Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/552 tat-30 ta’ Marzu 2021 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali DEC-AHOL® Product Family (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2021-03-30from 2021-04-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/552@2021-03-30/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. PART I L-EWWEL LIVELL TA INFORMAZZJONI
  4. 1.
  5. 2.
  6. PARTI II IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI - META SPC(S)
  7. META SPC 1
  8. 1.
  9. 2.
  10. 4.
  11. 4.1. Tabella 1. Uża # 1 – 1.1 Diżinfettar ta’ uċuħ iebsa mhux porużi; Wipes (wipes individwali u wipes f’pakkett multiplu)
  12. 5.
  13. 7.
  14. META SPC 2
  15. 1.
  16. 2.
  17. 4.
  18. 4.1. Tabella 2. Uża # 1 – 2.1 Diżinfettar ta’ uċuħ iebsa mhux porużi; Aerosols (propellant)
  19. 5.
  20. 7.
  21. META SPC 3
  22. 1.
  23. 2.
  24. 4.
  25. 4.1. Tabella 3. Uża # 1 – 3.1 Diżinfettar ta’ uċuħ iebsa mhux porużi; Sprej bl-attivatur, Likwidu
  26. 4.2. Tabella 4. Uża # 2 – 3.2 Diżinfettar ta uċuħ iebsa mhux porużi; (inkluż l-artijiet); timsaħ
  27. 4.3. Tabella 5. Uża # 3 – 3.3 Diżinfettar tal-ingwanti tal-kmamar iġjeniċi
  28. 5.
  29. 7.
  30. META SPC 4
  31. 1.
  32. 2.
  33. 4.
  34. 4.1. Tabella 6. Uża # 1 – 4.1 Diżinfettar ta’ uċuħ iebsa mhux porużi; Aerosols
  35. 5.
  36. 7.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(5) tiegħu,

Billi:

(1) Fid-29 ta’ Ġunju 2016, Veltek Associates Inc. Europe ippreżentat applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni ta’ familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem DEC-AHOL® Product Family tat-tip ta’ prodotti 2, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tan-Netherlands aċċettat li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-XF025530-45 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali.

(2) Id-DEC-AHOL® Product Family fiha bħala s-sustanza attiva, propan-2-ol, li hija inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3) Fid-9 ta’ Diċembru 2019, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat ir-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija).

(4) Fit-2 ta’ Lulju 2020, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni, l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (SPC) tad-DEC-AHOL® Product Family u r-rapport finali tal-valutazzjoni dwar il-familja ta’ prodotti bijoċidali.

(5) L-opinjoni kkonkludiet li d-DEC-AHOL® Product Family hija familja ta’ prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(s) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li hija eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) ta’ dak ir-Regolament.

(6) Fl-20 ta’ Lulju 2020, f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tal-SPC lill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

(7) Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għad-DEC-AHOL® Product Family.

(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0024324-0000 lil Veltek Associates Inc. Europe biex tqiegħed fis-suq u tuża l-familja ta’ prodotti bijoċidali DEC-AHOL® Product Family, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness. L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-20 ta’ April 2021 sal-31 ta’ Marzu 2031.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta prodotti bijoċidali

DEC-AHOL® Product Family Prodott tip 2 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali (Diżinfettanti) Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0024324-0000 Numru tal-ass R4BP: EU-0024324-0000

PART I L-EWWEL LIVELL TA INFORMAZZJONI

1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.

1.1. Kunjom Isem DEC-AHOL® Product Family

1.2. Tip(i) ta’ prodott Tip(i) ta’ prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni Isem Veltek Associates Inc. Europe Indirizz Rozengaard 1940, 8212DT Lelystad, Netherlands Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0024324-0000 Numru tal-ass R4BP EU-0024324-0000 Data tal-awtorizzazzjoni l-20 ta’ April 2021 Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni il-31 ta’ Marzu 2031

1.4. Manifattur(i) tal-prodotti bijoċidali L-isem tal-manifattur Veltek Associates, Inc., L-indirizz tal-manifattur 15 Lee Blvd., PA19355 Malvern Istati Uniti Post ta siti ta manifattura 15 Lee Blvd., PA19355 Malvern Istati Uniti

1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i) Sustanza attiva Propan-2-ol L-isem tal-manifattur Exxon Mobil Chemical Company L-indirizz tal-manifattur 4045 Scenic Hwy, Baton Rouge„ LA 70805 Louisiana Istati Uniti Post ta siti ta manifattura 4045 Scenic Hwy, Baton Rouge„ LA 70805 Louisiana Istati Uniti

2. IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U L-FORMULAZZJONI

2.

2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Min Mass Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 64,8 65,4

2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni Formulazzjoni/Formulazzjonijiet AL - Kwalunkwe likwidu ieħor AE - Aerosol dispenser AL (any other liquid) - RTU wipe

PARTI II IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI - META SPC(S)

META SPC 1

1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 1

1.

1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 1 Identifikatur Meta SPC 1

1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni Numru 1-1

1.3. Tip(i) ta’ prodott Tip(i) ta’ prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1

2.

