Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/252 tad-29 ta’ Jannar 2021 li jopera tnaqqis mill-kwota tas-sajd Portugiża disponibbli għall-inċova, minħabba sajd eċċessiv fis-sena preċedenti
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/252@2021-01-29/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) Il-kwoti tas-sajd għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 (ANE/9/3411) tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.
(2) Il-kwoti tas-sajd għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF (ANE/9/3411) ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.
(3) Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru.
(4) L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dawn it-tnaqqisiet iridu jsiru fis-sena jew fis-snin segwenti billi jiġu applikati l-fatturi ta’ multiplikazzjoni rispettivi kif stabbiliti hemmhekk.
(5) Il-Portugall qabeż il-kwoti tas-sajd tiegħu għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF (ANE/9/3411) għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.
(6) Għalhekk hu xieraq li jkun hemm tnaqqis fil-kwota tas-sajd allokata lilu għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 u, fejn xieraq, fis-snin ta’ wara, għall-istokkijiet mistada żżejjed,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-kwota tas-sajd allokata lill-Portugall għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 (ANE/9/3411) tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF), stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, għandha titnaqqas kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
Stat Membru Kodiċi tal-ispeċi Kodiċi taż-żona Isem l-ispeċi Isem iż-żona Kwota inizjali għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (f’kilogrammi) Ħatt l-art permess għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (Kwantità totali adattata f’kilogrammi) Qabdiet totali għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (kwantità f’kilogrammi) Konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess (%) Sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (kwantità f’kilogrammi) Fattur ta’ multiplikazzjoni Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni , Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (kwantità f’kilogrammi) Tnaqqis li għandu japplika għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 (kwantità f’kilogrammi) PT ANE 9/3411 Inċova Żoni 9 u 10 tal-ICES; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona tas-CECAF 34.1.1 5343000 3779330 3858005 102,08 78675 / / / 78675