Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/347 tal-25 ta’ Frar 2021 li japprova l-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 3, 4 u 5 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/347@2021-02-25/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż.
(2) Il-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż ġie evalwat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2, id-diżinfettanti taż-żona privata u taż-żona tas-saħħa pubblika u prodotti bijoċidali oħra, tat-tip ta’ prodott 3, il-prodotti bijoċidali ta’ iġjene veterinarja, tat-tip ta’ prodott 4, id-diżinfettanti taż-żona tal-ikel u tal-għalf u tat-tip ta’ prodott 5, id-diżinfettanti tal-ilma tax-xorb kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jikkorrispondu rispettivament għat-tipi ta’ prodott 2, 3, 4 u 5 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(3) Is-Slovakkja nħatret bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tagħha għall-evalwazzjoni ppreżentat ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fid-19 ta’ Novembru 2010.
(4) F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija) fis-16 ta’ Ġunju 2020, wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni.
(5) Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 3, 4 u 5 bl-użu tal-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, dment li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.
(6) Filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Aġenzija, jixraq li jiġi approvat il-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 3, 4 u 5, soġġett għall-konformità ma’ ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.
(7) Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.
(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 3, 4 u 5, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
Isem Komuni Isem IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva Data tal-approvazzjoni Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni Tip ta’ prodott Kundizzjonijiet speċifiċi Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż Isem IUPAC: Aċidu ipokloruż Numru KE: 232-232-5 Numru CAS: 7790-92-3 Speċifikazzjoni stabbilita għall-aċidu ipokloruż (bħala piż niexef min. 90,87 % w/w) li jirrilaxxa l-kloru attiv. L-aċidu ipokloruż huwa l-ispeċi predominanti f’pH 3,0 - 7,4. L-1 ta’ Lulju 2022 It-30 ta’ Ġunju 2032 2 L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin: 3 L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin: 4 L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin: 5 L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert b’applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni.
(a) fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-utenti professjonali għad-diżinfezzjoni tas-superfiċi iebsin permezz tal-immoppjar jew l-imsieħ.
(a) fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert b’applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni.
(b) għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati dawk eżistenti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 , u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta’ mitigazzjoni biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.
(a) fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert b’applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni.
(b) għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti MRLs ġodda jew li jiġu emendati dawk eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta’ mitigazzjoni biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.