2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Min Mass Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 65,4 65,4

2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1 Formulazzjoni/Formulazzjonijiet AL (any other liquid) - RTU wipe

3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1 Dikjarazzjonijiet dwar Periklu Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna. Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn. Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda. Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx. Evita li tibla’ bin-nifs fwar. Aħsel idejn sew wara li timmaniġġjah. Ilbes ingwanti protettivi. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ tabib jekk ma tħossokx f’sikktek.. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm il-kontenitur magħluq sew. Aħżen f’post imsakkar. Armi l-kontenut fi skont ir-regolamenti lokali/nazzjonali. Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 1

4.
4.1. Tabella 1. Uża # 1 – 1.1 Diżinfettar ta’ uċuħ iebsa mhux porużi; Wipes (wipes individwali u wipes f’pakkett multiplu)

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem komuni: Bacteria istadju iżvilupp: - isem komuni: ħmira istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Wipe diżinfettanti għall-użu fil-kmamar iġjeniċi tal-faċilitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, biofarmaċewtiċi, dijanjostiċi u tagħmir mediku għad-diżinfettar ta’ uċuħ inanimati iebsa mhux porużi, materjal u tagħmir li mhumiex użati għall-kuntatt dirett mal-ikel jew l-għalf. Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Timsaħ l-uċuħDeskrizzjoni dettaljata: - Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta Applikazzjoni: - Dilwizzjoni (%): Lest biex jintuża Numru u ħin tal-applikazzjoni: Il-prodott jista jiġi użat bosta drabi kuljum, jekk meħtieġ. Ħin ta’ kuntatt: 2 min. Wipe individwali: 15,2 cm × 15,2 cm wipe - 4 wipes/m2 30,5 cm × 30,5 cm wipe - 1 wipe/m2 45,7 cm × 45,7 cm wipe - 1 wipe/m2 Wipe f’pakkett multiplu: 30,5 cm × 30,5 cm - 1 wipe/m2 Kategorija(i) tal-utenti industrijali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Wipes pre-saturati b’70 % v/v propan-2-ol u ilma għall-injezzjoni. Wipe individwali Wipe magħmula minn 100 % fibra tal-poliester bil-filament kontinwu. Il-wipes huma ppakkjati f’boroż tal-plastik individwali ssiġillati bis-sħana magħmula minn polietilen ta’ densità baxxa. Daqsijiet tal-pakketti deskritti hawn taħt: 15,2 cm × 15,2 cm wipe - 100/kaxxa, mhux sterili 15,2 cm × 15,2 cm wipe - 100/kaxxa, sterili 30,5 cm × 30,5 cm wipe - 100/kaxxa, sterili 45,7 cm × 45,7 cm wipe - 100/kaxxa, sterili Wipe f’pakkett multiplu Wipe magħmula minn 100 % fibra tal-poliester bil-filament kontinwu; 20 wipe f’kull pakkett; mitnija flimkien f’borża li tista’ terġa’ tingħalaq. Daqsijiet tal-pakketti deskritti hawn taħt: 100 % poliester 30,5 cm × 30,5 cm wipe - 200/kaxxa, mhux sterili 100 % poliester 30,5 cm × 30,5 cm wipe - 200/kaxxa, sterili

4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Uża l-prodott fi kmamar iġjeniċi li huma klassifikati skont ISO 14644-1 fi klassi 1 sa 9 jew skont il-klassifikazzjoni GMP tal-UE fi Grad A sa D biss. Naddaf u xxotta l-uċuħ qabel ma tiddiżinfetta. Uża wipes umdi biss. Oħroġ wipe jew tnejn f’daqqa għall-wipes individwali u wipe waħda kull darba għall-wipes f’pakkett multiplu. Ara li xxarrab l-uċuħ kompletament. Ħallih jaħdem għal mill-inqas 2 minuti. Wara li tuża l-wipe armiha f’kontenitur magħluq u għall-wipes f’pakkett multiplu għalaq il-pakkett wara li tiftħu. Wipe individwali: Wipe f’pakkett multiplu:

15,2 cm × 15,2 cm wipe - 4 wipes/m2

30,5 cm × 30,5 cm wipe - 1 wipe/m2

45,7 cm × 45,7 cm wipe - 1 wipe/m2

30,5 cm × 30,5 cm - 1 wipe/m2

4.1.2. Miżuri ta mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1

5.

5.1. Istruzzjonijiet għall-użu Ara l-istruzzjonijiet speċifiċi għall-użu.

5.2. Miżuri ta mitigazzjoni ta riskju Uża b’ventilazzjoni adegwata b’rata ta’ bidla tal-arja ta’ 8 darbiet fis-siegħa jew iżjed. Applika ’l bogħod mill-għajnejn u l-wiċċ. Protezzjoni tal-idejn: Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika. Protezzjoni tal-għajnejn: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. Evita l-kuntatt mal-għajnejn. Tiġbidx il-fwar man-nifs. Tikolx, tixrobx u tpejjipx meta tkun qed tuża dan il-prodott. Aħsel idejk sew wara li tuża l-prodott.

