-Unjoni. Il-mudell għal dak iċ-ċertifikat komplementari huwa stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS 1.2.3.4.5.6.7. ĊERTIFIKAT KOMPLIMENTARI LI JIĊĊERTIFIKA N-NUQQAS TA’ UŻU TA’ ANTIBIJOTIĊI FIL-PRODUZZJONI ORGANIKA TA’ PRODOTTI TAL-ANNIMALI GĦALL-FINI TA’ ESPORTAZZJONI
Numru tad-dokument: (agħżel kif xieraq) Isem u indirizz tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi: Isem u indirizz tal-awtorità kompetenti, jew, meta xieraq, tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi u n-numru tal-kodiċi f’każ ta’ awtorità ta’ kontroll jew ta’ korp ta’ kontroll: In-numru tad-dokument taċ-ċertifikat ipprovdut lill-operatur jew lill-grupp ta’ operaturi skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848 f’konformità mal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament: Dan iċ-ċertifikat inħareġ biex jiċċertifika li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi (agħżel kif xieraq) ipproduċa l-prodotti tal-annimali organiċi li ġejjin mingħajr l-użu ta’ antibijotiċi: Data u post: Isem u firma f’isem l-awtorità kompetenti emittenti, jew, fejn xieraq, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll: Ċertifikat komplimentari validu minn….[daħħal id-data] sa….[daħħal id-data]
Operatur
Grupp ta’ operaturi
ANNESS 1.2.3.4.5. ĊERTIFIKAT KOMPLIMENTARI LI JIĊĊERTIFIKA N-NUQQAS TA’ UŻU TA’ ANTIBIJOTIĊI FIL-PRODUZZJONI ORGANIKA TA’ PRODOTTI TAL-ANNIMALI GĦALL-FINI TA’ ESPORTAZZJONI
1. ………………….
2. ………………….
3. ………………….