5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Sintomi/korrimenti f’każ li jinġibed man-nifs: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ kuntatt mal-ġilda: Kuntatt ripetut u/jew fit-tul mal-ġilda jista’ jikkawża irritazzjoni, nixfa jew qsim tal-ġilda. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn: Jikkawża irritazzjoni serja fl-għajnejn. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ inġestjoni: Is-sintomi rrappurtati fil-bnedmin huma dardir u remettar minħabba irritazzjoni lokali u effetti sistemiċi bħal sokor, ħedla, kultant inkoxjenza u zokkor baxx fid-demm (speċjalment fit-tfal). Iżda l-effetti sistemiċi jistgħu jkunu inqas probabbli skont it-tip ta’ formulazzjoni (wipes, aerosol u sprej). Miżuri ġenerali tal-ewwel għajnuna: Qatt tagħti xi ħaġa fil-ħalq lil persuna mitlufa minn sensiha. Jekk ma tħossokx f’sikktek, itlob parir mediku (uri t-tabella jekk possibbli). JEKK TIĠBDU MAN-NIFS: Mur għall-arja friska u strieħ f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. JEKK FUQ IL-ĠILDA: Laħlaħ il-ġilda bl-ilma/doċċa. Neħħi/Inża l-ħwejjeġ kollha kkontaminati immedjatament. Aħsel bil-mod b’ħafna sapun u ilma. Jekk jiżviluppaw is-sintomi, ikseb attenzjoni medika. JEKK FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk preżenti u faċli tagħmel dan. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. JEKK TIBILGĦU: Laħlaħ il-ħalq. Jekk il-persuna tkun f’sensiha agħtiha xi ħaġa x’tixrob. Jekk bis-sintomi: Ċempel 112/ambulanza għall-għajnuna medika. Jekk bla sintomi: Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.

5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Kontenituri vojta għandhom jintremew bħala skart normali jew jiġu riċiklati fejn hu possibbli. Informazzjoni addizzjonali: Tratta l-kontenituri vojta b’attenzjoni minħabba li fwar residwu jista’ jaqbad.

5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm f’post frisk u b’ventilazzjoni tajba. Żomm ’il bogħod minn fjammi mikxufin, uċuħ jaħarqu u sorsi li jaqbdu. Aħżen f’temperaturi taħt it-30 °C. Żmien li jdum tajjeb il-prodott = Sentejn

6. Informazzjoni oħra Il-prodott fih il-propan-2-ol (CAS Nru.: 67-63-0), li għalih ġie miftiehem valur ta’ referenza Ewropew ta’ 129.28 mg/m3 għall-utent professjonali u użat għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ dan il-prodott.

7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1

7.

7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta kull prodott individwali Isem kummerċjali ALCOH-WIPE® PROCESS2WIPE® IPA70 qasam tas-suq: EU qasam tas-suq: EU Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0024324-0001 1-1 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 65,4

META SPC 2

1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 2

1.

1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 2 Identifikatur Meta SPC 2

1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni Numru 1-2

1.3. Tip(i) ta prodott Tip(i) ta’ prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2

2.

2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Min Mass Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 64,8 64,8

2.2. Tip(i) ta formulazzjoni tal-meta SPC 2 Formulazzjoni/Formulazzjonijiet AE - Aerosol dispenser

3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2 Dikjarazzjonijiet dwar Periklu Aerosol li jaqbad malajr ħafna. Kontenitur taħt pressjoni. Jista jinfaqa meta jissaħħan Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn. Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda. Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx. Tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew sors ieħor li jaqbad. Ittaqqbux u taħarqux, anki wara li tużah. Evita li tibla’ bin-nifs fwar. Aħsel idejn sew wara li timmaniġġjah. Ilbes ingwanti protettivi. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ tabib jekk ma tħossokx f’sikktek.. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm il-kontenitur magħluq sew. Aħżen f’post imsakkar. Ipproteġi mid-dawl tax-xemx.Tesponix għal temperaturi li jeċċedu l-50 °C/122 °F. Armi l-kontenut fi skont ir-regolamenti lokali. Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 2

4.
4.1. Tabella 2. Uża # 1 – 2.1 Diżinfettar ta’ uċuħ iebsa mhux porużi; Aerosols (propellant)

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem komuni: Bacteria istadju iżvilupp: ebda data isem komuni: ħmira istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfettanti għall-użu fil-kmamar iġjeniċi tal-faċilitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, biofarmaċewtiċi, dijanjostiċi u tagħmir mediku għad-diżinfettar ta’ uċuħ inanimati iebsa mhux porużi, materjal u tagħmir li mhumiex użati għall-kuntatt dirett mal-ikel jew l-għalf. Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Sprejjar tal-aerosol fuq l-uċuħDeskrizzjoni dettaljata: - Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta Applikazzjoni: Applikazzjoni massima ta 35 mL/m2 - Lest biex jintuża Dilwizzjoni (%): Lest biex jintuża Numru u ħin tal-applikazzjoni: Il-prodott jista’ jiġi użat bosta drabi kuljum, jekk meħtieġ. Applika l-prodott billi tisprejja minn distanza ta’ 15-20 ċm għal 20 sekonda/m2. Ħin ta’ kuntatt: 2 min. Kategorija(i) tal-utenti industrijali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ 325 mL (11-il uqija) – bott tal-aerosol (miksi bl-aluminju minn ġewwa b’reżina fenolika tal-epossi)

4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Naddaf u xxotta l-uċuħ qabel ma tiddiżinfetta. SSprejja l-wiċċ li se jiġi diżinfettat minn distanza ta’ 15-20 ċm ’l bogħod. Xarrab sew il-wiċċ bil-prodott għal 20 sekonda/m2, ara li l-uċuħ ikunu mxarrba kompletament. Ħallih jaħdem għal mill-inqas 2 minuti. Wara li jintlaħaq il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ, ħalli l-wiċċ jinxef jew imsaħ b’ċarruta jew wipe sterilizzata. Ċraret jew wipes trattati bil-prodott għandhom jintremew f’kontenitur jingħalaq.

4.1.2. Miżuri ta mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Funtani għall-ħasil tal-għajnejn f’każ ta emerġenza u doċċi ta’ sigurtà għandhom ikunu disponibbli fil-viċinanza immedjata ta’ kwalunkwe esponiment potenzjali.

4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 2

5.

5.1. Istruzzjonijiet għall-użu Ara l-istruzzjonijiet speċifiċi għall-użu.

5.2. Miżuri ta mitigazzjoni ta riskju Uża b’ventilazzjoni adegwata b’rata ta’ bidla tal-arja ta’ 8 darbiet fis-siegħa jew iżjed. Applika ’l bogħod mill-għajnejn u l-wiċċ. Protezzjoni tal-idejn: Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika. Protezzjoni tal-għajnejn: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. Evita l-kuntatt mal-għajnejn. Tiġbidx il-fwar man-nifs. Tikolx, tixrobx u tpejjipx meta tkun qed tuża dan il-prodott. Aħsel idejk sew wara li tuża l-prodott.

5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Sintomi/korrimenti f’każ li jinġibed man-nifs: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ kuntatt mal-ġilda: Kuntatt ripetut u/jew fit-tul mal-ġilda jista’ jikkawża irritazzjoni, nixfa jew qsim tal-ġilda. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn: Jikkawża irritazzjoni serja fl-għajnejn. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ inġestjoni: Is-sintomi rrappurtati fil-bnedmin huma dardir u remettar minħabba irritazzjoni lokali u effetti sistemiċi bħal sokor, ħedla, kultant inkoxjenza u zokkor baxx fid-demm (speċjalment fit-tfal). Iżda l-effetti sistemiċi jistgħu jkunu inqas probabbli skont it-tip ta’ formulazzjoni (wipes, aerosol u sprej). Miżuri ġenerali tal-ewwel għajnuna: Qatt tagħti xi ħaġa fil-ħalq lil persuna mitlufa minn sensiha. Jekk ma tħossokx f’sikktek, itlob parir mediku (uri t-tabella jekk possibbli). JEKK TIĠBDU MAN-NIFS: Mur għall-arja friska u strieħ f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. JEKK FUQ IL-ĠILDA: Laħlaħ il-ġilda bl-ilma/doċċa. Neħħi/Inża l-ħwejjeġ kollha kkontaminati immedjatament. Aħsel bil-mod b’ħafna sapun u ilma. Jekk jiżviluppaw is-sintomi, ikseb attenzjoni medika. JEKK FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk preżenti u faċli tagħmel dan. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. JEKK TIBILGĦU: Laħlaħ il-ħalq. Jekk il-persuna tkun f’sensiha agħtiha xi ħaġa x’tixrob. Jekk bis-sintomi: Ċempel 112/ambulanza għall-għajnuna medika. Jekk bla sintomi: Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.

5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Kontenituri vojta għandhom jintremew bħala skart normali jew jiġu riċiklati fejn hu possibbli. Informazzjoni addizzjonali: Tratta l-kontenituri vojta b’attenzjoni minħabba li fwar residwu jista’ jaqbad.

5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Żomm ’il bogħod minn fjammi mikxufin, uċuħ jaħarqu u sorsi li jaqbdu. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm f’post frisk u b’ventilazzjoni tajba. Aħżen f’temperaturi taħt l-40 °C. Ipproteġi mill-ġlata. Żmien li jdum tajjeb il-prodott = Sentejn

6. INFORMAZZJONI OĦRA Il-prodott fih il-propan-2-ol (CAS Nru.: 67-63-0), li għalih ġie miftiehem valur ta’ referenza Ewropew ta’ 129.28 mg/m3 għall-utent professjonali u użat għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ dan il-prodott.

7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2

7.

7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta kull prodott individwali Isem kummerċjali DEC-AHOL® AEROSOL WFI Formula qasam tas-suq: EU Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0024324-0002 1-2 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 64,8

META SPC 3

1. Informazzjoni amministrattiva tal-Meta SPC 3

1.

1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 3 Identifikatur Meta SPC 3

1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni Numru 1-3

1.3. Tip(i) ta prodott Tip(i) ta’ prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 3

2.

2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 3 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Min Mass Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 65,4 65,4

2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 3 Formulazzjoni/Formulazzjonijiet AL - Kwalunkwe likwidu ieħor

3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 3 Dikjarazzjonijiet dwar Periklu Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna. Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn. Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda. Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx. Żomm il-kontenitur magħluq sew. Evita li tibla’ bin-nifs fwar. Aħsel idejn sew wara li timmaniġġjah. Ilbes ingwanti protettivi. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ tabib jekk ma tħossokx f’sikktek.. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk. Aħżen f’post imsakkar. Armi l-kontenut fi skont ir-regolamenti lokali. Evita li tibla’ bin-nifs sprej. Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 3

4.
4.1. Tabella 3. Uża # 1 – 3.1 Diżinfettar ta’ uċuħ iebsa mhux porużi; Sprej bl-attivatur, Likwidu

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem komuni: Bacteria istadju iżvilupp: - isem komuni: ħmira istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfettanti għall-użu fil-kmamar iġjeniċi tal-faċilitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, biofarmaċewtiċi, dijanjostiċi u tagħmir mediku għad-diżinfettar ta’ uċuħ inanimati iebsa mhux porużi, materjal u tagħmir li mhumiex użati għall-kuntatt dirett mal-ikel jew l-għalf. Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Sprejjar bl-attivatur fuq l-uċuħDeskrizzjoni dettaljata: - Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta Applikazzjoni: Applikazzjoni massima ta 35 mL/m2 Dilwizzjoni (%): Lest biex jintuża Numru u ħin tal-applikazzjoni: Il-prodott jista’ jiġi użat bosta drabi kuljum, jekk meħtieġ. Applika l-prodott billi tisprejja minn distanza ta’ 15-20 ċm. Agħfas 40 darba/m2. Ħin ta’ kuntatt: 2 min. Kategorija(i) tal-utenti industrijali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Attivatur: Il-fliexken magħmula minn polietilen ta’ densità għolja, id-dip tube huwa tal-polipropilen. L-għatu tal-flixkun huwa polipropilen, is-siġill ta’ induzzjoni huwa tal-polipropilen. Il-fliexken huma mgħammra bi sprejer tal-polietilen diġà mwaħħal mal-flixkun jew ipprovdut separatament biex iwaħħlu l-konsumatur stess. Jekk l-attivatur jintalab mhux installat, jiġi pprovdut għatu bil-kamin tal-polietilen fuq il-fliexken. Il-fliexken huma ppakkjati individwalment f’pakketti ta’ tlieta f’kaxxi tal-kartun. Id-distributuri jqassmu kaxxi ssiġillati, mhux fliexken individwali. Borża fil-flixkun- Attivatur: Il-fliexken huma magħmula minn polietilen ta’ densità għolja, u mgħammra bi sprejer tal-polietilen diġà fuq il-flixkun, id-dip tube huwa tal-polipropilen. Il-borża ta’ ġol-flixkun hija Surlyn® (reżin termoplastiku). Il-fliexken huma ppakkjati individwalment f’pakketti ta’ tlieta f’kaxxi tal-kartun. Id-distributuri jqassmu kaxxi ssiġillati, mhux fliexken individwali.

473 mL (16 oz) - Sprej bl-attivatur - 12/kaxxa, sterili

946 mL (32 oz) - Sprej bl-attivatur - 12/kaxxa, sterili

473 mL (16 oz) - Sprej bl-attivatur - 12/kaxxa, mhux sterili

946 mL (32 oz) - Sprej bl-attivatur - 12/kaxxa, mhux sterili

500 mL – Borża fil-flixkun sprej bl-attivatur - 12/kaxxa, sterili

1000 mL (32 oz) - Borża fil-flixkun sprej bl-attivatur - 12/kaxxa, sterili

4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Naddaf u xxotta l-uċuħ qabel ma tiddiżinfetta. Sprejja l-wiċċ li se jiġi diżinfettat minn distanza ta’ 15-20 ċm ’l bogħod. Ara li l-uċuħ ikunu mxarrba kompletament. (40 darba/m2). Ħallih jaħdem għal mill-inqas 2 minuti.Wara li jintlaħaq il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ, ħalli l-wiċċ jinxef jew imsaħ b’ċarruta jew wipe sterilizzata. Uċuħ żgħar biss jistgħu jiġu diżinfettati. Ċraret jew wipes trattati bil-prodott għandhom jintremew f’kontenitur jingħalaq.

4.1.2. Miżuri ta mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Funtani għall-ħasil tal-għajnejn f’każ ta’ emerġenza u doċċi ta’ sigurtà għandhom ikunu disponibbli fil-viċinanza immedjata ta’ kwalunkwe esponiment potenzjali.

4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2. Tabella 4. Uża # 2 – 3.2 Diżinfettar ta uċuħ iebsa mhux porużi; (inkluż l-artijiet); timsaħ

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem komuni: Bacteria istadju iżvilupp: - isem komuni: ħmira istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfettanti għall-użu fil-kmamar iġjeniċi tal-faċilitajiet ta manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, biofarmaċewtiċi, dijanjostiċi u tagħmir mediku għad-diżinfettar ta’ uċuħ inanimati iebsa mhux porużi, materjal u tagħmir li mhumiex użati għall-kuntatt dirett mal-ikel jew l-għalf. Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Ixxarrab wipe/ċarruta sterili qabel timsaħ il-wiċċ.Deskrizzjoni dettaljata: - Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta Applikazzjoni: Applikazzjoni massima ta 35 mL/m2 Dilwizzjoni (%): Lest biex jintuża Numru u ħin tal-applikazzjoni: Il-prodott jista’ jiġi użat bosta drabi kuljum, jekk meħtieġ. Ħin ta’ kuntatt: 2 min. Kategorija(i) tal-utenti industrijali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Flixkun li jintgħafas: Il-flixkun magħmul minn polietilen ta’ densità baxxa. Bittija jew flixkun:

473 mL (16-il uqija) – flixkun jintgħafas ippakkjat individwalment, kaxxa ta’ 12, sterili

473 mL (16-il uqija) – kwantità ta’ fliexken jintgħafsu f’borża waħda kbira – kaxxa ta’ 12, sterili. Fliexken f’pakkett multiplu mhumiex ippakkjati individwalment.

18,9 L (bittija ta’ 5 galluni) – kontenitur f’pakkett ta’ tnejn – kaxxa ta’ 1, sterili

3,79 L (flixkun tal-gallun) – kull kontenitur f’pakkett ta’ tnejn – kaxxa t’4, sterili

3,79 L (flixkun tal-gallun) – kull kontenitur f’pakkett ta’ tnejn – kaxxa t’4, mhux sterili

4.2.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Naddaf u xxotta l-uċuħ qabel ma tiddiżinfetta. Xarrab sew wipe/ċarruta sterili bil-prodott, ara li l-uċuħ ikunu mxarrba kompletament. Ħallih jaħdem għal mill-inqas 2 minuti. Wara li jintlaħaq il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ, ħalli l-wiċċ jinxef jew imsaħ b’ċarruta jew wipe sterilizzata. Uċuħ żgħar biss jistgħu jiġu diżinfettati. Ċraret jew wipes trattati bil-prodott għandhom jintremew f’kontenitur jingħalaq.

4.2.2. Miżuri ta mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Funtani għall-ħasil tal-għajnejn f’każ ta’ emerġenza u doċċi ta’ sigurtà għandhom ikunu disponibbli fil-viċinanza immedjata ta’ kwalunkwe esponiment potenzjali.

4.2.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.3. Tabella 5. Uża # 3 – 3.3 Diżinfettar tal-ingwanti tal-kmamar iġjeniċi

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem komuni: Bacteria istadju iżvilupp: - isem komuni: ħmira istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfettant għall-użu fuq idejn lebsin ingwanti fil-kmamar iġjeniċi tal-faċilitajiet ta manifattura ta prodotti farmaċewtiċi, biofarmaċewtiċi, dijanjostiċi u tagħmir mediku. Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Rilaxx tal-qtar likwidu fuq l-ingwantiDeskrizzjoni dettaljata: - Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta Applikazzjoni: 1,5 ml għal kull ingwanta Dilwizzjoni (%): Lest biex jintuża Numru u ħin tal-applikazzjoni: Il-prodott jista jiġi użat bosta drabi kuljum, jekk meħtieġ. Ħin ta’ kuntatt: 1 min. Kategorija(i) tal-utenti industrijali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ 946 mL (32 uqija) flixkun – kaxxa ta’ 12, sterili 946 mL (32 uqija) flixkun – kaxxa ta’ 12, mhux sterili Il-flixkun huwa polietilen ta’ densità baxxa.

4.3.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Uża l-prodott fi kmamar iġjeniċi li huma klassifikati skont ISO 14644-1 fi klassi 1 sa 9 jew skont il-klassifikazzjoni GMP tal-UE fi Grad A sa D biss. Żomm l-idejn lebsin ingwanti taħt is-sensur taż-żennuna biex taqbad il-likwidu. Ogħrok sew biex tifrex il-likwidu kullimkien u xarrab l-uċuħ tal-ingwanti nodfa bil-prodott. Timsaħx u ħallihom imxarrbin għal mill-inqas minuta. Wara li jintlaħaq il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ, ħalli l-wiċċ jinxef jew ixxotta b’ċarruta jew wipe sterilizzata, jekk ikun hemm bżonn. Ċraret jew wipes trattati bil-prodott għandhom jintremew f’kontenitur jingħalaq. Tużax fuq idejn mikxufin.

4.3.2. Miżuri ta mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Funtani għall-ħasil tal-għajnejn f’każ ta emerġenza u doċċi ta’ sigurtà għandhom ikunu disponibbli fil-viċinanza immedjata ta’ kwalunkwe esponiment potenzjali.

4.3.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.3.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.3.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 3

5.

5.1. Istruzzjonijiet għall-użu Ara l-istruzzjonijiet speċifiċi għall-użu.

5.2. Miżuri ta mitigazzjoni ta riskju Uża b’ventilazzjoni adegwata b’rata ta’ bidla tal-arja ta’ 8 darbiet fis-siegħa jew iżjed. Applika ’l bogħod mill-għajnejn u l-wiċċ. Protezzjoni tal-idejn: Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika.Protezzjoni tal-għajnejn: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. Evita l-kuntatt mal-għajnejn.Tiġbidx il-fwar man-nifs.Tikolx, tixrobx u tpejjipx meta tkun qed tuża dan il-prodott.Aħsel idejk sew wara li tuża l-prodott.

5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Sintomi/korrimenti f’każ li jinġibed man-nifs: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ kuntatt mal-ġilda: Kuntatt ripetut u/jew fit-tul mal-ġilda jista’ jikkawża irritazzjoni, nixfa jew qsim tal-ġilda. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn: Jikkawża irritazzjoni serja fl-għajnejn. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ inġestjoni: Is-sintomi rrappurtati fil-bnedmin huma dardir u remettar minħabba irritazzjoni lokali u effetti sistemiċi bħal sokor, ħedla, kultant inkoxjenza u zokkor baxx fid-demm (speċjalment fit-tfal). Iżda l-effetti sistemiċi jistgħu jkunu inqas probabbli skont it-tip ta’ formulazzjoni (wipes, aerosol u sprej). Miżuri ġenerali tal-ewwel għajnuna: Qatt tagħti xi ħaġa fil-ħalq lil persuna mitlufa minn sensiha. Jekk ma tħossokx f’sikktek, itlob parir mediku (uri t-tabella jekk possibbli). JEKK TIĠBDU MAN-NIFS: Mur għall-arja friska u strieħ f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. JEKK FUQ IL-ĠILDA: Laħlaħ il-ġilda bl-ilma/doċċa. Neħħi/Inża l-ħwejjeġ kollha kkontaminati immedjatament. Aħsel bil-mod b’ħafna sapun u ilma. Jekk jiżviluppaw is-sintomi, ikseb attenzjoni medika. JEKK FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk preżenti u faċli tagħmel dan. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. JEKK TIBILGĦU: Laħlaħ il-ħalq. Jekk il-persuna tkun f’sensiha agħtiha xi ħaġa x’tixrob. Jekk bis-sintomi: Ċempel 112/ambulanza għall-għajnuna medika. Jekk bla sintomi: Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.

5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Kontenituri vojta għandhom jintremew bħala skart normali jew jiġu riċiklati fejn hu possibbli.Informazzjoni addizzjonali: Tratta l-kontenituri vojta b’attenzjoni minħabba li fwar residwu jista’ jaqbad.

5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm f’post frisk u b’ventilazzjoni tajba. Żomm ’il bogħod minn fjammi mikxufin, uċuħ jaħarqu u sorsi li jaqbdu. Aħżen f’temperaturi taħt it-40 °C. Ipproteġi mill-ġlata. Żmien li jdum tajjeb il-prodott = Sentejn

6. INFORMAZZJONI OĦRA Il-prodott fih il-propan-2-ol (CAS Nru.: 67-63-0), li għalih ġie miftiehem valur ta’ referenza Ewropew ta’ 129.28 mg/m3 għall-utent professjonali u użat għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ dan il-prodott.

7. It-tielet livell ta’ informazzjoni: prodotti individwali fil-meta SPC 3

7.

7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta kull prodott individwali Isem kummerċjali DEC-AHOL® WFI Formula DEC-AHOL® ASEPTI-CLEANSE qasam tas-suq: EU qasam tas-suq: EU Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0024324-0003 1-3 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 65,4

META SPC 4

1. Informazzjoni amministrattiva tal-Meta SPC 4

1.

1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 4 Identifikatur Meta SPC 4

1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni Numru 1-4

1.3. Tip(i) ta prodott Tip(i) ta’ prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 4

2.

2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 4 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Min Mass Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 65,4 65,4

2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 4 Formulazzjoni/Formulazzjonijiet AE - Aerosol dispenser

3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 4 Dikjarazzjonijiet dwar Periklu Aerosol li jaqbad malajr ħafna. Kontenitur taħt pressjoni. Jista jinfaqa meta jissaħħan Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn. Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda. Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx. Tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew sors ieħor li jaqbad. Ittaqqbux u taħarqux, anki wara li tużah. Evita li tibla’ bin-nifs fwar. Aħsel idejn sew wara li timmaniġġjah. Ilbes ingwanti protettivi. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ tabib jekk ma tħossokx f’sikktek.. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm il-kontenitur magħluq sew. Aħżen f’post imsakkar. Ipproteġi mid-dawl tax-xemx.Tesponix għal temperaturi li jeċċedu l-50 °C/122 °F. Armi l-kontenut fi skont ir-regolamenti lokali. Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 4

4.
4.1. Tabella 6. Uża # 1 – 4.1 Diżinfettar ta’ uċuħ iebsa mhux porużi; Aerosols

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem komuni: Bacteria istadju iżvilupp: - isem komuni: ħmira istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfettanti għall-użu fil-kmamar iġjeniċi tal-faċilitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, biofarmaċewtiċi, dijanjostiċi u tagħmir mediku għad-diżinfettar ta’ uċuħ inanimati iebsa mhux porużi, materjal u tagħmir li mhumiex użati għall-kuntatt dirett mal-ikel jew l-għalf. Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Sprejjar tal-aerosol fuq l-uċuħDeskrizzjoni dettaljata: - Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta Applikazzjoni: Applikazzjoni massima ta 35 mL/m2 Dilwizzjoni (%): Lest biex jintuża Numru u ħin tal-applikazzjoni: Il-prodott jista’ jiġi użat bosta drabi kuljum, jekk meħtieġ. Applika l-prodott billi tisprejja minn distanza ta’ 15-20 ċm għal 20 sekonda/m2. Ħin ta’ kuntatt: 2 min. Kategorija(i) tal-utenti industrijali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ 325 mL (11 oz) – Inverta-Spray® mist spray Miksi bl-aluminju minn ġewwa b’reżina fenolika tal-epossi mgħammar b’borża bl-inforra tal-polietilen ta’ densità baxxa (borża li taqbad mal-valv), bi propellant tal-arja kkompressata.

4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Naddaf u xxotta l-uċuħ qabel ma tiddiżinfetta. Sprejja l-wiċċ li se jiġi diżinfettat minn distanza ta’ 15-20 ċm ’l bogħod. Xarrab sew il-wiċċ bil-prodott għal 20 sekonda/m2, ara li l-uċuħ ikunu mxarrba kompletament. Ħallih jaħdem għal mill-inqas 2 minuti. Wara li jintlaħaq il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ, ħalli l-wiċċ jinxef jew imsaħ b’ċarruta jew wipe sterilizzata. Ċraret jew wipes trattati bil-prodott għandhom jintremew f’kontenitur jingħalaq.

4.1.2. Miżuri ta mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Funtani għall-ħasil tal-għajnejn f’każ ta emerġenza u doċċi ta’ sigurtà għandhom ikunu disponibbli fil-viċinanza immedjata ta’ kwalunkwe esponiment potenzjali.

4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 4

5.

5.1. Istruzzjonijiet għall-użu Ara l-istruzzjonijiet speċifiċi għall-użu.

5.2. Miżuri ta mitigazzjoni ta riskju Uża b’ventilazzjoni adegwata b’rata ta bidla tal-arja ta’ 8 darbiet fis-siegħa jew iżjed. Applika ’l bogħod mill-għajnejn u l-wiċċ. Protezzjoni tal-idejn: Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika. Protezzjoni tal-għajnejn: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. Evita l-kuntatt mal-għajnejn. Tiġbidx il-fwar man-nifs. Tikolx, tixrobx u tpejjipx meta tkun qed tuża dan il-prodott. Aħsel idejk sew wara li tuża l-prodott.

5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Sintomi/korrimenti f’każ li jinġibed man-nifs: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ kuntatt mal-ġilda: Kuntatt ripetut u/jew fit-tul mal-ġilda jista’ jikkawża irritazzjoni, nixfa jew qsim tal-ġilda. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn: Jikkawża irritazzjoni serja fl-għajnejn. Sintomi/korrimenti f’każ ta’ inġestjoni: Is-sintomi rrappurtati fil-bnedmin huma dardir u remettar minħabba irritazzjoni lokali u effetti sistemiċi bħal sokor, ħedla, kultant inkoxjenza u zokkor baxx fid-demm (speċjalment fit-tfal). Iżda l-effetti sistemiċi jistgħu jkunu inqas probabbli skont it-tip ta’ formulazzjoni (wipes, aerosol u sprej). Miżuri ġenerali tal-ewwel għajnuna: Qatt tagħti xi ħaġa fil-ħalq lil persuna mitlufa minn sensiha. Jekk ma tħossokx f’sikktek, itlob parir mediku (uri t-tabella jekk possibbli). JEKK TIĠBDU MAN-NIFS: Mur għall-arja friska u strieħ f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. JEKK FUQ IL-ĠILDA: Laħlaħ il-ġilda bl-ilma/doċċa. Neħħi/Inża l-ħwejjeġ kollha kkontaminati immedjatament. Aħsel bil-mod b’ħafna sapun u ilma. Jekk jiżviluppaw is-sintomi, ikseb attenzjoni medika. JEKK FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk preżenti u faċli tagħmel dan. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. JEKK TIBILGĦU: Laħlaħ il-ħalq. Jekk il-persuna tkun f’sensiha agħtiha xi ħaġa x’tixrob. Jekk bis-sintomi: Ċempel 112/ambulanza għall-għajnuna medika. Jekk bla sintomi: Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.

5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu Kontenituri vojta għandhom jintremew bħala skart normali jew jiġu riċiklati fejn hu possibbli. Informazzjoni addizzjonali: Tratta l-kontenituri vojta b’attenzjoni minħabba li fwar residwu jista’ jaqbad.

5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Żomm ’il bogħod minn fjammi mikxufin, uċuħ jaħarqu u sorsi li jaqbdu. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm f’post frisk u b’ventilazzjoni tajba. Aħżen f’temperaturi taħt it-40 °C. Ipproteġi mill-ġlata. Żmien li jdum tajjeb il-prodott = Sentejn

6. INFORMAZZJONI OĦRA Il-prodott fih il-propan-2-ol (CAS Nru.: 67-63-0), li għalih ġie miftiehem valur ta’ referenza Ewropew ta’ 129.28 mg/m3 għall-utent professjonali u użat għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ dan il-prodott.

7. It-tielet livell ta’ informazzjoni: prodotti individwali fil-meta SPC 4

7.

7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta kull prodott individwali Isem kummerċjali DEC-AHOL® AEROSOL WFI Formula Invertaspray qasam tas-suq: EU Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0024324-0004 1-4 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 65,4

Versions

  1. 2021-03-30